Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2002 tal-11 ta’ Lulju 2002 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv ġdid fit-tgħamTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 183 , 12/07/2002 P. 0010 - 0011
CS.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
ET.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
HU.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
LT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
LV.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
MT.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
PL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
SK.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
SL.ES Chapter 3 Volume 36 P. 187 - 188
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2002 tal-11 ta’ Lulju 2002 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv ġdid fit-tgħam (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fit-tgħam [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2205/2001 [2], u partikolarment l-Artikoli 3 u 9e miġjuba fih, Billi: (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li addittivi ġodda u użu ġdid ta’ addittivi jistgħu jiġu awtorizzati wara li tiġi riveduta applikazzjoni li tkun saret skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva. (2) L-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva tipprovdi li awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv ġdid jew użu ġdid ta’ addittiv tista’ tingħata jekk il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a(b) sa (e) huma sodisfatti u jekk ikun raġonevoli li wieħed jassumi, fid-dawl tar-riżultati disponibbli, li meta jiġi wżat f’nutriment ta’ annimal ikollu wieħed mill-effetti riferiti fl-Artikolu 2(a). Awtorizzazzjoni proviżorja bħal din tista’ tingħata għal perjodu sa erba’ snin fil-każ ta’ addittivi riferiti f’ Parti II ta’ l-Anness Ċ mad-Direttiva. (3) L-istima tad-dossier sottomess rigward il-preparazzjoni preservattiva deskritta fl-Anness ma’ dan ir-Regolament turi li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha dikjarati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE u jista’ għalhekk jiġi awtorizzat fuq bażi proviżorja għal perjodu ta’ erba’ snin. (4) L-istima tad-dossier turi li ċerti proċeduri jistgħu jinħtieġu biex jipproteġu lill-ħaddiema minn espożizzjoni għall-addittivi. Protezzjoni bħal din għandha madankollu tiġi żgurata mill-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema fuq ix-xogħol [3]. (5) Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli rigward is-sigurtà tal-preservattiv taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness imsemmi. (6) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-preparazzjoni li tappartjenti għall-grupp "Preservattivi" mniżżla f’lista fl-Anness mar-Regolament preżenti hija awtorizzata għall-użu bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [2] ĠU L 297, tal-15.11.2001, p. 3. [3] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS "Nru (jew Nru tal-KE) | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Tmiem ta' perjodu ta' awtorizzazzjoni | mg/kg ta' tgħam komplut | mg/kg ta' tgħam komplut | Preservativi 1 | Sodium benzoate 140 g/kg Propionic acid 370 g/kg Sodium propionate 110 g/kg | Komposizzjoni ta' l-addittiv Sodium benzoate: 140 g/kg Propionic acid: 370 g/kg Sodium propionate: 110 g/kg Ilma: 380 g/kg Sustanza attiva Sodium benzoate, C7H5O2Na Propionic acid, C3H6O2 Sodium propionate, C3H5O2Na | Majjali | - | 3000 | 22000 | Għall-preservazzjoni ta' qamħ li għandu kontenut ta' umdità aktar minn 15 % | 1.8.2006 | Baqar tal-ħalib | - | 3000 | 22000 | Għall-preservazzjoni ta' qamħ li għandu kontenut ta' umdità aktar minn 15 % | 1.8.2006" | --------------------------------------------------