Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0054 - 0055
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 [1] (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta' Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbilta ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness IX mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej: 1. Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE): "8a. 32003 D 0564: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta' Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbilta ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 23)." 2. It-test ta' l-inċiżi 4 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/323/KEE), 5 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/43/KEE), 6 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/828/KE) u 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/103/KE) fil-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE) għandhom jitħassru. Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2003/564/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Ufiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 88, tal-25.3.2004, p. 53. [2] ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 23. [3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------