22001D0056



Official Journal L 165 , 21/06/2001 P. 0062 - 0062


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 56/2001

tat-18 ta' Mejju 2001

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill ta' l-iskart [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 32ċa (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

"32d. 399 L 0031: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfillta' l-iskart (ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-19 ta' Mejju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Mejju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 50.

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1.

[3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

  翻译: