Official Journal L 128 , 13/06/1995 P. 0001 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1325/95 tas-6 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi mhux membri mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli oħra speċifiċi ta' importazzjoni tal-Komunità Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi mhux membri mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b'regoli speċifiċi oħra għall-importazzjoni tal-Komunità [1] introduċew ċerti kwoti kwantitattivi, imniżżla fl-Annessi III B, IV, V u VI tar-Regolament, applikabbli għall-pajjiżi mniżżla f'dawk l-annessi; Billi, skond l-Artikolu 2 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet għall-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u l-aġġustament għat-Trattat li fuqu hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, minn issa ‘l quddiem msejjaħ bħala "Att ta' Adeżjoni", ir-Regolament (KE) Nru 517/94 u b'mod partikolari kwoti ffissati fih huma applikabbli għall-pajjiżi li jkunu se jissieħbu; billi, madankollu, skond l-Artikolu 30 ta' l-Att ta' Adeżjoni huwa meħtieġ li wieħed jadatta l-kwoti msemmija skond il-linji ta' gwida mniżżla fl-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni u skond il-kondizzjoniiet ipprovduti fl-Artikolu 169 ta' l-istess Att; Billi l-Kunsill, waqt li jistabbilixxi l-livell tal-kwoti msemmija hawn fuq, jagħmel li jista' biex jilħaq bilanċ bejn protezzjoni adegwata tal-industriji konċernati tal-Komunità u l-ħtieġa li jżomm ix-xejra tradizzjonali tal-kummerċ mal-pajjiżi konċernati, filwaqt li jżomm preżenti l-interessi tal-partijiet konċernati; Billi, bil-ħsieb ta' adeżjoni, dan il-bilanċ għandu jinżamm billi jiġi assigurat madankollu, fid-dawl tal-linji ta' gwida imniżżla fl-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni, il-kontinwità tax-xejra tradizzjonali tal-kummerċ tal-pajjiżi li se jissieħbu, għall-prodotti konċernati; billi, għal dan il-għan, importazzjoni rreġistrata fis-sena 1993 - l-aktar sena reċenti li għaliha huma disponibbli reġistri sħaħ ta' statistika - jistgħu jitqiesu li huma rappreżentattivi tax-xejra tradizzjonali tal-kummerċ; Billi fiċ-ċirkostanzi, il-livelli ta' kwoti stabbiliti fuq bażi annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu jiġi aġġustat bl-addizzjoni tal-kwantitajiet, li huma ekwivalenti għar-rekord ta' importazzjoni fl-1993; Billi fid-19 ta' Jannar 1995 il-Kummissjoni ffirmat ftehim dwar kummerċ ta' prodotti tat-tessuti mhux kopert mill-Ftehim bilaterali tal-MFA; Billi, għaldaqstant, mill-1 ta' Jannar 1995, il-kwoti kwantitattivi li ġew fis-seħħ bir-Regolament (KE) No 517/94 fl-Anness III B, IV, V u VI tiegħu għandhom jiġu emendati kif muri fl-Anness ta' dan ir-regolament, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi III B, IV, V u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom jinbidlu b'dawk li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1995. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament għall-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-6 ta' Ġunju 1995. Għall-Kunsill Il-President M. Barnier [1] ĠU Nru L 67, 10. 3. 1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat b' Regolament (KE) Nru 2798/94 (OJ Nru L 297, 18. 11. 1994, p. 6). -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS III B Limiti kwantitattivi annwali tal-Komunità msemmijja fl-Artikolu 2(1) ir-raba' inċiż Repubbliki tal-Bosnja-Herzegovina, Kroazja u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Kategorija | Unit | Kwantità | 1 | Tunnellata | 6926,0 | 2 | Tunnellata | 8545,0 | 2a | Tunnellata | 1931,0 | 3 | Tunnellata | 935,0 | 5 | 1000 biċċa | 1986,0 | 6 | 1000 biċċa | 1048,0 | 7 | 1000 biċċa | 602,0 | 8 | 1000 biċċa | 2667,0 | 9 | Tunnellata | 877,0 | 15 | 1000 biċċa | 772,0 | 16 | 1000 biċċa | 575.0 | 67 | 1000 biċċa | 722.0 | ANNESS IV Limiti kwantitattivi annwali tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 3(1) (id-deskrizzjonijiet tal-prodott tal-kategoriji mniżżla f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament) IL-KOREA TA'FUQ Kategorija | Unit | Kwantità | 1 | Tunnellata | 128,0 | 2 | Tunnellata | 145,0 | 3 | Tunnellata | 49,0 | 4 | 1000 biċċa | 285,0 | 5 | 1000 biċċa | 123,0 | 6 | 1000 biċċa | 144,0 | 7 | 1000 biċċa | 93,0 | 8 | 1000 biċċa | 201,0 | 9 | Tunnellata | 71,0 | 12 | 1000 par | 1290,0 | 13 | 1000 biċċa | 1509,0 | 14 | 1000 biċċa | 96,0 | 15 | 1000 biċċa | 108,0 | 16 | 1000 biċċa | 55,0 | 17 | 1000 biċċa | 38,0 | 18 | Tunnellata | 61,0 | 19 | 1000 biċċa | 411,0 | 20 | Tunnellata | 142,0 | 21 | 1000 biċċa | 2961,0 | 24 | 1000 biċċa | 263,0 | 26 | 1000 biċċa | 173,0 | 27 | 1000 biċċa | 179,0 | 28 | 1000 biċċa | 285,0 | 29 | 1000 biċċa | 75,0 | 31 | 1000 biċċa | 293,0 | 36 | 1000 biċċa | 91,0 | 37 | 1000 biċċa | 356,0 | 39 | 1000 biċċa | 51,0 | 59 | 1000 biċċa | 466,0 | 61 | 1000 biċċa | 40,0 | 68 | 1000 biċċa | 75,0 | 69 | 1000 biċċa | 184,0 | 70 | 1000 biċċa | 270,0 | 73 | 1000 biċċa | 93,0 | 74 | 1000 biċċa | 133,0 | 75 | 1000 biċċa | 39,0 | 76 | Tunnellata | 75,0 | 77 | Tunnellata | 9,0 | 78 | Tunnellata | 115,0 | 83 | Tunnellata | 34,0 | 117 | Tunnellata | 51,0 | 118 | Tunnellata | 23,0 | 142 | Tunnellata | 10,0 | 151 A | 1000 biċċa | 10,0 | 151 B | Tunnellata | 10,0 | 161 | Tunnellata | 152,0 | ANNESS V imsemmi fl-Artikolu 3(3) (Id-deskrizzjonijiet tal-prodott tal-kategoriji mniżżla f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament) KOREA TA' FUQ Kategoriji: | 10, 22, 23, 32, 33, 34, 35, 38, 40, 41, 42, 49, 50, 53, 54, 55, 58, 62, 63, 65, 66, 67, 72, 84, 85, 86, 87, 88, 90, 91, 93, 97, 99, 100, 101, 109, 111, 112, 113, 114, 120, 121, 122, 123, 124, 130, 133, 134, 135, 136, 137, 138, 140, 141, 145, 146 A, 146 B, 146 C, 149, 150, 153, 156, 157, 159, 160. | " --------------------------------------------------