Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0115 - 0116
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu min-naħa l-oħra, A. Ittra mill-Komunità Brussel, … Diċembru 2003 Sinjur, Għandi l-unur nirreferu għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, iffirmata fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001 (il-"Ftehim ta’ Assoċjazzjoni"). Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, għandi l-unur nipproponilek li l-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu japplikaw proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2004, l-Artikoli 2, 6 sa 28, 31, 33 sa 37, 55, 82 sa 84, 86 sa 87, 90 u 91, id-Dikjarazzjonijiet rilevanti [1], l-Annessi 1 sa 6, il-Protokolli 1 sa 5 u l-Iskambju ta’ Ittri li jikkonċernaw fjuri friski u fjuri u blanzuni li jaqgħu taħt is-subintestatura 060310 tat-Tariffa Doganali Komuni. Il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu iffirmat fit-18 ta’ Jannar 1997 għandu jwettaq mutatis mutandis il-kompiti tiegħu sakemm il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni previsti fit-Titolu VIII tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jinħolqu. Għandu jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu u jista’ joħloq jekk xieraq, kwalunkwe kumitati u sottokumitati li lilhom jista’ jiddelega, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe mill-poteri tiegħu. Tul l-applikazzjoni provviżorja ta’ l-Artikoli msemmija hawn fuq, u meta xieraq, referenza għall-"Kunsill ta’ Assoċjazzjoni" u għall-"Kumitat ta’ Assoċjazzjoni" għandha tinftiehem bħala referenza għall-Kunsill ta’ Koperazzjoni u l-kumitati stabbiliti minnu. Fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti minn dan il-Ftehim u l-applikazzjoni sussegwenti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, huwa miftiehem li d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, l-volumi ta’ kwoti tariffarji għandhom jiġu kalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b’kont meħud tal-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fir-rigward ta’ ċerti prodotti elenkati fil-Protokoll 1 mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-arranġamenti li ġejjin japplikaw: għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NK 07032000, 07099039, 07099060, 07112090, 07129019, 07142090, 1006, 121291, 12129920, 1703 ,2302, il-konċessjoni mogħtija għandha tapplika wkoll għal kompiti speċifiċi. Dawn l-arranġamenti jibqgħu japplikaw mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Id-dispożizzjonijiet applikati provviżorjament għandhom jissostitwixxu Artikoli 8 sa 36, 43 sa 46, 48 sa 51 tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu firmat fit-18 ta’ Jannar 1977, inklużi Annessi A, B, Ċ, D, il-Protokoll 2, u d-dikjarazzjonijiet konġunti rilevanti, dikjarazzjonijiet u Skambji ta’ Ittri; u l-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu firmat fi Brussel fit-18 ta’ Jannar 1977. Għandi l-unur nipproponi li, fil-każ li dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu. Jekk jogħġbok Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tagħna, Għan-nom tal-Komunità Ewropea B. Ittra mill-Eġittu Brussel, … Diċembru 2003 Sinjur, Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta’ l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li taqra kif ġej: "Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2001 (il-"Ftehim ta’ Assoċjazzjoni"). Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, għandi l-unur nipproponilek li l-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu japplikaw provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2004, Artikoli 2, 6 sa 28, 31, 33 sa 37, 55, 82 sa 84, 86 sa 87, 90 u 91, id-Dikjarazzjonijiet rilevanti [2], Annessi 1 sa 6, il-Protokolli 1 sa 5 u l-Iskambju ta’ Ittri li jikkonċernaw fjuri friski u fjuri u blanzuni li jaqgħu taħt is-subintestatura 060310 tat-Tariffa Doganali Komuni. Il-Kunsill ta’ Koperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu iffirmat fit-18 ta’ Jannar 1997 għandu jwettaq mutatis mutandis il-kompiti tiegħu sakemm il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni previsti fit-Titolu VIII tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jinħolqu. Għandu jistabilixxi r-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu u jista’ joħloq jekk xieraq, kwalunkwe kumitati u sottokumitati li lilhom jista’ jiddelega, kompletament jew parzjalment, kwalunkwe mill-poteri tiegħu. Tul l-applikazzjoni provviżorja ta’ l-Artikoli msemmija hawn fuq, u meta approprjat, referenza għall-"Kunsill ta’ Assoċjazzjoni" u għall-"Kumitat ta’ Assoċjazzjoni" għandha tinftiehem bħala referenza għall-Kunsill ta’ Kooperazzjoni u l-kumitati stabbiliti minnu. Fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti minn dan il-Ftehim u l-applikazzjoni sussegwenti tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, huwa miftiehem li d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-volumi ta’ kwoti tariffarji għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, b’kont meħud tal-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fir-rigward ta’ ċerti prodotti elenkati fil-Protokoll 1 mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-arranġamenti li ġejjin japplikaw: għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NK 07032000, 07099039, 07099060, 07112090, 07129019, 07142090, 1006, 121291, 12129920, 1703, 2302, il-konċessjoni mogħtija għandha tapplika wkoll għal kompiti speċifiċi. Dawn l-arranġamenti jibqgħu japplikaw mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Id-dispożizzjonijiet applikati provviżorjament għandhom jissostitwixxu Artikoli 8 sa 36, 43 sa 46, 48 sa 51 tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu firmat fit-18 ta’ Jannar 1977, inklużi Annessi A, B, Ċ, D, il-Protokoll 2, u d-dikjarazzjonijiet konġunti rilevanti, dikjarazzjonijiet u Skambji ta’ Ittri; u l-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu firmat fi Brussel fit-18 ta’ Jannar 1977. Għandi l-unur nipproponi li, fil-każ li dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu." Nista’ nikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek. Jekk jogħġbok, Sinjur,aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi, Għall-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu [1] Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar Artikoli 14, 18, 34, 37 u Anness 6, u Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-protezzjoni ta’ data; Dikjarazzjonijiet mill-Komunità Ewropea dwar Artikoli 11, 19, 21, 34. [2] Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar Artikoli 14, 18, 34, 37 u Anness 6, u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-protezzjoni ta’ data; Dikjarazzjonjiet mill-Komunità Ewropea dwar Artikoli 11, 19, 21, 34. --------------------------------------------------