32003R0091



Official Journal L 014 , 21/01/2003 P. 0001 - 0015


Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Il-ferroviji huma parti importanti fin-networks Komunitarji tat-trasport.

(2) Il-Kummissjoni teħtieġ statistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija sabiex timmonitorja u tiżviluppa politika ta' trasport komuni, kif ukoll l-elementi tat-trasport tal-politiki dwar in-networks reġjonali u trans-Ewropej.

(3) L-istatistika dwar is-sigurtà tal-ferroviji hija meħtieġa mill-Kummissjoni sabiex tħejji u timmonitorja l-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport.

(4) L-istatistika Komunitarja dwar it-trasport bil-ferrovija tenħtieġ ukoll sabiex twettaq il-kompiti tal-monitoraġġ ipprovduti fl-Artikolu 10b tad-Direttiva 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji [4].

(5) L-istatistika Komunitarja dwar il-modi kollha tat-trasport għandha tinġabar skond kunċetti u standards komuni, bl-għan li tinkiseb il-paragunabbiltà prattika l-iktar sħiħa bejn il-modi tat-trasport.

(6) Ir-ristrutturizzazzjoni ta' l-industrija tal-ferroviji taħt id-Direttiva 91/440/KEE, kif ukoll il-bidliet fit-tip tat-tagħrif meħtieġ mill-Kummissjoni u mill-utenti l-oħra ta' l-istatistika Komunitarja dwar it-trasport bil-ferrovija, iwasslu biex joħorġu mill-użu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1177/KEE ta' l-4 ta' Diċembru 1980 dwar it-tweġibiet statistiċi bil-miktub rigward it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, bħala parti mill-istatistiċi reġjonali [5] fejn għandu x'jaqsam il-ġbir ta' l-istatistika mill-amministrazzjonijiet speċifikati tan-networks prinċipali tal-ferroviji.

(7) Il-koeżistenza ta' l-impriżi ferrovjarji pubbliċi u privati li joperaw fis-suq tat-trasport kummerċjali bil-ferrovija jeħtieġ speċifikazzjoni espliċita dwar it-tagħrif statistiku li għandu jkun ipprovdut mill-impriżi kollha tal-ferroviji u mxerred mill-Eurostat.

(8) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, il-ħolqien ta' standards komuni statistiċi li jippermettu l-produzzjoni ta' informazzjoni armonizzata huwa azzjoni li tista' tiġi midħula għaliha biss fil-livell Komunitarju. Dawn l-istandards għandhom jiġu implimentati minn kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjionijiet li huma responsabbli mill-istatistika uffiċjali.

(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja [6] jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

(10) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [7].

(11) Il-Kumitat tal-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat tal-Programmi Statistiċi għall-Komunitajiet Ewropej [8] ġie kkonsultat skond l-Artikolu tad-Deċiżjoni msemmija,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja tat-trasport bil-ferrovija.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jkopri l-ferroviji kollha fil-Komunità. Kull Stat Membru għandu jirrapporta l-istatistika li għandha x'taqsam mat-trasport bil-ferrovija fit-territorju nazzjonali tiegħu. Meta impriża tal-ferroviji topera f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet nazzjonali interessati għandhom jeħtieġu lill-impriża li tipprovdi l-informazzjoni b'mod separat għal kull pajjiż li topera fih sabiex tgħin li jiġu mibnija l-istatistiki nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' dan ir-Regolament:

(a) l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom ġewwa installazzjonijiet industrijali u bħal dawn, inklużi l-portijiet;

(b) l-impriżi tal-ferroviji li jipprovdu prinċipalment servizzi turistiċi lokali, bħalma huma l-ferroviji storiċi tal-fwar ippriservati.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "pajjiż li jirrapporta" ifisser l-Istat Membru li jittrasmetti l-informazzjoni lill-Eurostat;

(b) "awtoritajiet nazzjonali" ifissru l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika u l-korpi oħra responsabbli mill-istatistika fl-Istati Membri li jipproduċu l-istatistiċi Komunitarji;

(ċ) "impriża ta' ferrovija" tfisser kull impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport tal-merkanzija u/jew tal-passiġġieri bil-ferroviji.

2. Id-definizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu addattati, u jistgħu jiġu adottati definizzjonijiet addizzjonali meħtieġa sabiex jiżguraw l-armonizzazzjoni ta' l-istatistika, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

Il-ġbir ta' l-informazzjoni

1. L-istatistiċi li jridu jinġabru huma ddikjarati fl-Annessi ma' dan ir-Regolament. Għandhom ikopru t-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-merkanzija - rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness A);

(b) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-merkanzija - rappurtaġġ issimplifikat (l-Anness B);

(ċ) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri - rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness Ċ);

(d) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri - rappurtaġġ issimplifikat (l-Anness D);

(e) l-istatistiċi ta' kull kwart tas-sena dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri (l-Anness E);

(f) l-istatistiċi reġjonali dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri (l-Anness F);

(g) l-istatistiċi dwar il-mixi tat-traffiku fuq in-network tal-ferroviji (l-Anness G);

(h) l-istatistika dwar l-inċidenti (l-Anness H).

2. L-Annessi B u D jiddikjaraw il-ħtiġiet tar-raġġurtaġġ issimplifikat, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri bħala alternattivi għar-rappurtaġġ normali ddettaljat iddikjarat fl-Annesi A u Ċ, għall-impriżi li l-volum totali tagħhom ta' merkanzija jew passiġġieri huwa inqas minn 500 miljun tunnellata metrika-kilometri jew 200 miljun passiġġieri-kilometri rispettivament. Dawn l-għetiebi jistgħu jiġu addattati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lista ta' l-impriżi tal-ferroviji li għalihom hija pprovduta l-istatistika, kif speċifikat l-Anness I.

4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija tista' tiġi kklassifikata skond l-Anness J. B'żieda ma' dan il-merkanzija perikoluża tista' tiġi kklassifikata skond l-Anness K.

5. Il-kontenut ta' l-Annessi jista' jiġi addattat, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 5

Il-għejun ta' l-informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjoni pubblika jew privata sabiex tieħu sehem fil-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa skond dan ir-Regolament.

2. L-informazzjoni meħtieġa tista' tinkiseb bl-użu ta' kull għaqda ta' l-għejun li ġejjin:

(a) l-istħarriġiet obbigatorji;

(b) l-informazzjoni amministrattiva, inkluża l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji;

(ċ) il-proċeduri statistiċi ta' l-istimi;

(d) l-informazzjoni fornita mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija tal-ferroviji;

(e) studji ad hoc.

3. L-awtoritajiet għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkoordinaw l-għejun ta' l-informazzjoni użat u sabiex jiżguraw il-kwalità ta' l-istatistika trasmessa lill-Eurostat.

Artikolu 6

It-trasmissjoni ta' l-istatistika lill-Eurostat

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Eurostat l-istatistika riferita fl-Artikolu 4.

2. L-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' l-istatistika riferiti fl-Artikolu 4 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7

It-tixrid

1. L-istatistika Komunitarja msejsa fuq l-informazzjoni speċifikata fl-Annesi minn A sa H ma' dan ir-Regolament għandha tiġi mxerrda mill-Eurostat. F'dan il-kuntest u minħabba l-karatteristiċi tas-suq tal-ferroviji Ewropej, l-informazzjoni meqjusa ta' natura kunfidenzjali skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 322/97 tista' tiġi żvelata biss jekk:

(a) l-informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-pubbliku fl-Istati Membri; jew

(b) tkun ingħatat bil-quddiem l-approvazzjoni għal dan l-iżvelar mill-impriżi interessati.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħmlu talba lil dawn l-impriżi sabiex jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa u għandhom jgħarrfu lill-Eurostat bir-riżultat ta' din it-talba meta tiġi trasmessa l-informazzjoni lill-Eurostat.

2. It-tagħrif irrappurtat taħt l-Anness I ma għandux jiġi mxerred.

Artikolu 8

Il-kwalità ta' l-istatistika

1. Sabiex jgħin lill-Istati Membri jżommu l-kwalità fl-istatistika fl-isfera tal-kontroll tat-trasport bil-ferrovija, l-Eurostat għandha tiżviluppa u tippubblika rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom iqisu l-aħjar prattiċi ta' l-awtoritajiet nazzjonali, l-impriżi tal-ferroviji u l-organizzazzjonijiet professjonali ta' l-industrija tal-ferroviji.

2. Il-kwalità ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika għandha tiġi vvalutata mill-Eurostat. Għal dan il-fini, fuq talba mill-Eurostat, l-Istati Membri għandhom japplikaw it-tagħrif dwar il-metodi użati fil-produzzjoni ta' l-istatistika.

Artikolu 9

Ir-rapport

Wara li tkun ġiet miġbura l-informazzjoni fuq tiet snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fix-xogħol imwettaq skond dan ir-Regolament akkumpanjat, meta meħtieġ, bi proposti approprjati. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-kwalità tal-valutazzjoni riferita fl-Artikolu 8. Għandu jivvaluta l-impatt fuq il-kwalità ta' l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward id-dispożizzjonijiet tas-segretezza ta' l-istatistika stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 322/97. Għandha tivvaluta wkoll il-benefiċċji tad-disponibbiltà ta' l-istatistika f'dan id-dominju, l-ispejjeż għall kisba ta' din l-istatistika u l-piż fuq l-impriżi.

Artikolu 10

Il-proċeduri ta' l-implimentazzjoni

Il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin għandhom jittieħdu skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 11(2):

(a) l-addattament tal-għetiebi għar-rappurtaġġ issimplifikat (l-Artikolu 4);

(b) l-addattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet miżjuda (l-Artikolu 3);

(ċ) l-addattament tal-kontenut ta' l-Annessi (l-Artikolu 4);

(d) l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni lill-Eurostat (l-Artikolu 6);

(e) id-definizzjoni tal-linji gwida għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunabbiltà tar-riżultati (l-Artikoli 8 u 9).

Artikolu 11

Il-proċedura

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm Statistiku istitwit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 12

Id-Direttiva 80/1177/KEE

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżultati għas-sena 2002 skond id-Direttiva 80/1177/KEE.

2. Id-Direttiva 80/1177/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2003.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Diċembru 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 180 E, tas-26.6.2001, p. 94.

[2] ĠU C 221, tat-30.5.2001, p. 63.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2001 (ĠU C 72 E, tal-21.3.2002, p. 58), Pożizzjoni Komuni tas-27 ta' Ġunju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 1).

[5] ĠU L 350, tat-23.12.1980, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni (1994).

[6] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS A

L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - RAPPURTAĠĠ DETTALJAT

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Il-Merkanzija ttrasportata fi: tunnellati metriċitunnellati metriċi-kilometriIl-Movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija fi: trenijiet-kilometriIn-Numru ta' l-unitajiet tat-trasport intermodali: In-numru totaliIt-TEU (unitajiet ekwivalenti għal 20 pied il-waħda) (għall-kontenituri u l-l-korpi tat-tpartit) |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull sena |

Il-Lista tat-tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull tabella | It-Tabella A1: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip tat-trasportIt-Tabella A2: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip ta' l-oġġetti (l-Anness J)It-Tabella A3: il-merkanzija ttrasportata (għat-traffiku internazzjonali u tat-transitu) skond il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħattIt-Tabella A4: il-merkanzija ttrasportata, skond il-kategorija tal-merkanzija perikoluża (l-Anness K)It-Tabella A5: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip tal-kunsinna (mhux obbligatorja)It-Tabella A6: il-merkanzija ttrasportata f'unitajiet tat-trasport intermodali, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unità tat-trasportIt-Tabella A7: in-numru ta' unitajiet imgħobbija tat-trasport intermodali miġrura, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unitajiet tat-trasportIt-Tabella A8: in-numru ta' unitajiet battala tat-trasport intermodali miġrura, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unità tat-trasportIt-Tabella A9: il-moviment tat-trenijiet tal-merkanzija |

It-temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment għat-Tabelli A1, A2 u A3 | 2003 |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment għat-Tabelli A4, A5, A6, A7, A8 u A9 | 2004 |

Noti | 1.It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:nazzjonaliinternazzjonali - dieħelinternazzjonali - ħiereġfit-transitu2.It-tip tal-kunsinna tista' jitqassam waħda waħda kif ġej:tagħbijiet sħaħ tat-trenijiettagħbijiet sħaħ tal-vagunioħrajn3.It-tip ta' l-unitajiet tat-trasport jista' jitqassam wieħed wieħed kif ġej:il-kontenituri u l-korpi tat-tpartitnofs-karrijiet (mhux akkumpanjati)vetturi tat-triq (akkumpanjati)4.Għat-Tabella A3, l-Eurostat u l-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti sabiex jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni ta' l-informazzjoni li toriġina mill-impriżi fl-Istati Membri l-oħra, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ta' din l-informazzjoni.5.Għat-Tabella A4, l-Istati Membri għandhom jindikaw liema kategorija tat-traffiku, jekk ikun hemm minnhom, mhumiex koperti bl-informazzjoni.6.Għat-Tabelli minn A2 sa A8 meta ma jkunx disponibbli tagħrif komplet dwar it-trasport tat-transitu l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni kollha disponibbli. |

--------------------------------------------------

ANNESS B

L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - IR-RAPPURTAĠĠ SIMPLIFIKAT

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Il-Merkanzija ttrasportata fi tunnellati metriċitunnellati metriċi-kilometriIl-movimentri tat-trenijiet tal-merkanzija fi: trenijiet-kilometri |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull sena |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella | It-Tabella B1: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip tat-trasportIt-Tabella B2: il-movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija |

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodu tar-riferiment |

L-ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2004 |

Noti | 1.It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:nazzjonaliinternazzjonali-dieħelinternazzjonali-ħiereġtat-transitu |

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI - IR-RAPPURTAĠĠ DETTALJAT

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Il-Passiġġieri ttrasportati fi: in-numru tal-passiġġieripassiġġieri-kilometriIl-movimenti tat-trenijiet tal-passiġġieri fi: trenijiet-kilometri |

Il-perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull sena |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull tabella | It-Tabella Ċ1: il-passiġġieri ttrasportati, skond it-tip tat-trasport (informazzjoni proviżorja, tan-numru tal-passiġġieri biss)Tit-Tabella Ċ2: il-passiġġieri internazzjonali, skond il-pajjiż ta' l-imbark u l-pajjiż ta' l-iżbark (informazzjoni proviżorja, in-numru tal-passiġġieri biss)It-Tabella Ċ3: il-passiġġieri ttrasportati, skond it-tip tat-trasport, (l-informazzjoni finali)It-Tabella Ċ4: il-passiġġieri internazzjonali, skond il-pajjiż ta' l-imbark u l-pajjiż ta' l-iżbark (l-informazzjoni finali kkonsolidata, in-numru tal-passiġġieri biss)It-Tabella Ċ5: il-movimenti tat-trenijiet tal-passiġġieri |

It-temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment (it-Tabelli Ċ1, Ċ2, Ċ5) 14-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment (it-Tabelli Ċ3, Ċ4) |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2004 |

Noti | 1.It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:nazzjonaliinternazzjonali2.Għat-Tabelli Ċ1 u Ċ2, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw l-informazzjoni proviżorja msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti fil-pajjiż tar-rappurtaġġ jew kull sors ieħor. Għat-Tabelli Ċ3 u Ċ4, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni finali kkonsolidata inkluża l-informazzjoni mill-bejgħ tal-biljetti 'il barra mill-pajjiż tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb jew direttament mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra jew permezz ta' l-arranġamenti internazzjonali tal-kumpens għall-biljetti. |

--------------------------------------------------

ANNESS D

L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IL-PASSIĠĠIERI - IR-RAPPURTAĠĠ SIMPLIFIKAT

Il-Lista tal-varjanti u l-unitajiet tal-kejl | Il-Passiġġieri ttrasportati fi: in-numru tal-passiġġieriil-passiġġieri-kilometriIl-Movimenti tat-trenijiet tal-passiġġieri fi: trenijiet-kilometri |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull sena |

Il-Lista tat-Tabelli mqassma waħda waħda għal kull Tabella | It-Tabella D1: il-passiġġieri ttrasportatiIt-Tabella D2: il-movimenti tat-trenijiet tal-passiġġieri |

It-Temma taż-żmien tat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2004 |

Noti | 1.Għat-Tabella D1, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw l-informazzjoni msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti fil-pajjiż tar-rappurtaġġ jew kull sors ieħor disponibbli. |

--------------------------------------------------

ANNESS E

L-ISTATISTIĊI TA' KULL KWART TA' SENA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U TAL-PASSIĠĠIERI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Il-merkanzija ttrasportata fi: tunnellati metriċitunnellati metriċi-kilometriIl-Passiġġieri ttrasportati fi: in-numru tal-passiġġieripassiġġieri-kilometri |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Kwart tas-sena |

Il-Frekwenza | Kull kwart tas-sena |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassm waħda waħda għal kull tabella | It-Tabella E1: il-merkanzija ttrasportataIt-Tabella E2: il-passiġġieri ttrasportati |

It-temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Tliet xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | L-Ewwel kwart tas-sena 2004 |

Noti | 1.It-Tabelli E1 u E2 jistgħu jiġu rrappurtati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni proviżorja, inklużi l-istimi. Għat-Tabella E2, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw l-informazzjoni msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti fil-pajjiż tar-rappurtaġġ jew kull sors ieħor disponibbli.2.Din l-istatistika għandha tiġi fornita għall-impriżi koperti bl-Annessi A u Ċ. |

--------------------------------------------------

ANNESS F

L-ISTATISTIĊI REĠJONALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U L-PASSIĠĠIERI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Il-Merkanzija ttrasportata fi: tunnellati metriċiIl-Passiġġieri ttrasportati fi: in-numru tal-passiġġieri |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull ħames snin |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella | It-Tabella F1: it-trasport nazzjonali tal-merkanzija skond ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (in-NUTS 2)It-Tabella F2: it-trasport internazzjonali tal-merkanzija skond ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (in-NUTS 2)It-Tabella F3: it-trasport nazzjonali tal-passiġġieri skond ir-reġjun ta' l-imbark u r-reġjun ta' l-iżbark (in-NUTS 2)Tit-Tabella F4: it-trasport tal-passiġġieri internazzjonali skond ir-reġjun ta' l-imbark u r-reġjun ta' l-isżbark (in-NUTS 2) |

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2005 |

Noti | 1.Meta l-post tat-tagħbija jew tal-ħatt (it-Tabelli F1, F2) jew l-imbark jew l-iżbark (it-Tabelli F3, F4) ikun 'il barra miż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw biss il-pajjiż.2.Sabiex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' dawn it-tabelli, l-Eurostat għandha tipprovdi lill-Istati Membri b'lista tal-kodiċijiet ta' l-istazzjon UIC u l-kodiċijiet korrispondenti tan-NUTS.3.Għat-Tabelli F3 u F4, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti jew kull sors ieħor disponibbli.4.Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu forniti għall-impriżi koperti bl-Annessi A u Ċ. |

--------------------------------------------------

ANNESS G

L-ISTATISTIĊI DWAR IL-MIXI TAT-TRAFFIKU FUQ IN-NETWORK TAL-FERROVIJI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | It-Trasport tal-Merkanzija in-numru tat-trenijietIt-Trasport tal-passiġġieri: in-numru tat-trenijietOħrajn (it-trenijiet tas-servizz, eċċ.) (mhux obbligatorju): in-numru tat-trenijiet |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull ħames snin |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella | It-Tabella G1: it-trasport ta' l-oġġetti, skond is-segment tan-networkIt-Tabella G2: it-trasport tal-passiġġieri, skond is-segment tan-networkIt-Tabella G3: Oħrajn (it-trenijiet tas-servizz, eċċ.), skond is-segment tan-network (mhux obbligatorju) |

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2005 |

Noti | 1.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu s-segmenti tan-networks sabiex jinkludu mill-inqas it-TEN tal-ferroviji fit-territorju nazzjonali tagħhom. Għandhom jikkomunikaw lill-Eurostat:il-koordinati ġeografiċi u l-informzzjoni l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati u mmappjati kull segment kif ukoll ir-rabtiet bejn is-segmenti,it-tagħrif dwar il-karatteristiċi (inkluża l-kapaċità) tat-trenijiet li jużaw kull sgment tan-network.2.Kull segment li jagħmel parti min-network trans-Ewropew (TEN) għandha tiġi identifikata permezz ta' attribut addizzjonali fir-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni, sabiex tgħin lit-traffiku tal-ferrovija bit-TEN jiġi kkwanitifikat. |

--------------------------------------------------

ANNESS H

L-ISTATISTIKA DWAR L-INĊIDENTI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | In-Numru ta' l-inċidenti (it-Tabelli H1, H2)In-numru tal-persuni maqtula (it-Tabella H3)In-Numru tal-feruti gravi (it-Tabella H4) |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull sena |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella | It-Tabella H1: in-numru ta' l-inċidenti, skond it-tip ta' l-inċidentIt-Tabella H2: in-numru ta' l-inċidenti li jinvolvu t-trasport tal-merkanzija perikolużaIt-Tabella H3: in-numru tal-persuni maqtula, skond it-tip ta' l-inċident u skond il-kategorija tal-persuniIt-Tabella H4: in-numru tal-feruti gravi, skond it-tip ta' l-inċident u skond il-kategorija tal-persuni |

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Ħames xhur wara t-tmiem il-perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2004 |

Nota | 1.It-tip ta' inċidenti jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:il-kolliżjonijiet (għajr l-inċidenti minħabba l-qsim tal-binarji waqt li jkun għaddej it-tren minn fuq triq)il-ħruġ mill-binarjil-inċidenti li jinvolvu l-qsim mit-trenijiet tat-toroq normalil-inċidenti lill-persuni kkaġunati mit-trenijiet għaddejjain-nirien fuq it-trenijietoħrajnit-total.It-tip ta' l-inċident jirreferi għall-inċident primarju.2.It-Tabella H2 għanda t-tqassim wieħed wieħed li ġej :in-numru totali ta' l-inċidenti li jinvolvu mill-inqas vettura waħda tal-ferrovija li tkun qiegħda tittrasporta l-merkanija perikoluża, kif iddefinita fil-lista tal-merkanzija koperta bl-Anness Kin-numru ta' dawn l-inċidenti li fihom toħroġ fl-arja l-merkanzija perikoluża.3.Il-Kategorija tal-persuni tiġi mqassma wieħed wieħed kif ġej:il-passiġġieril-impjegati (inklużi l-kuntratturi)oħrajnit-total.4.L-informazzjoni fit-Tabelli minn H1 sa H4 għandha tiġi pprovduta għat-trenijiet kollha koperti b'dan ir-Regolament.5.Matul l-ewwel ħames snin ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw din l-istatistika skond id-definizzjonijiet nazzjonali, jekk l-informazzjoni tikkonforma mad-definizzjonijiet armonizzati (adottati skond il-proċedura tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 11) ma' tkunx disponibbli. |

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl | Ara hawn taħt |

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment | Sena |

Il-Frekwenza | Kull Sena |

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim wieħed wieħed għal kull Tabella | Ara hawn taħt |

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni | Ħames xhur wara t-tmiem ta' kull perjodu taż-żmien tar-riferiment |

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment | 2003 |

Nota | It-tagħrif elenkat hawn taħt (it-Tabella I1) għandu jiġi fornit għal kull impriża tal-ferroviji li għaliha tkun ipprovduta l-informazzjoni skond l-Annessi mill-A sal-H. Dan it-tagħrif għandu jintuża, sabiex jiġu ċċekkjati liema impriżi huma koperti bit-Tabelli fl-Annessi minn A sal-Hsabiex jivvalidaw il-kopertura ta' l-Annessi mill-A saċ-Ċ fejn għandha x'taqsam l-attività totali tat-trasport bil-ferrovija. |

It-Tabella I1

L-Identifikazzjoni tas-sors ta' l-informazzjoni

11. 1.1. | Il-Pajjiż tar-rappurtaġġ | |

11.1.2. | Is-Sena tar-riferiment | |

11.1.3. | L-isem ta' l-impriża (mhux obbligatorju) | |

11.1.4. | Il-pajjiż li fih hija bbażata l-impriża | |

It-tip ta' l-attivitajiet

11.2.1. | It-trasport tal-merkanzija: internazzjonali | iva/le |

11.2.2. | it-trasport tal-merkanzija: nazzjonali | iva/le |

11.2.3. | It-trasport tal-passiġġieri: internazzjonali | iva/le |

11.2.4. | It-trasport tal-passiġġieri: nazzjonali | iva/le |

L-informazzjoni inkluża fl-Annessi mill-A sal-H

| L-Annes A | iva/le |

| L-Anness B | iva/le |

| L-Anness Ċ | iva/le |

| L-Anness D | iva/le |

| L-Anness E | iva/le |

| L-Anness F | iva/le |

| L-Anness G | iva/le |

| L-Anness H | iva/le |

Il-Livell ta' l-attività tat-trasport (mhux obbligatorju)

11.3.1. | It-Total tat-trasport tal-merkanzija (tunnellati metriċi) | |

11.3.2. | It-Total tat-trasport tal-merkanzija (tunnellati metriċi-kilometri) | |

11.3.3. | It-Total tat-trasport tal-passiġġieri (passiġġieri) | |

11.3.4. | It-Total tat-trasport tal-passiġġieri (passiġġieri-kilometri) | |

--------------------------------------------------

ANNESS J

IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA

Għandhom jintużaw il-gruppi ta' l-oġġetti li ġejjin sakemm tiġi stabbilita klassifika ġdida skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 11(2).

Il-Gruppi ta' l-oġġetti | NST/R il-kapitolu | Il-Gruppi tan-NST/R | Id-Deskrizzjoni |

1 | 0 | 01 | Iċ-Ċereali |

2 | 02, 03 | Il-Patata, il-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel l-oħra, friski jew iffriżati |

3 | 00,06 | L-annimali ħajjin, il-pitravi |

4 | 05 | L-Injam u s-sufra |

5 | 04,09 | It-Tessuti, l-oġġetti tessili u l-fibri magħmula mill-bniedem, materjali oħra mhux maħduma mill-annimali u mill-ħxejjex ta' l-ikel |

6 | 1 | 11, 12, 13, 14, 16, 17 | Il-Ġwież u l-għalf aħdar |

7 | 18 | Iż-Żrieragħ taż-żejt u l-frott oljiġenu u x-xaħmijiet |

8 | 2 | 21, 22, 23 | Il-karburanti minerali solidi |

9 | 3 | 31 | Il-petroleum krud |

10 | 32, 33, 34 | Il-Prodotti mill-petroleum |

11 | 4 | 41, 46 | Il-Ħadid, l-iskart tal-ħadid u ta' l-azzar u t-trab mill-kalkara tal-funderija |

12 | 45 | Il-Metalli u l-iskart metalliku mhux tal-ħadid |

13 | 5 | 51, 52, 53, 54, 55, 56 | Il-Prodotti mill-metalli |

14 | 6 | 64, 69 | Is-siment, il-ġir, il-materjali ffabbrikati tal-bini |

15 | 61, 62, 63, 65 | Il-Minerali krudi u ffabbrikati |

16 | 7 | 71, 72 | Il-Fertilizzanti naturali u kimiċi |

17 | 8 | 83 | Il-Kimiċi mill-faħam, il-qatran |

18 | 81, 82, 89 | il-kimiċi l-oħra għajr il-kimiċi mill-faħam u l-qatran |

19 | 84 | Il-Polpa tal-karta u l-karta ta' l-iskart |

20 | 9 | 91, 92, 93 | It-Tagħmir, il-makkinarju, l-apparat u l-magni tat-trasport, sewwa jekk immontati u sewwa jekk le, u l-partijiet tagħhom |

21 | 94 | Il-Fabbrikazzjonijiet tal-metall |

22 | 95 | Il-Ħġieġ, l-oġġetti tal-ħġieġ u l-prodotti taċ-ċeramika |

23 | 96, 97 | Il-Ġilda, it-tessuti, l-ilbies, oġġetti oħra ffabbrikati |

24 | 99 | Oġġetti mixxellanji |

--------------------------------------------------

ANNESS K

IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA

1. L-Isplussivi

2. Il-Gassijiet, ikkompressati, likwefatti jew maħlula taħt il-pressa

3. Il-Likwidi fjammabbli

4.1. Is-Solidi fjammabbli

4.2. Is-Sustanzi li jistgħu jaqbdu b'mod spontanju

4.3. Is-Sustanzi li jtajru l-gassijiet fjammabbli mal-kuntatt ma' l-ilma

5.1. Is-Sustanzi ta' l-ossidazzjoni

5.2. Il-Perossidi organiċi

6.1. Is-Sustanzi tossiċi

6.2. Is-Sustanzi lijabbli li jikkaġunaw l-infezzjonijiet

7. Il-Materjal radjo-attiv

8. Il-Materjali korrużivi

9. Sustanzi mixellanji oħra perikolużi

Nota:

dawn il-kategoriji huma dawk iddefiniti fir-regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija, is-soltu magħrufa bħala r-RID, kif adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija u l-emendi sussegwenti [1].

[1] ĠU L 235, tas-17.09.96, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/6/KEE (ĠU L 30, ta' l-1.2.2001, p. 42).

--------------------------------------------------

  翻译: