Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0065 - 0065
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2001 tat-23 ta' Frar 2001 [1]. (2) Id-Direttiva 2000/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ottubru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 17e (Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim: "- 32000 L 0061: Id-Direttiva 2000/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 40)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2000/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 117, tas-26.4.2001, p. 23. [2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 40. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------