7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/65 |
Artikolu 44
(ex Artikolu 38 TKE)
Meta fi Stat Membru prodott ikun suġġett għal organizzazzjoni nazzjonali tas-suq jew għal regoli interni li jkollhom effett ekwivalenti li jolqtu l-kompetizzjoni ta' produzzjoni simili fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri japplikaw fuq il-prodott in kwistjoni li jkun ġej mill-Istat Membru fejn ikunu l-organizzazzjoni jew ir-regoli fuq imsemmija ħlas ta' kumpens fl-importazzjoni, sakemm dan l-Istat ma japplikax ħlas ta' kumpens fl-esportazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ dawn il-ħlasijiet safejn huwa meħtieġ sabiex jerġa’ jintlaħaq il-bilanċ; tista’ wkoll tawtoriżża l-użu ta’ miżuri oħra, waqt li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tagħhom.