Official Journal L 006 , 10/01/1979 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0135
Greek special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0030
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0135
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 5 P. 0138
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 5 P. 0138
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1978 li taċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tat-13 ta' Ġunju 1978 dwar l-emenda ta' Artikoli XIV (a) u XVI (d) tal-Konvenzjoni dwar in-nomenklatura għall-klassifika ta' oġġetti fit-tariffi doganali (79/6/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari Artikoli 28 u 113 ta' l-istess, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi d-disa’ Stati Membri huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Brussel tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-nomenklatura għall-klassifika ta' oġġetti fit-tariffi doganali; billi t-Tariffa Doganali Komuni hija bażata fuq dik in-nomenklatura; Billi l-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali jista’ jirrakkomanda emendi għall-Konvenzjoni lill-Partijiet Kontraenti tagħha; billi fit-13 ta' Ġunju 1978 huwa rrakkomanda emendi għal Artikoli XIV (a) u XVI (d) tal-Konvenzjoni; Billi, taħt il-Konvenzjoni, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Belġjan jikkomunika l-abbozz tat-test ta' kull emenda rakkomandata lill-Partijiet Kontraenti kollha u lill-Gvernijiet ta' l-iStati l-oħra kollha firmatarji jew li sa jissieħbu u t-test ikun meqjus bħala aċċettat jekk l-ebda oġġezzjoni ma tiġi notifikata minn xi Parti Kontraenti fi żmien sitt xhur mid-data tal-komunikazzjoni; billi, jekk l-ebda oġġezzjoni ma’ tiġi notifikata, l-emenda tidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu; Billi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Belġjan ikkomunika t-test tar-rakkomandazzjoni tat-13 ta' Ġunju 1978 lill-Partijiet Kontraenti fit-30 ta' Ġunju 1978, sabiex tidħol fis-seħħ sa mill-ta' Lulju 1978; billi, jekk l-ebda oġġezzjoni ma tiġi notifikata għat test kollu jew għal parti minnu, ir-rakkomandazzjoni titqies bħala li tkun ġiet aċċettata fil-31 ta' Diċembru 1978 u tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1979; Billi m'hemm l-ebda oġġezzjoni x'issir għal xi parti mir-rakkomandazzjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Waħdieni Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tat-13 ta' Ġunju 1978 li tikkonċerna l-emenda ta' Artikoli XIV (a) u XVI (d) tal-Konvenzjoni dwar in-nomenklatura għall-klassifika ta' fit-tariffi doganali hija b'dan aċċettata sabiex tkun tapplika sa mill-1 ta' Lulju 1979. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1978. Għall-Kunsill Il-President H.-D. Genscher --------------------------------------------------