31995R2810



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0024 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2810/95

tal-5 ta' Diċembru 1995

fuq il-klassifikazzjoni fit-tariffa ta' karkassi tal-majjal u ta' nofs-karkassi u li jemenda Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u fuq it- Tariffa Doganali Komuni

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir- REGOLAMENT tal-KUNSILL(KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 fuq [1] l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-majjal, kif emendat l-aħħar mir-Regulation (KE) Nru 3290/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi ġie notat li l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal jew nofs karkassi tippreżenta problemi li jirriżultaw mill-fatt li l-mod kif in-nofs karkassi jinqasmu mill-majjal sħiħ kif definit fit-tariffa u n-nomenklatura statistika stabbilita mir-REGOLAMENT tal-KUNSILL(KEE) Nru) Nru 2658/87 [3], kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [4], ma tikkorrispondix eżattament għall-prattiċi tekniċi u kummerċjali; billi din id-definizzjoni trid tiġi rranġata biex b'hekk id-dazji fit-Tariffa Komuni tad-Dwana jiġu applikati l-istess fis-settur tal-majjal;

Billi l-Artikolu 9 tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2759/75 jgħid li l-iskala ta' dazju tat-Tariffi Komuni tad-Dwana għandhom japplikaw għal prodotti soġġetti għall-organiżżazzjoni komuni tas-suq tal-majjal;

Billi, in-segwitu ta' l-Artikolu 15(1) tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2759/75, in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament hija inkorporata fit-Tariffa Komuni ta' Dwana; għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq;

Billi il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Majjal;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta'l-applikazzjoni tad-dazju tad-dwana fis-settur tal-majjal, dan li ġej għandu jkollu t-tifsira kif tinsab hawn taħt:

"karkassi, jew nofs karkassi" għall-iskop tas-subintestaturi 02031110 and 02032110:ħnieżer maqtula fil-forma ta' karkassi domestiċi li ġew imneħħija minnhom id-demm u l-interjuri. Nofs karkassi huma miksuba minn karkassi sħaħ li jiġu maqsuma minn kull vertebra dorsal, lumbar u sacral, minn jew matul l-isternum u minn l-ischio-pubic symphysis. Dawn il-karkassi u nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr ras, saqajn, xaħam, kliewi, denb u dijaframma. Nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr l-ispina dorsali, moħħ jew ilsien. Karkassi u nofs karkassi ta' ħnieżer nisa jistgħu jkunu bi jew mingħajr bżieżel (glandoli mammarji).

Artikolu 2

"2. A. Il-kumplament ta' dawn l-espressjonijiet għandhom it-tifsira kif ser ngħidu:

(a) "karkassi u nofs karkassi", għall-iskop tas-subintestaturi 02031110 and 02032110; ħnieżer maqtula f'forma ta' karkassi domestiċi li miknnhom ikun tneħħa d-demm u l-interjuri kif ukoll is-suf u d-dwiefer. Nofs karkassi huma miksuba minn karkassi sħaħ li jiġu maqsuma minn kullvertebra dorsal, lumbar u sacral, minn jew matul l-isternum u minn l-ischio-pubic symphysis. Dawn il-karkassi u nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr ras, saqajn, xaħam, kliewi, denb u dijaframma. Nofs karkassi jistgħu jkunu bi jew mingħajr l-ispina dorsali, moħħ jew ilsien. Karkassi u nofs-karkassi ta' ħnieżer nisa jistgħu jkunu bi jew mingħajr bżieżel (glandoli mammarji)."

Artikolu 3

Dan ir-regolament għandhu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-5 Diċembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[4] ĠU L 264, tas-7.11.1995, p. 4.

--------------------------------------------------

  翻译: