31992R3688



Official Journal L 374 , 22/12/1992 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3688/92

tal-21 ta' Diċembru 1992

li jadatta għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3572/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 17 u 18 tiegħu,

Billi hu meħtieġ li jkunu eliminati l-possibbiltajiet ta' frodi fl-użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni elettroniku fit-trasport bit-triq;

Billi fid-dawl ta' l-esperjenza u invista ta' l-istat preżenti tas-sitwazzjoni hu possibbli li jiġu protetti l-cables ta' konnessjoni ta' l-apparat mat-trasmettitur ta' l-impulsi sabiex jagħmilhom invjolabbli;

Billi, wara li tiġi kkunsidrata d-durata ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni eżistenti, hemm il-ħtieġa li tkun implimentata din it-teknoloġija ġdida fl-istandards ta' kostruzzjoni u stallazzjoni tal-Komunità għal apparat ta' reġistrazzjoni elettroniku;

Billi hu meħtieġ li jiġi mkisser is-siġill ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni biex ikun stallat strument għall-limitu tal-veloċità fuq il-vettura; billi din l-azzjoni hi permessa biss mir-Regolament f'każ ta' emerġenza; billi hu konsegwentement rakkomandat li jiġi emendat ir-Regolament f'dan is-sens;

Billi l-miżuri mogħtija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar Progress Tekniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 12 għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

"5. Kull siġill għandu jitneħħa mill-fitters jew workshops approvati mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Anness I, il-Kapitolu V, il-paragrafu 4 ta' dan ir-Regolament.";

2. fl-Anness I, il-Kapitolu V, il-paragrafu 4, id-dispożizzjoni (g) li ġejja hi inkluża:

"(g) kull kopertura li tagħti aċċess lill-mezzi biex jadattaw il-kostanti tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni mal-koeffiċjent karatteristiku tal-vettura."

Fl-aħħar tal-paragrafu 4,

"Is-siġilli biss imsemmija f'(b), (ċ) u (e) jistgħu jitneħħew f'każijiet ta' emerġenza"

; hu emendat kif ġej:

"Is-siġilli msemmija f'(b), (ċ) u (e) huma awtorizzati li jkunu mneħħija:

- f'każ ta' emerġenza,

- biex jiġi stallat, aġġustat jew imsewwi strument għal-limitu tal-veloċità jew kull apparat ieħor li jikkontribwixxi għas-sigurtà fit-toroq,

kemm-il darba t-tagħmir tar-reġistrazzjoni jibqa' jaħdem b'mod affidabbli u korrettement u jkun siġillat mill-ġdid minn fitter jew workshop approvat minnufih wara li jkun imwaħħal l-istrument għal-limitu tal-veloċità jew kull apparat ieħor li jikkontribwixxi għal sigurtà fit-toroq jew fi żmien sebat ijiem f'każijiet oħra.";

3. fl-Anness I, il-Kapitolu V, tiddaħħal id-dispożizzjoni 5 li ġejja:

"5. Il-cables li jgħaqqdu t-trasmettitur tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni jridu jkunu protetti b'kisja kontinwa ta' plastik ta' kopertura ta' stainless steel bi trufijiet migduma."

L-Artikolu 2

Mill-1 ta' Jannar 1994, Stati Membri m'għandhomx jibqgħu jagħtu approvazzjoni KEE lil kwalunkwe tip ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, kif emendat b'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Mill-1 ta' Jannar 1996, it-tagħmir ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura ġdida mdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba għandu jkun konformi mar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, kif emendat b'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Karel VAN MIERT

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 12.

--------------------------------------------------

  翻译: