31977L0540



Official Journal L 220 , 29/08/1977 P. 0083 - 0094
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0223
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0222
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0223
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0235
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0235


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Ġunju 1977

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi ta’ l-ipparkjar ta’ vetturi bil-magna (77/540/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( [2],

Billi, l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-magna skond il-liġi nazzjonali huma relatati inter alia mal-lampi ta’ l-ipparkjar;

Billi, dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex jippermettu li, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom [3], tkun introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, fid–Direttiva 76/756/KEE [4], il-Kunsill stabbilixxa l-kondizzjonijiet komuni għall-istallazzjoni tad-dawl u ta’ l-istrumenti li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-magna u karrijiet tagħhom;

Billi, proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal-lampi ta’ l-ipparkjar tippermetti lil kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet komuni ta’ kostruzzjoni u ta’ l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal kull lampa ta’ l-ipparkjar; billi t-tpoġġija ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE fuq kull lampa ta’ l-ipparkjar manifatturata b’konformità mat-tip approvat twarrab kull bżonn ta’ kontroll tekniku ta’ dawn il-lampi ta’ l-ipparkjar fl-Istati Membri l-oħrajn;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali relatati mal-vetturi bil-magna teħtieġ ir-rikonoxximent min-naħa tal-Istati Membri tat-testijiet li jsiru minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għal kull tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-kostruzzjoni u ta’ l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi I, II, IV u VI.

2. Kull Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, sakemm dan ikun meħtieġ u jekk ikun hemm bżonn b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Tali verifika għandha tkun limitata għal ‘spot checks’.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar approvata li hija skond l-Artikolu 1, joħorġu għall-fabbrikant jew għar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ l-approvazzoni tat-tip tal-KEE li tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu l-użu ta’ marki li għandhom ċans joħolqu konfużjoni bejn lampi ta’ l-ipparkjar li jkollom l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u strumenti oħrajn.

Artikolu 3

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ lampi ta’ l-ipparkjar fuq raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tagħhom jew mal-metodu ta’ kif jaħdmu, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE

2. B’dana kollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ lampi ta’ l-ipparkjar li għandhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat. Dan l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn, kopja taċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness III, mimli għal kull tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE jiskopri li numru ta’ lampi ta’ l-ipparkjar li jkollhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE m’humiex konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda li jistgħu, fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu għar-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinfurmaw wieħed lill-ieħor fi żmien ta’ xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għal-lampa ta’ l-ipparkjar jew li tipprojbixxi t-tpoġġija tagħha fis-suq jew l-użu tagħha, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u fuq il-limiti ta’ żmien permessibbli għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru m’għandu jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura fuq raġunijiet relatati mal-lampi ta’ l-ipparkjar tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jekk din tkun imwaħħla skond il-kondizzjonjiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru m’għandu jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew il-bidu ta’ l-użu ta’ vettura li tkun fuq raġunijiet relatati mal-lampi ta’ l-ipparkjar tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jekk dawn ikunu mwaħħla skond il-kondizzjonjiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-magna li hija ntiża għall-użu fit-triq, bi jew mingħajr il-bini tal-karozzerija tal-vettura, li għandha ta’ l-anqas erba’ roti u b’disinn ta’ veloċità massima li jeċċedi il-25km fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq binarju, tracktors tal-foresti u makkinarji u vetturi ta’ xogħol pubbliku.

Artikolu 10

Kull emenda meħtieġa għall-aġġustament tal-kondizzjonijiet ta’ l-Annessi sabiex ikun ikkunsidrat il-progress tekniku, għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Rodgers

[1] ĠU C 118, tas-16.5.1977, pġ. 29.

[2] ĠU C 114, tal-11.5.1977, pġ. 4.

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, pġ. 1.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Definizzjonijiet, speċifikazzjonijiet ġenerali, intenstità ta’ dawl mitfugħ, proċedura ta’ test, kulur tad-dawl mitfugħ, konformità tal-produzzjoni, nota li tikkonċerna l-kulur |

L-ANNESS II: | L-Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl |

L-ANNESS III: | Mudell taċ-Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip komponenti tal-Komunità Ekonomika Ewropea |

L-ANNESS IV: | Kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip komponenti tal-Komunità Ekonomika Ewropea u ta’ l-immarkar |

L-ANNESS V: | Kejl fotometriku |

L-ANNESS VI: | Kulur tad-dawl mitfugħ u kordinati trikomatiċi |

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ, PROĊEDURA TA’ TEST, KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI, NOTA DWAR IL-KULUR1.

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. "Lampa ta’ l-ipparkjar" tfisser il-lampa użata biex wieħed jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun bil-preżenza ta’ vettura wieqfa f’żona mibnija.

1.2. L-"Assi tar-referenza" (jew ir-referenza ta’ l-assi) tfisser l-assi karatteristiċi tas-sinjal tad-dawl, iddeterminat mill-fabbrikant għall-użu bħala direzzjoni ta’ referenza (H = 0, V = 0) għall-qisien fotometriċi u għal meta titwaħħal il-lampa fuq il-vettura.

1.3. "Ċentru ta’ referenza" jfisser l-intersezzjoni ta’ l-assi ta’ referenza mas-superfiċje esterjuri li tarmi d-dawl speċifikat mill-fabbrikant tal-lampa.

1.4. "Tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar" tfisser lampi ta’ l-ipparkjar li ma jkunux differenti f’aspetti essenzali bħal ma huma:

1.4.1. l-isem jew il-marka kummerċjali;

1.4.2. il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.4.3. it-tip tal-filament tal-lampa.

2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

2.1 Kull kampjun li hemm refereneza għalih f’1.2.3 ta’ l-Anness IV għandu jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjoni mogħtija f’3 u 5.

2.2. Il-lampi ta’ l-ipparkjar għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li, f’kondizzjonijiet normali ta’ l-użu, minkejja xi vibrazzjonijiet li jistgħu Jkunu suġġetti għalihom matul dan l-użu, it-tħaddim sodisfaċenti tagħhom jibqa’ assigurat u huma jżommu l-karatteristiċi stabbiliti b’din id-Direttiva.

3. INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

3.1. Fl-assi ta’ referenza, id-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni, li hemm referenza għalihom f’1.2.3 ta’ l-Anness II, m’għandux ikun inqas mill-intensità minima u mhux aktar mill-intensità massima speċifikata hawn taħt:

| | Minimu (cd) | Massimu (cd) |

3.1.1 | Lampi ta’ l-ipparkjar li jħarsu ’l quddiem | 2 | 60 |

3.1.2 | Lampi ta’ l-ipparkjar li jħarsu lura | 2 | 30 |

3.2. ’Il barra mill-assi tar-referenza u fl-oqsma angulari definiti fid-dijagrammi fl-Anness II, l-intenistà tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni għandha tkun:

3.2.1. f’kull direzzjoni li tikkorrispondi mal-punti fil-lista tad-distribuzzjoni ta’ l-intensità tal-luminożita fl-Anness V, ma tkunx anqas mill-valur muri, fil-lista msemmija tad-direzzjoni kkonċernata, espressa bħala persentaġġ tal-minimu speċifikat f’3.1;

3.2.2. f’kull direzzjoni fl-ispazju li fih hija viżibbli l-lampa kkonċernata, ma teċċedux il-massimu speċikat f’3.1;

3.2.3. b’dana kollu, l-intensità tad-dawl ta’ 60cl cd għandha tkun permessa għall-lampi ta’ l-ipparkjar inkorporati bi ‘stop lamps’ (ara 3.1.2) taħt pjan li jifforma angolu ta’ 5o ma’ u taħt il-pjan orizzontali;

3.2.4. apparti minn hekk,

3.2.4.1. matul l-oqsma definiti fl-Anness II, l-intensità tad-dawl mitfugħ ma tistax tkun inqas minn 0705 cd;

3.2.4.2. il-kondizzjonijiet ta’ 2.2 ta’ l-Annes V fuq varjazzjonijiet lokali ta’ intensità għandhom ikunu osservati.

3.3. L-intensitajiet għandhom ikunu mkejla b’lampa(i) bil-filament mixgħul il-ħin kollu, u fil-każ ta’ strumenti li jitfgħu dawl aħmar jew isfar, ta’ dawl ikkulurit.

3.4. L-Anness V, li hemm referenza għalih f’3.2.1, jagħti d-dettalji tal-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw.

4. PROĊEDURA TA’ TEST

Il-qisien kollha għandhom jittieħdu b’lampi normali bil-filament mingħajr kulur tat-tipi rakkommandati għal-lampi ta’ l-ipparkjar, u għaldaqstant ikunu rregolati biex jipproduċu l-fluss ta’ dawl normali stabbilit għal dawn it-tip ta’ lampi.

5. KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ

Il-kulur tad-dawl mitfugħ, imkejjel bl-użu ta’ sorsi ta’ dawl b’temperatura ta’ kulur ta’ 2854K, li jikkorrispondi ma’ l-illuminanti A tal-Kummissjoni Internazzjonali ta’ l-Illuminazzjoni (CIE), għandhom ikunu fil-limiti tal-kordinati stabbiliti għall-kulur imsemmi fl-Anness VI.

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Kull lampa ta’ l-ipparkjar li għandha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandha tkun konformi mat-tip approvat u tissodisfa l-kondizzjonijiet fotometriċi speċifikati f’3 u 5. B’dana kollu, fil-każ ta’ lampa magħżula bl-addoċċ mis-serje tal-produzzjoni, il-kondizzjonijiet li jikkonċernaw l-intensità minima ta’ dawl mitfugħ (imkejla b’lampa normali bil-filament kif stabbilit f’4) għandha tkun limitata f’kull direzzjoni rilevanti għal 80 % tal-valuri minimi speċifikati f’3.1 u fi 3.2.

7. NOTA DWAR IL-KULUR

L-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandha tkun mogħtija jekk il-kulur li titfa’ l-lampa ta’ l-ipparkjar ikun dak stabbilit f’3.13 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/756/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU [1]

F’kull każ, l-angoli minimi tad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju huma 15o ‘il fuq u 15o ‘l isfel mill-orizzontali.

+++++ TIFF +++++

[1] L-angoli murija f’dawn id-dijagrammi huma korretti għal strumenti li għandhom ikunu mmuntati fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura. Il-vleġeġ jippuntaw lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE

(Format massimu: A4 (210 x 297mm)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE U KONDIZZJONIJIET TAL-MARKI.

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE

1.1 L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandha tiġi ppreżentata minn min ikun qed iġorr l-isem jew il-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

1.2. Għal kull tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar l-applikazzjoni jrid ikollha magħha:

1.2.1. deskrizzjoni teknika fil-qasir li tistqarr, b’mod partikolari, it-tip/i ta’ lampa/i bil-filament irrakommandata/i, li għandha/hom ikunu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kumissjoni Internazzjonali ta’ l-Illuminazzjoni (CIE)

1.2.2. disinni (tliet kopji), b’dettal suffiċjenti li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-lampa ta’ l-ipparkjar u li juri l-posizzjoni ġeometrika li trid teħel fiha l-lampa fuq il-vettura, l-assi ta’ osservazzjoni li għandhom jittieħdu bħala assi ta’ referenza għat-testijiet (angolu orizzontali H = 0, angolu vertikali V = 0), u l-punt li jrid jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija;

1.2.3. żewġ kampjuni; jekk il-lampi ta’ l-ipparkjar ikunu tali li jkunu jistgħu jitwaħħlu biss fuq naħa waħda tal-vettura, iż-żewġ kampjuni jridu jkunu identiċi u tajbin biex jitwaħħlu biss fuq in-naħa tal-lemin jew fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura.

2. IMMARKAR

2.1 Il-kampjuni ta’ tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar ippreżentati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE irid ikollhom:

2.1.1. l-isem jew il-marka kummerċjali ta’ l-applikant, li għandu jkun leġġibbli u indelibbli b’mod ċar;

2.1.2. marka leġġibbli u indelibbli b’mod ċar li tindika it-tip/i ta’ lampa/i bil-filamenti rrakomandati;

2.1.3. u għandhom jinkorporaw spazju kbir biżżejjed biex iġorru l-marka ta’ apporvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE, li tkun tinkludi s-simboli addizzjonali preskritti f’4; dan l-ispazju għandu jiġu muri fid-disinnji msemmija f’1.2.2.

3. APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KOMPONENT TAL-KEE

3.1 Jekk iż-żewġ kampjuni ppreżentati skond 1 jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-Annessi 1, II, IV, V u VI, l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandha tiġi mogħtija u għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent.

3.2. Dan in-numru ma jistax jiġi assenjat lil xi tip ieħor ta’ lampa ta’ l-ipparkjar.

3.3. Meta tiġi mitluba approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għal strument li jixgħel u li jagħti sinjal bid-dawl, li jkun jinkludi lampa ta’ l-ipparkjar u lampi oħrajn, tista’ tinħareġ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE waħda, sakemm dik il-lampa kkonċernata tkun tissodisfa l-kondizzjonjiet ta’ din id-Direttiva u sakemm kull waħda mil-lampi l-oħra li jagħmlu parti mill-istrument li jixgħel u li jagħti sinjal bid-dawl li għalih hemm bżonn approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE ikun jissodisfa d-Direttiva speċifikata li tapplika għalih.

4. MARKI

4.1 Kull lampa ta’ l-ipparkjar li tikkonforma ma’ tip approvat minn din id-Direttiva għandha ġġorr il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira ‘e’, li warajha jiġu n-numru jew l-ittra/i ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġu l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent:

1 għall-Ġermanja,

2 għal Franza,

3 għall-Italja,

4 għall-Olanda,

6 għall-Belġju,

11 għall-Ingilterra,

13 għal-Lussemburgu,

18 għad-Danimarka

IRL għall-Irlanda.

Għandha tinkludi wkoll in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jikkorrispodi man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE maħruġ għat-tip ta’ lampa ta’ l-ipparkjar ikkonċernata.

4.3. Fil-każi li ġejjin, il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandha jkollha miżjud magħha s-simbolu addizzjonali "P".

4.4. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandu jitpoġġa f’posizzjoni konvenjenti ħdejn ir-rettangolu madwar l-ittra ‘e’.

4.5. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u s-simboli addizzjonali jridu jiġu mwaħħla mal-lenti tal-lampa jew ma’ waħda mill-lentijiet b’tali mod li tkun indelibbli u leġġibbli b’mod ċar anki meta l-lampi ta’ l-ipparkjar jiġu mwaħħla mal-vettura.

4.6. Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE huwa mogħti fl-Appendiċi.

4.7. Meta numru wieħed ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE jinħareġ, bħal taħt 3.3, għal tip ta’ strument li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl li jkun jinkludi lampa ta’ l-ipparkjar u lampi oħrajn, marka waħda ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE tista’ titwaħħal. Din tkun magħmul minn:

- rettangolu madwar l-ittra ‘e', li warajh jiġu n-numru jew l-ittra/i distintivi tal-Istati Membri li jkunu ħarġu l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE:

- in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE,

- is-simboli addizzjonali mitluba mid-Direttivi varji li taħthom ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE.

4.8. Id-dimensjonijiet tal-komponenti varji ta’ din il-marka m’għandhom ikunu inqas mill-ikbar dimensjonijiet minimi speċifikati għall-immarkar individwali mid-Direttivi li taħthom ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE.

--------------------------------------------------

Appendiċi

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip ta' komponent tal-KEE

+++++ TIFF +++++

L-istrument li għandu il-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jidher hawn fuq huwa lampa tal-ipparkjar, li għandha l-approvazzjoni tat-tip ta' Komponent tal-KEE maħruġa mill-Ingilterra (e 11) taħt in-numru 1471.

--------------------------------------------------

ANNESS V

QISIEN FOTOMETRIĊI

1. METODI TAL-KEJL

1.1 Matul il-kejl fotometriku, riflessi iżolati għandhom jiġu evitati b’maskla addattata.

1.2. Jekk ir-riżultati tal-kejl jiġu sfidati, il-kejl għandu jsir b’mod li jissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.2.1. id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li l-liġi tal-invers tal-kwadrat tad-distanza tkun applikabbli;

1.2.2. it-tagħmir ta’ kejl għandu jkun tali li l-apertura angulari tar-riċevitur meta wieħed iħares lejha miċ-ċentru ta’ referenza tkun bejn 10 u 1.

1.2.3. il-kondizzjoni ta’ l-intensità għal direzzjoni partikolari ta’ l-osservazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala sodisfatta jekk dik il-kondizzjoni tkun milħuqa f’direzzjoni li tiddevja b’mhux b’aktar minn 15 mid-direzzjoni ta’ l-osservazzjoni.

2. TABELLA TAD-DISTRIBUZZJONI STANDARD TA’ L-INTENSITÀ TA’ DAWL

+++++ TIFF +++++

2.1. Id-direzzjoni H = 0 u V = 0 tikkorrispondi ma’ l-assi ta’ referenza (li, meta tiġi mwaħħla l-lampa fuq il-vettura, din għandha tkun orizzontali, parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u orjentata fid-direzzjoni tal-viżibilità meħtieġa). Tgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri li jidhru fil-lista jagħtu, għad-direzzjonijiet varji ta’ kejl, l-intensitajiet minimi bħala persentaġġ mill-minimu meħtieg fl-assi għal kull lampa (fid-direzzoni H = 0 u V = 0).

2.2. Jekk l-eżami viżwali ta’ lampi jidher li jirrivela varjazzjonijiet lokali sostanzjali ta’ l-intensità, għandha ssir verifika li tassigura li l-ebda intensità mkejla bejn tnejn mid-direzzjonijiet ta’ kejl li hemm referenza għalihom f’2.1 m’hi:

2.2.1. għal minimu speċifikat, taħt 50 % tal-inqas taż-żewġ intensitajiet minimi stabbiliti għal dawn id-direzzjonijiet ta’ kejl;

2.2.2. għal speċifikazzjoni massima, ’il fuq mill-inqas taż-żewġ intensitajiet massimi stabbiliti għal dawn id-direzzjonijiet ta’ kejl, miżjuda bi frazzjoni, espressi bħala funzjoni lineari, tad-differenzi bejn l-intensitajiet stabbiliti għall-imsejħa direzzjonijiet ta’ kejl.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

IL-KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ

KORDINATI TRIKROMATIĊI

AĦMAR | limitu lejn l-isfar | y ≤ 0335 |

limitu lejn il-vjola | z ≤ 0008 |

ABJAD | limitu lejn l | ikħal x ≥ 0310 |

limitu lejn l | isfar x ≤ 0500 |

limitu lejn l | aħdar y ≤ 0150 + 0640 x |

limitu lejn l | aħdar y ≤ 0440 |

limitu lejn il | vjola y ≥ 0050 + 0750 x |

limitu lejn l | aħmar y ≥ 0382 |

AMBRA | limitu lejn l | isfar y ≤ 0429 |

limitu lejn l | aħmar y ≥ 0398 |

limitu lejn l | abjad z ≤ 0007 |

Biex wieħed jivverifika dawk il-karatteristiċi kilometriċi, għandha tintuża sorsa ta’ dawl b’temperatura ta’ kulur ta’ 2854 K li tikkorrispondi ma’ l-illuminant A tal-Kummissjoni Internazzjonali ta’ l-Illuminazzjoni (CIE).

--------------------------------------------------

  翻译: