Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0022 - 0023
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2001 tat-23 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE tat-22 ta' Ġunju 2000 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fuq l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġo u fuq iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix, rispettivament [2] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim. (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/81/KE tat-18 ta' Diċembru 2000 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fuq l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġo u fuq iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix, rispettivament [3] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim. (4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/82/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fuq l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġo u fuq il-frott u l-ħaxix, iċ-ċereali, l-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix rispettivament [4] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punti 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim: "- 32000 L 0082: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/82/KE tal-20 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 18)." Artikolu 2 L-inċiżi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda ma' punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim: "- 32000 L 0042: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE tat-22 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51), - 32000 L 0081: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/81/KE tat-18 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 56)." Artikolu 3 It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/42/KE, 2000/81/KE u 2000/82 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Novembru 2001, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għanhdom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Novembru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 22. [2] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 51. [3] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 56. [4] ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 18. [5] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------