Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0032 - 0034
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tat-13 ta' Lulju 2001, Nru 93/2001 [1]. (2) Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzar ta' impriżi ferrovjarji [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u dwar l-impostazzjoni ta' piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura ferrovjarja u għaċ-ċertifikazzjoni ta' sigurtà [4] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 27 (Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim: ", kif emendata b': - 32001 L 0012: Id-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 1)." Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw flimkien ma' l-adattamenti imfissrin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 42a (Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim ", kif emendata b': - 32001 L 0013: Id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' February 2001 (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 26)." Artikolu 3 Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 41a (Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim: "41b. 32001 L 0014: Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità infrastrutturali ferrovjarja u dwar l-impostazzjoni ta' piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura ferrovjarja u għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 29)." Artikolu 4 It-testi tad-Direttivi 2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-ilsien Islandiż u fl-ilsien Norveġiż, li għad irid jiġu ippubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001 jekk ikunu saru n-notifiki kollha mitluba mill-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 251, ta' l-20.9.2001, p. 19. [2] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 1. [3] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 26. [4] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 29. [5] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. -------------------------------------------------- L-ANNESS tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2001 (a) Il-lista li ġejja ta' portijiet Norveġiżi għandha tiżdied mal-lista ta' portijiet fl-Anness I tad-Direttiva: "IN-NORVEĠJA Narvik Bodø Mosjøen Namsos Trondheim Åndalsnes Bergen Stavanger Kristiansand Brevik Larvik Horten Drammen Oslo Moss" (b) Il-mappa li ġejja, li turi l-linji tal-ferroviji Norveġiżi, għandha tiżdied mal-mapep fl-Anness I tad-Direttiva: "[ĠU L 298, tat-30.10.2002, p. 39]" --------------------------------------------------