Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0079 - 0080
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 62/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar i-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kiene emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 23/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96, jikkonċerna s-subindiċi ta'l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur [2], kif korrett bil-ĠU L 267 tal-15.10.1999, p. 59, għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim. (3) r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 - fir-rigward ta' l-istandards minimi għat-trattament ta' l-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 [3] għandu jiġi inkotporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 19ċ (Regolament tal-Kummissjjoni (KE) Nru 2214/96) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim: ", kif emendat b': - 399 R 1749: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 (ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 1), kif korrett b'ĠU L 267, tal-15.10.1999, p. 59, - 399 R 1617: r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 (ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9)." Artikolu 2 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 19g (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim: "19h. 399 R 1617: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta' Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 - fir-rigward ta' l-istandards minimu għat-trattament ta' assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9)." Artikolu 3 It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 kif korrett b'ĠU L 267, tal-15.10.1999, p. 59 u (KE) Nru 1617/1999 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ġunju 2000, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2000. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President F. Barbaso [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 1. [3] ĠU L 192, ta' l-24.7.1999, p. 9. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------