Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0015 - 0016
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2001 tat-13 ta' Lulju 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) u l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/1999 ta' l-24 ta' Settembru 1999 [1]. (2) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [2]. (3) L-addattament għad-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE [3] għandu jiġi aġġust wara l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlanja u r-Renju ta' l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea. 4) Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 fir-rigward tal-kwalità tal-fuwils tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, (5) Id-Direttiva 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 fir-rigward ta' tnaqis fil-kontenut tal-sulfur f'ċerti fuwil likwidu u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE [5] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (6) L-Islanda tista' tibqa' tuża żjut tal-gass għall-użu fil-baħar li ma' jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva fir-rigward tal-kontenut tal-sulfur, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE) fil-Kapitolu XVII ta' l-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Li ġej għandu jiġi miżjud: "kif emendat bi: - 398 L 0070: Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58). - 399 L 0032: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 (ĠU L 121, tal-11.5.1999, p. 13) [6]." 2. It-test ta' addattament għandu jiġi mħassar. Artikolu 2 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE) fil-Kapitolu XVII ta' l-Anness II għall-Ftehim; "6a. 398 L 0070: Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 fir-rigward tal-kwalità tal-fuwils tal-petrol u tad-diesel u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58)." Artikolu 3 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 21aċ (Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX għall-Ftehim: "21ad. 399 L 0032: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 fir-rigward ta' tnaqqis fil-kontenut tal-sulfur f'ċerti fuwil likwidu u li temenda d-Direttiva 93/12/(ĠU L 121, tal-11.5.1999, p. 13) [7]. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattament li ġej: Fl-Artikolu 4(2), il-kliem "L-Islanda, għat-territorju tagħha kollu jew parti minnu," għandhom jiddaħħlu wara l-kelma "territorju,"." Artikolu 4 It-testi tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/98/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-14 ta' Lulju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [8]. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 325, tal-21.12.2000, p. 11. [2] ĠU L 238, tal-6.9.2001, p. 31. [3] ĠU L 74, tas-27.3.1993, p. 81. [4] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58. [5] ĠU L 121, tal-11.5.1999, p. 13. [6] Id-Direttiva hija elenkata wkoll fl-Anness XX, punt 21ad, għall-Ftehim. [7] Id-Direttiva hija elenkata wkoll fl-Anness II, Kapitolu XVII, punt 6, għall-Ftehim. [8] Ebda htigiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------