7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/178 |
Artikolu 302
(ex Artikolu 259 TKE)
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal ħames snin. Il-Kunsill jadotta l-lista tal-membri magħmula skond il-proposti preżentati minn kull wieħed mill-Istati Membri. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jista’ jiġġedded.
2. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Jista' jikseb l-opinjoni tal-korpi Ewropej li jirrapreżentaw is-setturi ekonomiċi u soċjali differenti, u s-soċjetà ċivili konċernati mill-attivitajiet ta' l-Unjoni.