31.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 202/50


DEĊIŻJONI Nru 1/2007 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI KE-TURKIJA

tal-25 ta' Ġunju 2007

li temenda l-konċessjonijiet tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli pproċessati koperti mid-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali għall-Unjoni Doganali u mid-Deċiżjoni Nru 1/97 dwar l-arranġamenti applikabbli għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati u li tħassar d-Deċiżjoni Nru 1/97

(2008/625/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Taqsima V tal-Kapitolu I tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta’ l-Unjoni Doganali (2) tistabbilixxi l-ftehimiet kummerċjali għall-prodotti agrikoli pproċessati.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tad-29 ta’ April 1997 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (3) tistabbilixxi l-kwoti annwali rigward ċerti merkanziji.

(3)

Titjibiet kummerċjali ġodda li ġew innegozjati dan l-aħħar jimmiraw sabiex jestendu u jagħmlu lill-unjoni doganali aktar profonda u jtejbu l-konverġenza ekonomika bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004. Dawn it-titjibiet jinkludu konċessjonijiet fis-sura ta’ kwoti tariffarji bla dazju (b’mod partikolari għall-merkanzija koperta mid-Deċiżjoni Nru 1/97). Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi mħassra.

(4)

Għall-importazzjonijiet barra l-kwoti, id-dispożizzjonijiet tal-kummerċ preżenti stabbiliti fid-Deċiżjoni 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija għandhom ikomplu japplikaw.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-snin ta’ wara, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom.

Artikolu 2

It-Taqsima V tal-Kapitolu I tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija għandha tkompli tapplika għall-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwoti tariffarji bla dazju stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness II.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Turkija-KE għandha tiġi mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni

Il-President

A. GÜL


(1)  ĠU 217, 29,12.1964, p. 3687/64.

(2)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 126, 17.5.1997, p. 26.


ANNESS I

Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fl-UE ta’ prodotti agrikoli proċessati mit-Turkija

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Tariffarja bla Dazju Annwali

(f’tunnellati għal piż nett)

(1)

(2)

(3)

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw:

5 000

1704 10

– Chewing gum, kemm jekk ikun miksi biz-zokkor jew le:

– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrows, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows):

1704 10 11

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 19

– – – Oħrajn

– – Li jkollha 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows):

1704 10 91

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 99

– – – Oħrajn

1704 90

– Oħrajn:

10 000  (1)

1704 90 30

– – Ċikkulata bajda

– – Oħrajn:

1704 90 51

– – – Pejsts, inkluż il-marżipan, f’pakketti diretti ta’ kontenut nett ta’ kilo jew aktar

1704 90 55

– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla

1704 90 61

– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned)

– – – Oħrajn:

1704 90 65

– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor

1704 90 71

– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le

1704 90 75

– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili

– – – – Oħrajn:

1704 90 81

– – – – – Pilloli kompressati

1704 90 99

– – – – – Oħrajn

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw:

5 000  (2)

1806 10

– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda:

1806 10 20

– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglikożju muri bħala sukrows

1806 20

– Preparazzjonijiet oħra fi blokok jew ċangaturi li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg:

1806 20 10

– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib

1806 20 30

– – Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

– – Oħrajn:

1806 20 50

– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw

1806 20 70

– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka

1806 20 80

– – – Kisi biċ-ċikkulata

1806 20 95

– – – Oħrajn

– Oħra, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ:

1806 31 00

– – Mimlija

1806 32

– – Mhux mimlija

1806 32 10

– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda

1806 32 90

– – – Oħrajn

1806 90

– Oħrajn:

– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata:

– – – Ċikkulatini, (inklużi pralines) mimlija u jew le:

1806 90 11

– – – – Li jkun fihom l-alkoħol

1806 90 19

– – – – Oħrajn

– – – Oħrajn:

1806 90 31

– – – – Mimlija

1806 90 39

– – – – Mhux mimlija

1806 90 50

– – Ħlewwiet taz-zokkor jew sostitut għaliha magħmula għalhekk minn prodotti ta’ sostituzzjoni taz-zokkor, li fihom il-kawkaw

1806 90 60

– – Pejsts li jkun fihom il-kawkaw

1806 90 70

– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb

1806 90 90

– – Oħrajn

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, dqiq oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor:

900

1901 20 00

– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905

1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

20 000

– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor

1902 11 00

– – Li fih il-bajd

1902 19

– – Oħrajn:

1902 19 10

– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon

1902 19 90

– – – Oħrajn

1902 20

– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor:

– – Oħrajn:

1902 20 91

– – – Imsajjar

1902 20 99

– – – Oħrajn

1902 30

– Għaġin ieħor:

1902 30 10

– – Imnixxef

1902 30 90

– – Oħrajn

1902 40

– Kuskus:

1902 40 10

– – Mhux ippreparat

1902 40 90

– – Oħrajn

1904

Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, il-kornflejks); ċereali (li mhux qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ frak jew forma ta’ laqx jew frak ieħor maħduma (ħlief għad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon u dqiq oħxon) imsajra minn qabel jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor:

500

1904 10

– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali:

1904 10 10

– – Miskub mill-qamħirrun

1904 10 30

– – Miksub mir-ross

1904 10 90

– – Oħrajn

1904 20

– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ:

100

1904 20 10

– – Preparazzjoni tal-Musli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwija

– – Oħrajn:

1904 20 91

– – – Miskub mill-qamħirrun

1904 20 95

– – – Miksub mir-ross

1904 20 99

– – – Oħrajn

1904 30 00

– Ċereali bulgur

10 000

1904 90

– Oħrajn:

2 500

1904 90 10

– – Ross

1904 90 80

– – Oħrajn

1905

Hobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, li fihom il-kakaw jew le ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

10 000

– Gallettini ħelwin; waffles u wejfers:

1905 31

– – Gallettini ħelwin:

– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 31 11

– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 31 19

– – – – Oħrajn

– – – Oħrajn:

1905 31 30

– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib

– – – – Oħrajn:

1905 31 91

– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ

1905 31 99

– – – – – Oħrajn

1905 32

– – Waffles u wejfers::

3 000

1905 32 05

– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż

– – – Oħrajn

– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 32 11

– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 32 19

– – – – – Oħrajn

– – – – Oħrajn:

1905 32 91

– – – – – Melħin, mimlija jew le

1905 32 99

– – – – – Oħrajn

1905 40

– Qarmeċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili:

120

1905 40 10

– – Qarmeċ

1905 40 90

– – Oħrajn

1905 90

– Oħrajn:

10 000

1905 90 10

– – Matzos

1905 90 20

– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili

– – Oħrajn:

1905 90 30

– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li jkun fih, bil-piż, fl-istat ta’ materjal xott, mhux aktar minn 5 % ta’ zokkor u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħam

1905 90 45

– – – Gallettini

1905 90 55

– – – Prodotti estrużi jew espanduti, aromatizzati jew melħin

– – – Oħrajn:

1905 90 60

– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjud

2105 00

Ġelati u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kawkaw u kemm jekk le:

3 000  (3)

2105 00 10

– Li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib jew li jkun fihom anqas minn 3 %, bil-piż, ta’ tali xaħmijiet.

– Li fihom, bil-piż, xaħam tal-ħalib:

2105 00 91

– – 3 % jew aktar iżda anqas minn 7 %

2105 00 99

– – 7 % jew aktar

2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor:

4 000

2106 10

– Konċentrati tal-proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa:

2106 10 80

– – Oħrajn

2106 90

– Oħrajn:

2106 90 98

– – – Oħrajn


(1)  Prodotti, li huma esklużi mill-Kwota Bla Dazju: 1704 90 99 9080, iżda li jinkludu l-Ħelwa tat-Tork u l-Lokoum

(2)  Prodotti, li huma esklużi mill-Kwota Bla Dazju:1806 20 80 9080, 1806 20 95 9080, 1806 90 90 1980, 1806 90 90 9980.

(3)  L-applikazzjoni ddewmet sakemm il-problemi rigward l-importazzjonijiet fl-UE tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mit-Turkija jiġu solvuti.


ANNESS II

Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fit-Turkija ta’ prodotti agrikoli proċessati mill-UE

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Tariffarja bla Dazju Annwali

(f’tunnellati għal piż nett)

(1)

(2)

(3)

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw:

1 000

1704 10

– Chewing gum, kemm jekk ikun miksi biz-zokkor jew le:

– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrows, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows):

1704 10 11

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 19

– – – Oħrajn

– – Li jkollhom 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrows):

1704 10 91

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 99

– – – Oħrajn

1704 90

– Oħrajn:

2 500

1704 90 30

– – – Ċikkulata bajda

– – Oħrajn:

1704 90 51

– – – Pejsts, inkluż il-marżipan, f’pakketti diretti ta’ kontenut nett ta’ kilo jew aktar

1704 90 55

– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla

1704 90 61

– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned)

– – – Oħrajn:

1704 90 65

– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor

1704 90 71

– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le

1704 90 75

– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili

– – – Oħrajn:

1704 90 81

– – – – – Pilloli kompressati

1704 90 99

– – – – – Oħrajn

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw:

7 000

1806 10

– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda:

1806 10 20

– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglukożju muri bħala sukrows

1806 10 30

– – B’65 % jew aktar, iżda anqas minn 80 %, bil-piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrows) jew iżoglukożju muri bħala sukrows

1806 10 90

– – Bi 80 % jew aktar, bħala piż, ta’ sukrows (inkluż zokkor invertit muri bħala sukrows) jew isoglukows muri bħala sukrows

1806 20

– Preparazzjonijiet oħra fi blokok jew ċangaturi li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg:

1806 20 10

– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib

1806 20 30

– – Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kakaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

– – Oħrajn:

1806 20 50

– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw

1806 20 70

– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka

1806 20 80

– – – Kisi biċ-ċikkulata

1806 20 95

– – – Oħrajn

– Oħrajn, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ:

1806 31 00

– – Mimlija

1806 32

– – Mhux mimlija

1806 32 10

– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda

1806 32 90

– – – Oħrajn

1806 90

– Oħrajn:

– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata:

– – – Ċikkulatini, (inklużi pralines) mimlija jew le:

1806 90 11

– – – – Li jkun fihom l-alkoħol

1806 90 19

– – – – Oħrajn

– – – Oħrajn:

1806 90 31

– – – – Mimlija

1806 90 39

– – – – Mhux mimlija

1806 90 50

– – Ħlewwiet taz-zokkor jew sostitut għalih magħmula għalhekk minn prodotti ta’ sostituzzjoni taz-zokkor, li fihom il-kawkaw

1806 90 60

– – Pejsts li jkun fihom il-kawkaw

1806 90 70

– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb

1806 90 90

– – Oħrajn

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, dqiq oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor:

500

1901 10 00

– Preparazzjonijiet għall-użu mit-trabi, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut

1901 20

– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905

300

1901 90

– Oħrajn:

2 000

– – Estratt tax-xgħir:

1901 90 11

– – – Li fih 90 % estratt niexef jew aktar bil-piż

1901 90 19

– – – Oħrajn

– – Oħrajn:

1901 90 99

– – – Oħrajn

1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, njokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

20 000

– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor

1902 11 00

– – Li fih il-bajd

1902 19

– – Oħrajn:

1902 19 10

– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon

1902 19 90

– – – Oħrajn

1902 20

– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor:

– – Oħrajn:

1902 20 91

– – – Imsajjar

1902 20 99

– – – Oħrajn

1902 30

– Għaġin ieħor:

1902 30 10

– – Imnixxef

1902 30 90

– – Oħrajn

1902 40

– Kuskus:

1902 40 10

– – Mhux ippreparat

1902 40 90

– – Oħrajn

1904

Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, il-kornflejks); ċereali (li mhux qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ frak jew forma ta’ laqx jew frak ieħor maħduma (ħlief għad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon u dqiq oħxon) imsajra minn qabel jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor:

5 000

1904 10

– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali:

1904 10 10

– – Miskub mill-qamħirrun

1904 10 30

– – Miksub mir-ross

1904 10 90

– – Oħrajn

1904 20

– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ:

500

1904 20 10

– – Preparazzjoni tal-Muesli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwija

– – Oħrajn:

1904 20 91

– – – Miskub mill-qamħirrun

1904 20 95

– – – Miksub mir-ross

1904 20 99

– – – Oħrajn

1904 90

– Oħrajn:

300

1904 90 10

– – Ross

1904 90 80

– – Oħrajn

1905

Hobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, li fihom il-kawkaw jew le, ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

1 000

– Gallettini ħelwin; waffles u wejfers:

1905 31

– – Gallettini ħelwin:

– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 31 11

– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 31 19

– – – – Oħrajn

– – – Oħrajn:

1905 31 30

– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib

– – – – Oħrajn:

1905 31 91

– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ

1905 31 99

– – – – – Oħrajn

1905 32

– – Waffles u wejfers:

600

1905 32 05

– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż

– – – Oħrajn

– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 32 11

– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 32 19

– – – – – Oħrajn

– – – – Oħrajn:

1905 32 91

– – – – – Melħin, mimlija jew le

1905 32 99

– – – – – Oħrajn

1905 40

– Qarmuċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili:

200

1905 40 10

– – Qarmuċ

1905 40 90

– – Oħrajn

1905 90

– Oħrajn:

1 500

1905 90 10

– – Matzos

1905 90 20

– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili

– – Oħrajn:

1905 90 30

– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li jkun fih, bil-piż, fl-istat ta’ materjal xott, mhux aktar minn 5 % ta’ zokkor u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħam

1905 90 45

– – – Gallettini

1905 90 55

– – – Prodotti estrużi jew espanduti, aromatizzati jew melħin

– – – Oħrajn:

1905 90 60

– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjuda

1905 90 90

– – – – Oħrajn

2105 00

Ġelati u silġ ieħor li jittiekel, kemm jekk ikun fih il-kawkaw u kemm jekk le:

3 000  (1)

2105 00 10

– Li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib jew li jkun fihom anqas minn 3 %, bil-piż, ta’ tali xaħmijiet

– Li fihom, bil-piż, xaħam tal-ħalib:

2105 00 91

– – 3 % jew aktar iżda anqas minn 7 %

2105 00 99

– – 7 % jew aktar

2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor:

4 000

2106 10

– Konċentrati tal-proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa:

2106 10 80

– – Oħrajn

2106 90

– Oħrajn:

2106 90 98

– – – Oħrajn


(1)  L-applikazzjoni ttardjat sakemm jiġu solvuti l-problemi rigward l-importazzjonijiet fl-UE tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mit-Turkija.


  翻译: