MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/308


PROTOKOLL (Nru 27)

DWAR IS-SUQ INTERN U L-KOMPETIZZJONI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-suq intern kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tassigura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta,

QABLU li

għal dawn l-għanijiet l-Unjoni għandha, jekk meħtieġ, tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, b'inkluż l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan il-Protokoll għandu jiġi anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.


  翻译: