Official Journal L 001 , 03/01/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (94/1/KEFA, KE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 238 flimkien mat-tieni subparagrafu ta' Artikolu 228(3) tal-istess, Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992 għandu jkun approvat, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Federazzjoni Svizzera, il-Protokolli, l-Annessi mehmużin miegħu u d-Dikjarazzjonijiet, il-Minuti Miftiehma u l-korrispondenza mehmuża mal-Att Finali huma hawn approvati f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-testi tal-atti li għalihom jirriferi l-ewwel paragrafu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-att ta' approvazzjoni li jipprovdi għalih l-Artikolu 129 tal-Ftehim għandu jkun depożitat mill-President tal-Kunsill f'isem il-Komunità Ewropea u mill-President tal-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [2]. Magħmula fi Brussel, it-13 Diċembru 1993. Għall-Kunsill Il-President Ph. Maystadt Għall-Kummissjoni J. Delors Il-President [1] ĠU Ċ 305, tat- 23.11.1992, p. 66. [2] Ara paġna 606 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------