32001R2589



Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0018 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2589/2001

tas-27 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/2001 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1) Il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli għandhom joriġinaw biex jitpoġġew fis-suq fil-Komunità, li għalihom jipprovdi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, hija stipulata fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 94/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 349/2001 [4]. Dik il-lista kienet stabbilita skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(2) Ir-Repubblika Ċeka bagħtet lill-Kummissjoni talba biex tkabbar il-kategoriji tal-prodott, inklużi fil-lista provduta fl-Artikolu 11(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91, sabiex tkun tinkludi bhejjem miżmuma f'razzett u prodotti ta' bhejjem miżmuma f'razzett. Hi bagħtet it-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 94/92.

(3) L-eżami ta' dan it-tagħrif u bħala riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka wasslet għall-konklużjoni li f'dan il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-ispezzjoni ta' bhejjem ta' l-irziezet u prodotti ta' bhejjem ta' l-irziezet huma ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(4) Iżda, r-riżultat ta' l-eżami wera wkoll li r-regoli Ċeki li jirrelataw mal-prodotti li għandhom jew li huma maħsuba li għandhom indikazzjonijiet li jirreferu għall-konverżjoni m'humiex ekwivalenti għal dawk tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, fir-rigward tal-prodotti li jkun fihom aktar minn ingredjent wieħed ta' oriġini agrikola. B'konsegwenza, dawn il-prodotti mhumiex koperti bir-Regolament preżenti.

(5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-parti ta' l-Anness li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 94/92 li tikkonċerna r-Repubblika Ċeka hija b'dan mibdula bit-test ta' l-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 9.

[3] ĠU L 11, tas-17.1.1992, p. 14.

[4] ĠU L 52, tat-22.2.2001, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"IR-REPUBBLIKA ĊEKA

1. Kategoriji ta' Prodotti:

(a) prodotti agrikoli tar-raba’ mhux proċessati, bhejjem ta' l-irziezet u prodotti ta' bhejjem ta' l-irziezet mhux proċessati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- prodotti tar-raba li għandhom jew li huma maħsuba li għandhom indikazzjonijiet li jkunu jirriferu għall-konverżjoni u li jkun fihom aktar minn ingredjent wieħed ta' oriġini agrikola,

- bhejjem ta' l-irziezet u prodotti ta' bhejjem ta' l-irziezet li għandom jew li jkollhom il-ħsieb li jkollhom indikazzjonijiet li jirriferu għall-konverzjoni,

- prodotti mill-akwakultura;

(b) prodotti agrikoli tar-raba u bhejjem ta' l-irżiezet ipproċessati maħsuba għall-konsum uman skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (EEC) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta':

- prodotti tar-raba li għandhom jew li huma maħsuba li għandhom indikazzjonijiet li jkunu jirriferu għall-konverżjoni u li jkun fihom aktar minn ingredjent wieħed ta' oriġini agrikolu,

- prodotti ta' bhejjem ta' l-irziezet li għandhom jew li jkollhom il-ħsieb li jkollhom indikazzjonijiet li jirriferu għall-konverzjoni,

- prodotti li jkun fihom prodotti mill-akwakultura.

2. Oriġini: prodotti ta' kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti b'mod organiku fi prodotti tal-kategorija 1(b) li jkunu ġew prodotti fir-Repubblika Ċeka.

3. Korp ta' spezzjoni: "KEZ o.p.s.".

4. Korpi li joġorġu ċ-ċertifikati: "KEZ o.p.s." u "Dipartiment tal-Politika Strutturali u Żvilupp Rurali".

5. Tul ta' l-inklużjoni: tat- 30.6.2003."

--------------------------------------------------

  翻译: