Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0144 - 0156
Deċiżjoni nru tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2004 tad-19 Marzu 2004 li jemenda l-Anness I XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 tal-24 ta' Jannar 2002 li jemenda l-Anness I 1 għar-Regolament tal-Kunsill (KEE:) Nru 571/88 bl-għan tal-organizzazzjoni tal-perizji tal-Komunità fuq l-istruttura tal-ishma agrikoli fl-2003, fl-2005 u fl-2007 [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness I XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88): "- 32002 R 0143: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 tal-24 ta' Jannar 2002 (ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16)." 2. Fl-adattament (f) tal-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88), "u 2003/2005/2007" għandu jiġi miżjud ma l-aħħar sentenza. 3. Il-lista tal-Anness I għandha tiġi mibdula bil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 2 It-testi għar-Regolament (KE) Nru 143/2002 fil-lingwi IslandiċI u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, jekk in-notifikazzjonijiet kollha tal-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 66. [2] ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16. [3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati. -------------------------------------------------- L-ANNESS Tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2004 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------