7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/105 |
Artikolu 133
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu ta' l-euro bħala l-munita unika. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew.