21.6.2006 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
261 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2005 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL
tad-29 ta' Awissu 2005
ħolqien ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni
(2005/640/KE)
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra;
Billi:
(1) |
Ir-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran qed isiru dejjem aktar kumplessi minħabba l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranji u t-tkomplija tas-Sħubija Ewro-Mediterranja. Minbarra dan, it-tħaddim tal-Politika Ewropea għall-Pajjiżi Ġirien u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorjali jeħtieġ it-twaqqif tas-sotto-kumitati proposti. |
(2) |
L-Artikolu 73 ta’ dan il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta’ gruppi tax-xogħol jew organi meħtieġa (minn hawn ’il quddiem msejħa s-sotto-kumitati) biex ikun implimentat il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael imsemmija fl-Anness I huma stabbiliti u r-Regoli ta' Proċedura ta’ dawk is-sotto-kumitati li jidhru fl-Anness II huma adottati.
Is-sotto-kumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u għandhom jirrapurtaw lilu wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Is-sotto-kumitati msemmija hawn fuq m’għandhomx setgħa li jieħdu deċiżjonijiet.
Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex jiżgura t-tħaddim tajjeb ta’ dawn il-kumitati u javża lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bihom.
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li joħloq iktar sotto-kumitati jew gruppi, jew li jabolixxi xi sotto-kumitati jew gruppi eżistenti.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, nhar id-29 ta’ Awissu 2005.
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
S. SHALOM
ANNESS I
FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL
SOTTO-KUMITATI MARBUTA MAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI
(1) |
Id-djalogu politiku u l-koperazzjoni |
(2) |
Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji |
(3) |
L-affarijiet soċjali u ta’ l-migrazzjoni |
(4) |
Il-koperazzjoni doganali u t-tassazzjoni |
(5) |
L-agrikoltura u l-industrija tas-sajd |
(6) |
Is-suq intern |
(7) |
L-industrija, il-kummerċ u s-servizzi |
(8) |
Il-ġustizzja u l-affarijiet legali |
(9) |
It-trasport, l-enerġija u l-ambjent |
(10) |
Ir-riċerka, l-innovazzjoni, is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura. |
ANNEX II
Regoli ta' proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 1 ta’ l-UE-l-Iżrael
Id-djalogu politiku u l-koperazzjoni
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Valuri komuni:
|
(b) |
Temi reġjonali u internazzjonali:
|
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 2ta’ l-UE-l-Iżrael
Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Politika makroekonomika |
(b) |
Politika ekonomika strutturali |
(ċ) |
Servizzi finanzjarji (aspetti makro-ekonomiċi) u swieq kapitali |
(d) |
Moviment tal-kapital u ħlasijiet |
(e) |
Regolamenti finanzjarji (eż. ġestjoni u trasparenza tal-finanzi pubbliċi) |
(f) |
Pensjonijiet u sigurtà soċjali (aspetti ekonomiċi) |
(g) |
Statistika |
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' Proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 3 ta’ l-UE-l-Iżrael
L-affarijiet soċjali u l-migrazzjoni
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Problemi soċjali ta’ soċjetajiet post-industrijali |
(b) |
Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet ta’ diżabilità |
(ċ) |
Saħħa pubblika |
(d) |
Opportunitajiet indaqs |
(e) |
Moviment tal-ħaddiema |
(f) |
Politika dwar il-migrazzjoni |
(g) |
Politika tax-xogħol |
(h) |
Ħarsien soċjali |
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' Proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 4 ta’ l-UE-l-Iżrael
Il-koperazzjoni doganali u t-Tassazzjoni
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Proċeduri doganali ġenerali, nomenklatura doganali, valutazzjoni doganali |
(b) |
Termini marbuta mar-regoli ta’ l-oriġini |
(ċ) |
Sistemi tat-tariffi |
(d) |
Koperazzjoni doganali |
(e) |
Tassazzjoni |

Is-Sotto-Kumitat Nru. 5 ta’ l-UE-l-Iżrael
L-agrikoltura u l-Industrija tas-sajd
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Agrikoltura u prodotti agrikoli pproċessati (inkluż il-kummerċ) |
(b) |
Kwistjonijiet sanitarji u fito-sanitarji |
(ċ) |
Żvilupp rurali u koperazzjoni reġjonali |
(d) |
Prodotti tas-sajd, inkluż il-kummerċ |

Is-Sotto-Kumitat Nru. 6 ta’ l-UE-l-Iżrael
Is-suq intern
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Koperazzjoni leġislattiva u amministrattiva dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità |
(b) |
Politika dwar il-kompetizzjoni |
(ċ) |
Akkwist pubbliku |
(d) |
Drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali |
(e) |
Servizzi (kwistjonijiet ta' politika u regolatorji) |
(f) |
Dritt ta' stabbiliment, liġi tal-kumpannija |
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' Proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 7 ta’ l-UE-l-Iżrael
L-Industrija, il-Kummerċ u s-Servizzi
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Politika dwar l-intrapriża u l-koperazzjoni industrijali |
(b) |
Implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni ENP |
(ċ) |
Kwistjonijiet bilaterali tal-kummerċ |
(d) |
Servizzi u investiment (aspetti kummerċjali inkluż il-ftuħ ta’ negozjati bilaterali) |
(e) |
Tħejjijiet ta’ ftehim kummerċjali dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità |
(f) |
Koperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ l-e-commerce |
(g) |
Turiżmu |
(h) |
Koperazzjoni internazzjonali dwar l-iżvilupp (kwistjonijiet ta’ aċċess bejn l-Iżrael u l-KE) |
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' Proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 8 ta’ l-UE-l-Iżrael
Il-ġustizzja u l-affarijiet legali
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Kwistjonijiet tal-migrazzjoni |
(b) |
Ażil |
(ċ) |
Azzjonijiet speċifiċi biex ikun miġġieled it-terroriżmu fil-qasam tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni |
(d) |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-persuni, |
(e) |
Drogi |
(f) |
Money laundering, kriminalità finanzjarja u ekonomika |
(g) |
Koperazzjoni ġuridika u bejn il-pulizija |
Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar wieħed minn dawn is-setturi jew numru ta’ setturi jew is-setturi kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq.
4. Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat.
Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi, u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju tagħhom, li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jsiru fimkien matul numru ta' ġranet.
F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju kompetenti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub.
6. Aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji.
Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti għandu jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn it-termini perentorji jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Is-sotto-kumitat għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti u jiġu miftiehma miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Is-segretarji tas-sotto-kumitat għandhom jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat.
8. Pubbliċità
Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali.
Regoli ta' Proċedura
Is-Sotto-Kumitat Nru. 9 ta’ l-UE-l-Iżrael
It-Trasport, l-Enerġija, u l-Ambjent
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Trasport |
(b) |
Enerġija |
(ċ) |
Ambjent |

Is-Sotto-Kumitat Nru. 10 ta’ l-UE-l-Iżrael
Ir-Riċerka, l-Innovazzjoni, is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni, l-Edukazzjoni u l-Kultura
1. Komposizzjoni u Presidenza
Is-sotto-kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael. Għandu jkun ippresedut miż-żewġ naħat darba kull wieħed. Kull naħa għandha taħtar il-President tagħha.
2. Rwol
Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u għandu jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Suġġetti
Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan għandu jiddiskuti dwar il-koperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Is-sotto-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fis-setturi mniżżla hawn isfel u jipproponi xi passi possibbli biex dawn jissolvew.
(a) |
Xjenza u innovazzjoni teknoloġika |
(b) |
Koperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta’ l-iskambju bejn iż-żgħażagħ |
(ċ) |
Koperazzjoni kulturali |
(d) |
Soċjetà ta’ l-informazzjoni |
(e) |
Politika ta' l-awdjoviżwali |
(f) |
Koperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili |