22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1)

L-Unjoni Ewropea u l-Unjoni ta' Comoros nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, f'konformità mal-Artikolu 62 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mis-7 ta' Frar 2019 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni ta' Comoros.


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.


  翻译: