22003A1224(01)



Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0055 - 0056


Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999

A. Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Sinjur,

1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim").

2. In vista ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1. L-Anness I, li jistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.2. It-test ta' l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim, għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej:

"Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2004."

2.3. Il-Kategoriji tat-tessili 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 12, 13, 20 u 136 għandhom jiġu eżentati mis-sistema ta' kontroll doppju msemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikat fil-Protokoll A. Jekk, f'sena partikolari, l-livelli ta' importazzjonijiet ta' prodotti ta' dawn il-kategoriji ta' tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta' kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji.

3. Fil-każ li r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan issir membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta' l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2(2) sa (6), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies.

4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dan ta' qabel. F'dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma' l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta' Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2004 taħt kondizzjonijiet ta' reċiproċità.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Appendiċi 1

L-Anness I mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ażerbajġan dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta’ Settembru 1993, li jikkontjeni l-kategorija u d-deskrizzjonijiet ta’ merkanzija għal prodotti tessili, huwa sostitwit mill-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 [1]. Huwa mifhum illi, mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-kliem tad-deskrizzjoni ta’ merkanzija huwa kunsidrat bħala ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-prodotti koperti minn kull kategorija huma determinati f’dak l-Anness minn kodiċi NM. Fejn hemm simbolu "ex" quddiem kodiċi NM, il-prodotti koperti f’kull kategorija huma determinati mill-qasam ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti.

B. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan

Sinjur

Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek ta'… li taqra kif gej:

"Sinjur,

1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fl-20 ta' Settembru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mibdi fis-26 ta' Novembru 1999 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim").

2. In vista ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta' Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1. L-Anness I, li jistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.2. It-test ta' l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej:

"Għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2004."

2.3. Il-Kategoriji tat-tessili 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 12, 13, 20 u 136 għandhom jiġu eżentati mis-sistema ta' kontroll doppju imsemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikati fil-Protokoll A. Jekk, f'sena partikolari, l-livelli ta' importazzjonijiet ta' prodotti ta' dawn il-kategoriji ta' tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta' kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji.

3. Fil-każ li r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan issir membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta' l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2(2) sa (6), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu jkunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies.

4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dan ta' qabel. F'dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma' l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta' Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2004 taħt kondizzjonijiet ta' reċiproċità.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan

[1] Fl-2002 dan l-Anness kien pubblikat f’GU L 357, 31.12.2002.

--------------------------------------------------

  翻译: