9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 125/39 |
Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
Il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Unjoni tal-Komoros innotifikaw lil xulxin, fit-3 ta' Mejju 2007 u s-6 ta' Marzu 2008 rispettivament, dwar it-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Għaldaqstant il-Ftehim daħal fis-seħħ fis-6 ta' Marzu 2008, skond l-Artikolu 16 tiegħu.