32003D0508



Official Journal L 174 , 12/07/2003 P. 0010 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-7 ta' Lulju 2003

li tadotta d-deċiżjonijiet ta' importazzjoni tal-komunità għal ċertu kimiċi skond ir-Regolament (KE) No 304/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u jemenda d-deċiżjoni 2000/657/KE u 2001/852/KE

(Test b'relevanza għall-ŻEE)

(2003/508/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament (KE) No 304/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 li jikkonċerna l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimiċi perikolużi [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) ta' dan,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolament (KE) No 304/2003, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi min-naħa tal-Komunità jekk għandhiex tippermetti l-importazzjoni fil-komunità ta' kull suġġett kimiku lid-disposizzjoni approvata informata min qabel.

(2) Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-Ambjent (PNUA) u ta' l-Ikel u Organizazzjoni Agrikola (IOA) ġew maħtura biex jipprovdu servizzi ta' segretarjat għall-operazzjoni ta' proċeduri PIC interim stabbiliti bl-Att Finali tal-Konferenza ta' Plenipotenzarji fuq il-Konvenzjoni Rotterdam fuq il-proċedura tal-qbil mgħarraf min-qabel (PIC) għal-ċerti kimiċi perikolużi u pestiċidi f'kummerċ internazzjonali, b'mod partikolari ir-riżoluzzjoni fuq ftehim interim stabbiliti dak il-ħin; il-konvenzjoni kienet iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata mil-komunità bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE [2]

(3) Il-Kummissjoni li tagħmilha ta' awtorità komunitarja nominata, hi obbligata li tibgħat deċiżjonijiet fuq kimiċi lis-Segretarjat għall-proċeduri interim PIC, minn hawn "il quddiem" is-segretarjat interim' min-naħa tal-komunità u l-Istati Membri.

(4) Is-Segretarjat interim staqsa parteċipanti fil-proċeduri PIC biex jużaw il-forma tar-rispons tal-pajjiż li qed jesporta meta jirrapportaw id-deċiżjonijiet ta' l-importazzjoni tagħhom.

(5) Il-kimiċi monocrotophos kienet miżjuda mal-lista ta' kimiċi li huma suġġetti għall-proċeduri interim PIC, bħala pestiċida, għal liema l-kummissjoni irċeviet informazzjoni mis-segretarjat interim fil-forma ta' dokument ta' gwida għal-deċiżjonijiet. Monocrotophos huwa digà suġġett għall-proċeduri interim PIC sal-punt li ċertu formulazzjoni ta' pestiċidi perikolużi li fihom monocrotophos huma fil-lista fl-Anness III tal-Konvenzjoni Rotterdam Matul l-istennija ta' evalwazzjoni ta' monocrotophos fi struttura tad-direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 806/2003 [4], rispons interim li jikkonċerna dawk il-formulazzjonijiet ta' pestiċidi kien mogħti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 200/657/KE tas-16 ta' Ottubru 2000 li tadotta deċiżjonijiet ta' importazzjonijiet tal-Komunità għal ċerti kimiċi fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 2455/92 li jikkonċerna l-esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta' ċerti kimiċi perikolużi [5], kif emendat bid-deċiżjoni 2001/852/KE [6]. Kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2076/2002 ta' l-20 ta' Novembru 2002 li jestendi l-perjodu ta' żmien li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jikkonċerna n-nuqqas ta'l-inkluzjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I lejn dik id-Direttiva u t-tneħħija ta' awtorizzazzjoni għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi [7], monocrotophos kien eskluż mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u awtorizzat għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-monocrotophos kienu mneħħija sal-25 ta' Lulju 2003. Ir-risposta interim stabbilita fid-DeċIżjoni 200/657/KE għandha għalhekk tkun mibdula bid-deċiżjoni ta' importazzjoni finali

(6) Il-kimiċi 2,4,5-T, chlorobenzilate u phosphamidon jaqgħu taħt l-iskop tad-Direttiva 91/414/KEE li jipprovdi għall-perjodi transitorja matul liema l-Istati membri jistgħu, matul l-istennija ta' deċiżjoni tal-komunità, jieħdu deċiżjoni fuq sustanzi u prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' dik id-direttiva. Bir-Regolament (KE) No 2076/2002, dawk is-sustanzi kienu esklużi mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u awtorizzazzjonijiet għall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom is-sustanzi kienu mneħħija fil-25 ta' Lulju 2003.

(7) Il-kimiċi parathion u methyl parathion ukoll jaqgħu taħt l-iskop tad-direttiva 91/414/KEE. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/520/KE tad-9 ta' Lulju 2001 li tikkonċerna n-nuqqas ta' l-inkluzjoni ta' parathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE u t-tneħħija ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva [8] u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/166/KE ta' l-10 ta' Marzu 2003 li jikkonċernaw in-nuqqas ta' l-inkluzjoni ta' methyl parathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija mill-awtorizzazzjoni għal prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva [9], dawk is-sustanzi kienu hawnhekk esklużi mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u awtorizzazzjoni għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom kienu mneħħija. Konsegwentement, id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni għall-formulazzjonijiet ta' pestiċidi parathion u methyl parathion, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/852/KE tad-19 ta' Novembru 2001 fuq l-addozzjoni ta' importazzjonijiet tal-komunità wara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 2455/92 li jikkonċerna l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' ċerti kimiċi perikolużi u li jemenda d-deċiżjoni 2000/657/KE, rispettivament, li kienu sottomessi bħala rispons interim li qed jistenna deċiżjoni tal-komunità, għandhom jinbidlu bid-deċiżjoni finali.

(8) Il-kimika ossidu ethylene hija koperta bid-deċiżjoni tal-Kunsill 79/177/KEE tal-21 ta' Diċembru 1978 li twaqqaf il-pjazzament fuq is-suq u l-użu tal-prodotti tal-proteżżjoni tal-pjanti li fihom ċerti sustanzi attivi [10], kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) No 807/2003 [11]. Din kienet riflessa fid-deċiżjoni finali fuq importazzjonijiet fid-Deċizjoni 2001/852/KE. Madankollu, ethylene oxide kien notifikat li reċentement taħt il-programm tal-komunità għall-evalwazzjoni ta' sustanzi eżistenti taħt id-direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li jikkonċerna l-post tal-prodotti biocidal fuq is-suq [12], wiehed jipprovdi għall-perjodu transitorju matul liema l-Istati Membri jistghu, fuq stennija tad-deċiżjoni tal-komunità, jieħdu deċiżjoni fuq sustanza u prodotti li jaqgħu taħt dan l-iskop. In-numru tad-decizjoni dwar l-importazzjoni stabbilit f'Decizjoni Nru 2001/852/EC ghandu ghaldaqstant jinbidel.

(9) Il-kimiċi polybrominated biphenlys (PBBs) kienu magħmulha suġġetti għal restrizzjonijiet ħarxa fil-livell tal-komunità bid-direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 ta' l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet fuq is-suq u l-użu ta' ċertu sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [13] kif emendata bid-Direttiva 2003/11/KE [14]. Dan kien rifless fid-deċiżjonijiet tal-Komunità li kienu pubblikati fiċ-Ċirkulari PIC V li rappurtaw is-sitwazzjoni kif kienet fit-30 ta' Ġunju 1995. Madankollu, dik id-deċiżjoni ma tikkonsidrax il-projbizzjoni fuq PBBs fl-Awstrija, bid-data tal-1993. Kien għalhekk neċessarju li tinbidel id-deċiżjoni ta' l-importazzjoni.

(10) Il-miżuri provduti f'din id-deċiżjoni huma bi Ftehim ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilita wara l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [15], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 807/2003

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rispons interim fuq l-importazzjonijiet ta' kimiċi 2,4.5-T, chlorobenzilate, methyl parathion, monocrotophos u phosphamidon, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KEE, jigi mibdul bil-formuli tar-rispons ta' l-importazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta' din id-deċiżjoni

Artikolu 2

Id-deċiżjoni finali fuq l-importazzjonijiet ta' ethylene exide u r-rispons interim fuq l-importazzjonijiet ta' parathion, kif stabbiliti fl-Anness tad-deċiżjoni 2001/852/KE jinbidlu bil-formoli tar-rispons kif stabbiliti fl-Anness II ta' din id-deċiżjoni

Artikolu 3

Id-deċiżjoni finali fuq l-importazzjonijiet ta' polybrominated biphenyls (PBBs), pubblikata fiċ-ċirkulari PIC V, tinbidel bil-forma tar-rispons ta' importazzjonijiet stabbilita fl-Anness III ta' din id-deċiżjoni

Magħmulha fi Brussell, is-7 Lulju 2003.

Ghall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 63, 06.03.03, p. 1.

[2] ĠU L 63, 06.03.03, p. 27.

[3] ĠU L 230, 19.08.91, p. 1.

[4] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1.

[5] ĠU L 275, 27.10.00, p. 44.

[6] ĠU L 318, 04.12.01, p. 28.

[7] ĠU L 319, 23.11.02, p. 3.

[8] ĠU L 187, 10.07.01, p. 47.

[9] ĠU L 67, 12.03.03, p. 18.

[10] ĠU L 33, 08.02.79, p. 36.

[11] ĠU L 122, 16.05.03, p. 36.

[12] ĠU L 123, 24.04.98, p. 1.

[13] ĠU L 262, 27.09.76, p. 201.

[14] ĠU L 42, 15.02.03, p. 45.

[15] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

Reviżjoni ta' deċiżjonijet ta' importazzjoni ta' sustanzi kimiċi 2,4.5-T, chlorobenzialte, methyl parathion, monocrotophos u phosphamidon li jieħdu l-post tad-deċiżjonijiet ta' importazzjoni ta' qabel stabbiliti fid-deċiżjoni 2000/657/KE

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Deċiżjonijiet fuq importazzjonijiet reviżjonati għas-sustanzi kimiċi thylene oxide u parathion li jieħdu l-post ta' deċijonijiet stabbiliti fid-deċijoni 2001/852/KE

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

Deċiżjonijiet fuq importazzjonijiet reviżjonalti għas-sustanzi kimiċi PBB (polybrominated biphenyls) li jieħdu l-post tad-deċIżjoni ta' qabel tal-1995 fuq importazzjonijiet

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

  翻译: