18.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 100/2019
tal-11 ta' April 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1230]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/462 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal fil-punt 31bazt (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1799) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendata bi:
— |
32019 R 0462: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/462 tat-30 ta' Jannar 2019 (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 13).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/462 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' April 2019 jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2019 tad-29 ta' Marzu 2019, skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fil-11 ta' April 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 80, 22.3.2019, p. 13.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.