32002L0027

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/27/KE tat-13 ta’ Marzu 2002 li temenda d-Direttiva 98/53/KE li tistabbilixxi l-metodi tal-kampjunar u l-metodi ta’ analiżi għall-kontrol uffiċjali tal-livelli għal xi kontaminanti fl-ikelTest b’ rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0044 - 0045
CS.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
ET.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
HU.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
LT.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
LV.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
MT.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
PL.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
SK.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305
SL.ES Chapter 3 Volume 35 P. 304 - 305


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/27/KE

tat-13 ta’ Marzu 2002

li temenda d-Direttiva 98/53/KE li tistabbilixxi l-metodi tal-kampjunar u l-metodi ta’ analiżi għall-kontrol uffiċjali tal-livelli għal xi kontaminanti fl-ikel

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 rigward l-introduzzjoni tal-metodi Komunitarji għall-kampjunar u l-analiżi għas-sorveljanza ta’ ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem (’), u partikolarment l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal xi kontaminanti fl-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 472/2002 [2], jiffissa l-limiti massimi għal aflatossini fil-ħwawar.

(2) Il-kampjunar għandu rwol kruċjali fil-preċiżjoni tad-determinazzjoni tal-livelli ta’ l-aflatossini, li jitqassmu b’mod eteroġenu ħafna f’lott. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE tas-16 ta’ Lulju 1998 li tistabbilixxi il-metodi ta’ kampjunar ta’ l-analiżi u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli għal xi kontaminanti fl-ikel [3] għandha tiġi emendata biex tinkludi l-ħwawar.

(3) Huwa xieraq li jiġu irranġati xi żbalji żgħar fid-Direttiva 98/53/KE.

(4) Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/53/KE huwa emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2003. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn referenza meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.

[2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

[3] Ara paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

1. il-punt 4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.2 Piż tal-kampjun inkrementali

Il-piżijiet tal-kampjun inkrementali għandu jkun madwar 300 gramma sakemm mhux definit mod ieħor fil-punt 5 ta’ dan l-Anness u bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-ħwawar li fil-każ tagħhom il-piż tal-kampjun inkrementali huwa madwar 100 gramma. Fil-każ ta’ imballaġġ għall-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi fuq il-piż ta’ l-imballaġġ għall-imnut."

2. il-punt 5.1 huwa emendat kif ġej:

il-kelma "ħwawar" tiġi inserita fit-titolu wara l-kliem "frott imnixxef";

3. it-Tabella 2 taħt il-punt 5.1 hija emendata kif ġej:

jiżdied il-prodott

"ħwawar"

mat-Tabella 2 kif ġej:

"Prodott | Piż tal-lott (tunnellati) | Piż jew numru ta' sublottijiet | Numru ta' kampjuni inkrementali | Piż aggregat tal-kampjun (kg) |

Ħwawar | ≥ 15 | 25 tonnes | 100 | 10 |

< 15 | – | 10-100 (*) | 1-10" |

4. il-punt 5.2 huwa emendat kif ġej:

il-kelma "ħwawar" tiżdied fuq linja ġdida wara "ċereali (lottijiet ≥ 50 tunnellata)";

5. tiżdied din il-frażi mal-punt 5.2.1, raba’ sing:

"Fil-każ tal-ħwawar il-piż aggregat tal-kampjuni jiżen mhux aktar minn 10 kg u għalhekk mhux neċessarju t-tqassim f’sublottijiet."

6. il-punt 5.2.2 huwa emendat kif ġej:

il-kliem "u ħwawar" jiżdiedu wara "jew trattament ieħor fiżiku" fis-sentenza "Għal ġewż ta’ l-art, ġewż u frott imnixxef soġġett għal tqassim jew trattament ieħor fiżiku";

7. il-punt 5.5.2.2 jiġi rranġat kif ġej:

"taħt il-punt 5.2" jiġi sostitwit b’ "fit-Tabella 2 taħt il-punt 5.1";

8. jiżdied dan il-punt 6:

"6. Kampjunar fl-istadju ta’ l-imnut

Il-kampjunar ta’ l-ikel fl-istadju ta’ l-imnut għandu jsir fejn possibbli skond id-dispożizzjonijiet dwar il-kampjunar hawn fuq. Fejn dan mhuwiex possibbli, jistgħu jintużaw proċeduri oħrajn effettivi għall-kampjunar sakemm jaċċertaw illi hemm rappreżentanza suffiċjenti għall-lott ikkampjunat."

B. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

1. il-punt 4.3 jiġi rranġat kif ġej:

fit-tabella, fil-kolonna "grad ta’ konċentrazzjoni" kull "μg/L" għandhom jiġu sostitwiti b’ "μg/kg" u l-grad tal-konċentrazzjoni "0,01-0,5 μg/L" għal "Irkupru - Aflatossinu Ml" għandu jiġi sostitwit b’ "0,01-0,05 μg/kg".

--------------------------------------------------

  翻译: