Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0027 - 0030
Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorjali ta' emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens ipprovdut fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau dwar sajd barra l-kosta ta' Guinea-Bissau għall-perjodu ta' mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 Ġunju 2006, u fid-Deċiżjoni 2001/179/KEE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sostenn finanzjarju lill-Guinea-Bissau fis-settur tas-sajd A. Ittra mingħand il-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau Sinjur, B'referenza għall-Protokoll inizjalat fit-30 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens għall-perjodu ta' mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006, ir-regoli dettaljati biex tiġi implimentata d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (ĠU L 66, tat-8.3.2001) u r-riżultat tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt fid-19 u fl-10 ta' Mejju 2003, Jiena hawnhekk ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tal-Guninea-Bissau huwa lest li japplika l-emendi li ġejjin mal-Protokoll fuq bażi provviżorja, li sseħħ mis-16 ta' Ġunju 2003, sad-dħul fis-seħħ skond l-Artikolu 9 ta' dan, sakemm il-Komunità hi lesta li tagħmel l-istess. 1. Mis-16 ta' Ġunju 2004, sal-iskadenza tal-Protokoll, l-opportunitajiet ta' sajd konċessi b'mod konformi mal-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej: (a) bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-gambli: 4400 tunnellata gross reġistrata (GRT); (b) bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-ħut bil-ġwienaħ tal-friża u għaċ-ċefalopodu: 4400 tunellati gross reġistrati (GRT); (ċ) bastimenti bil-friża bit-tartarun għat-tonn: 40 bastiment; (d) bastimenti ta' l-arblu u l-linja tat-tuna u longliners tal-wiċċ: 30 bastiment. 2. Iż-żewġ partijiet qablu li jippermettu skambji ta' drittijiet ta' sajd bejn iż-żewġ kategorijiet (bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-ħut bil-ġwienaħ tal-friża u għaċ-ċefalopodu) fil-perjodu ta' mis-16 ta' Ġunju 2003 sal-15 ta' Ġunju 2004, din il-flessibbiltà hija bżonnjuża sabiex ikun żgurat li l-Protokoll fuq is-sajd jiġi użat b'mod iktar effiċjenti. 3. Mis-16 ta' Ġunju 2004, il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim għandu jkun EUR 7260000 fis-sena. 4. Il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd għandhom jiġu finanzjati mir-riżorsi finanzjarji fid-disposizzjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (EUR 3250000). Meta l-Kummissjoni tkun aċċettat ir-rapport ta' l-implimentazzjoni għall-ewwel rata (miżura tas-26 ta' Frar għal dan l-iskop), għandha tħallas dawn ir-riżorsi finanzjarji sat-total ta' EUR 3250000 permezz ta' avanz għall-implimentazzjoni ta' miżuri programmati flimkien. Kull trasferiment għandu jiġi deċiż bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet skond l-arranġamenti provvduti hawn taħt. 5. Il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd imsemmija fil-Protokoll fuq is-sajd (L-Artikolu 4) u fid-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2001 u ir-riżorsi finanzjarji relatati għandhom jiġu pprogrammati mill-ġdid fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin: (a) jiġi finanzjat programm xjentifiku u tekniku ta' Guidea-Bissau sabiex titjieb l-informazzjoni fuq ir-riżorsi tas-sajd, il-kontroll ta' l-evoluzzjoni ta' riżorsi fiż-żona tas-sajd ta' Guinea-Bissau u l-funzjonament tal-laboratorji tar-riċerka tas-sajd, b'mod partikolari inkwantu titjib fil-kondizzjonijiet tas-saħħa u iġene fis-settur tas-sajd; (b) Sustenn istituzzjonali għall-Ministeru tas-Sajd li jinkludi assistenza teknika biex iwaqqaf u jikkontrolla l-miżuri ta' hawn fuq u l-ħruġ ta' flus ta' premjijiet għall-studju u taħriġ prattiku f'dixxiplini xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi diversi relatati mas-sajd. Il-premjijiet jistgħu ukoll jiġu użati f'kull Stat ikkollegat mal-Kommunità bi ftehim ta' kooperazzjoni. Fuq talba ta' l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau, parti minn dik is-somma tista tiġi użata sabiex tkopri l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni f'laqgħat internazzjonali jew korsijiet ta' taħriġ li jikkonċernaw is-sajd jew organizzazzjoni ta' seminars fuq is-sajd f'Guinea-Bissau; (ċ) sostenn għall-investimenti fis-settur tas-sajd ta' skala żgħira; (d) sorveljanza tas-sajd (xiri ta' apparat, spejjeż amministrattivi ta' kontroll, assistenza teknika, kiri ta' apparat, u miżuri ta' kontroll b'konġunzjoni ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet oħra fir-reġjun u/jew l-Unjoni Ewropea), inkluża l-possibbiltà li tintlaqa l-ispiża tas-sistemi ta' sorveljar ta' kontroll satellitari (VMS) għall-bastimenti tas-sajd. Il-programmazzjoni tekniċi u finanzjarji ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu mifthema bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau u l-Kummissjoni Ewropea, f'rati ta' kull sena sad-dati li ġejjin: 16 ta' Ġunju 2004 u 16 ta' Ġunju 2005. Il-pagamenti relatati għandhom jiġu kondizzjonali fil-preżentazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau ta' rapport ta' implimentazzjoni dettaljat u l-aċċettazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea. 6. Ir-Repubblika ta' Guinea-Bissau taqbel ukoll li tagħmel reviżjoni ta' kull ftehim (bilaterali u/jew ftehim privat) barra minn dawk mal-istati membri ta' l-UEMOA, bil-ħsieb li: - tnaqqas sforzi ta' sajd f'segmenti li huma sfruttati żżejjed, partikolarment is-sajd tal-gambli, - tiggarantixxi konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistipula li iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Guinea-Bissau bbażat fuq il-prinċipju ta' fejn mhemmx diskriminazzjoni bejn flotot differenti f'dawn l-ilmijiet, - isir iffriżar fuq il-ftehim bilaterali u privat ġodda inkwantu għall-arranġamenti tas-sajd provvduti fil-ftehim ta' bejn il-KE u r-Repubblika ta' Guinea-Bissau sakemm il-Partijiet jilħqu ftehim. Ir-reviżjoni tal-ftehim tas-sajd u n-negozjati mill-ġdid ta' dawn bil-għan li l-kumpens finanzjarju jinġab f'konferma mal-Ftehim mal-Kommunità Ewropea he review of the fisheries agreements jew biex jiġu mwaqqfin għandhom jigi finalizzati sas-16 ta' Ġunju 2004. Nuqqas ta' ħarsien ma' dawn l-intrapriżi awtomatikament jagħti d-dritt biex jitwaqqaf il-ftehim u jiġi kkanċellat kull trasferiment finanzjarju mid-data tat-terminazzjoni. 7. Barra dan, u sabiex jiġu ffinalizzati l-miżuri ta' sostenn imsemmija fl-ewwel pagament tad-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2001, il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau għandu jittrasferixxi irrevokabbilment għall-kont ta' firma konġunta amministrat mis-segretarjat għas-sajd ta' l-istat u d-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f'Bissau, sal-15 ta' Ottubru 2003, l-ammonti li għadhom iridu jiġu implimentati taħt l-ewwel pagament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (EUR 1782655). Trasferimenti futuri dwar il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd għandhom jiġu magħmula mill-Kummissjoni Ewropea direttament f'dan il-kont. 8. It-tieni paragrafu tal-punt 5.3 ta' l-Anness mal-Protokoll fuq is-sajd huwa hawnhekk emendat billi tiżdied is-sentenza li ġejja: "Jekk l-istaġun tas-sajd ma jeċċedix xhar, il-kontribuzzjoni tal-proprjetarji ta' vapuri għandha tiġi limitata għall-ħlas ta' salarju ta' xahar." Għandi nkun obbligat jekk inti tikkonferma il-ftehim tal-Kommunità għall-din l-applikazzjoni proviżorja. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau B. Ittra mingħand il-Komunità Sinjur, Għandi l-unur li nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tegħek bid-data tal-lum, li taqra kif ġej: "B'referenza għall-Protokoll inizjalat fit-30 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens għall-perjodu ta' mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006, ir-regoli dettaljati biex tiġi implimentata d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (ĠU L 66, tat-8.3.2001) u ir-riżultat tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt fid-19 u 20 ta' Mejju 2003, jiena hawnhekk ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau huwa lest li japplika għall-emendi li ġejjin mal-Protokoll fuq bażi proviżorja, b'effett mis-16 ta' Ġunju 2003, sakemm jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 9 ta' dan, sakemm il-Kommunità hi ppreparata li tagħmel l-istess. 1. Mis-16 ta' Ġunju 2004, sa l-iskadenza tal-Protokoll, l-opportunitajiet ta' sajd konċessi b'mod konformi mal-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej: (a) tkarkir tal-gambli tal-friża: 4400 tunnellata gross reġistrata (GRT); (b) bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-ħut bil-ġwienaħ tal-friża u għaċ-ċefalopodu: 4400 tunnellata gross reġistrata (GRT); (ċ) sajjieda bit-tartarun għat-tonn: 40 bastiment; (d) bastimenti ta' l-arblu u l-linja tat-tuna u longliners tal-wiċċ: 30 bastiment. 2. Iż-żewġ partijiet qablu li jippermettu skambji ta' drittijiet ta' sajd bejn iż-żewġ kategorijiet (bastimenti tat-tkarkir bil-friża għall-ħut bil-ġwienaħ tal-friża u għaċ-ċefalopodu) fil-perjodu ta' mis-16 ta' Ġunju 2003 sal-15 ta' Ġunju 2004, din il-flessibbiltà hija bżonnjuża sabiex ikun żgurat li l-Protokoll fuq is-sajd jiġi użat b'mod iktar effiċjenti. 3. Mis-16 ta' Ġunju 2004, il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Ftehim għandu jkun EUR 7260000 fis-sena 4. Il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd għandhom jiġu finanzjati mir-riżorsi finanzjarji fid-disposizzjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (EUR 3250000). Meta l-Kummissjoni tkun aċċettat ir-rapport ta' l-implimentazzjoni għall-ewwel rata (miżura tas-26 ta' Frar għal dan l-iskop), għandha tħallas dawn ir-riżorsi finanzjarji ta' EUR 3250000 permezz ta' avvanz għall-imsat-totalplimentazzjoni ta' miżuri programmati flimkien. Kull trasferiment għandu jiġi deċiż bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet skond l-arranġamenti provvduti hawn taħt. 5. Il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd imsemmija fil-Protokoll fuq is-sajd (L-Artikolu 4) u fid-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2001 u ir-riżorsi finanzjarji relatati għandhom jiġu pprogrammati mill-ġdid fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin: (a) jiġi finanzjat programm xjentifiku u tekniku ta' Guidea-Bissau sabiex titjieb l-informazzjoni fuq ir-riżorsi tas-sajd, il-kontroll ta' l-evoluzzjoni ta' riżorsi fiż-żona tas-sajd ta' Guinea-Bissau u l-funzjonament tal-laboratorji tar-riċerka tas-sajd, b'mod partikolari inkwantu titjib fil-kondizzjonijiet tas-saħħa u iġjene fis-settur tas-sajd; (b) Sostenn istituzzjonali għall-Ministeru tas-Sajd li jinkludi assistenza teknika biex iwaqqaf u jikkontrolla l-miżuri ta' hawn fuq u l-ħruġ ta' flus ta' premjijiet għall-studju u taħriġ prattiku f'dixxiplini xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi diversi relatati mas-sajd. Il-premjijiet jistaw ukoll jiġu użati f'kull Stat ikkollegat mal-Kommunità bi ftehim ta' kooperazzjoni. Fuq talba ta' l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau, parti minn dik is-somma tista tiġi użata sabiex tkopri l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni f'laqgħat internazzjonali jew korsijiet ta' taħriġ li jikkonċernaw is-sajd jew organizzazzjoni ta' seminars fuq is-sajd f'Guinea-Bissau; (ċ) sostenn għall-investimenti fis-settur tas-sajd ta' skala żgħira; (d) sorveljanza tas-sajd (xiri ta' apparat, spejjeż amministrattivi ta' kontroll, assistenza teknika, kiri ta' apparat, u miżuri ta' kontroll b'konġunzjoni ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet oħra fir-reġjun u/jew l-Unjoni Ewropea), inkluża l-possibbiltà li tintlaqa l-ispiża ta' l-istabbiliment ta' sistema ta' kontroll satellitari (VMS) għall-bastimenti tas-sajd. Il-programmazzjoni tekniċi u finanzjarji ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu mifthema bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau u l-Kummissjoni Ewropea, f'rati ta' kull sena sad-dati li ġejjin: 16 ta' Ġunju 2004 u 16 ta' Ġunju 2005. Il-pagamenti relatati għandhom jiġu kondizzjonali fil-preżentazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika ta' Guinea-Bissau ta' rapport ta' implimentazzjoni dettaljat u l-aċċettazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea. 6. Ir-Repubblika tal-Guinea-Bissau taqbel ukoll li tagħmel reviżjoni ta' kull ftehim (bilaterali u/jew ftehim privat) barra minn dawk mal-Istati Membri ta' l-UEMOA, bil-ħsieb li: - tnaqqas sforzi ta' sajd f'segmenti li huma sfruttati żżejjed, partikolarment is-sajd tal-gambli, - tiggarantixxi konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistipula li iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau bbażat fuq il-prinċipju ta' fejn mhemmx diskriminazzjoni bejn flotot differenti f'dawn l-ilmijiet, - isir iffriżar fuq il-ftehim bilaterali u privat ġodda inkwantu għall-arranġamenti tas-sajd provvduti fil-ftehim ta' bejn il-KE u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau sakemm il-Partijiet jilħqu ftehim. Ir-reviżjoni tal-ftehim tas-sajd u n-negozjati mill-ġdid ta' dawn bil-għan li l-kumpens finanzjarju jinġab f'konferma mal-Ftehim mal-Kommunità Ewropea he review of the fisheries agreements jew biex jiġu mwaqqfin għandhom jigi finalizzati sas-16 ta' Ġunju 2004. Nuqqas ta' ħarsien ma' dawn l-intrapriżi awtomatikament jagħti d-dritt biex jitwaqqaf il-ftehim u jiġi kkanċellat kull trasferiment finanzjarju mid-data tat-terminazzjoni. 7. Barra dan u sabiex jiġu ffinalizzati l-miżuri ta' sostenn imsemmija fl-ewwel rata tad-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 2001, il-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau għandu jittrasferixxi irrevokabbilment għall-kont ta' firma konġunta amministrat mis-segretarjat għas-sajd ta' l-istat u d-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f'Bissau, sal-15 ta' Ottubru 2003, l-ammonti li għadhom iridu jiġu implimentati taħt l-ewwel rata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (EUR 1782655). Trasferimenti futuri dwar il-miżuri ta' sostenn fis-settur tas-sajd għandhom jiġu magħmula mill-Kummissjoni Ewropea direttament f'dan il-kont. 8. It-tieni paragrafu tal-punt 5.3 ta' l-Anness mal-Protokoll fuq is-sajd huwa hawnhekk emendat billi tiżdied is-sentenza li ġejja: "Jekk l-istagun tas-sajd ma jeċċedix xhar, il-kontribuzzjoni tal-proprjetarji ta' vapuri għandha tiġi limitata għall-ħlas ta' salarju ta' xahar (EUR 400)." Għandi nkun obbligat jekk inti tikkonferma il-ftehim tal-Kommunità għall-din l-applikazzjoni proviżorja." Għandi l-unur li nikkonferma il-ftehim tal-Kommunità għall-din l-applikazzjoni proviżorja. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Komunità Ewropea --------------------------------------------------