32004L0041



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0033 - 0044


Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene ta' l-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikoli 37, 95 u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Diversi direttivi jagħtu regolamenti dwar is-saħħa tal-annimali u dwar is-saħħa pubblika għall-produzzjoni u sabiex ikun imqiegħda fis-suq prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(2) L-atti li ġejjin fihom regolamenti ġodda li jimmodellaw mill-ġdid u jaġġornaw ir-regolamenti f'dawk id-direttivi:

- Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-affarijiet tal-ikel [4],

- Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li stabbilixxa regoli speċifiċi tal-iġjene ta' ikel li l-oriġini tagħhom huwa l-annimal [5],

- Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li stabbilixxa regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimal intiżi għall-konsum tal-bniedem [6],

u

- Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li stabbilixxa regoli ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, ipproċessar, distribuzzjoni u introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimal li huma għall-konsum tal-bniedem [7].

(3) Huwa għalhekk xieraq illi d-direttivi ta' qabel ikunu revokati. Billi r-Regolament (KE) Nru 852/2003 4 jipprovdi għar-revokazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE: tal-14 ta' Ġunju 1993 rigward l-iġjene tal-affarijiet ta' l-ikel [8], din id-direttiva tista' tirrevoka biss id-Direttivi li jikkonċernaw prodotti li joriġinaw mill-annimal.

(4) Ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE: [9] għandhom jibqgħu japplikaw biss fil-każ ta' importazzjoni ta' annimali ħajjin, billi r-regoli ġodda tal-iġjene u d-Direttiva 2002/99/KE jieħdu post ir-regoli dwar laħam frisk u prodotti tal-laħam.

(5) Huwa neċessarju, madankollu, illi jkun hemm provediment ta' ċerti regoli ta' implimentazzjoni sabiex jibqgħu in vigore sakemm jittieħdu miżuri neċessarji taħt il-qafas legali ġdid.

(6) Emendi għad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE: [10] u 92/118/KEE: [11] u għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE [12] huma wkoll neċessarji sabiex jittieħed in konsiderazzjoni l-eżerċizzju ta' immodellar mill-ġdid,

ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, id-"data rilevanti" għandha tfisser id-data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2003 u (KE) Nru 854/2003.

Artikolu 2

Id-direttivi li ġejjin għandhom ikunu revokati b'effett mid-data rilevanti:

1. Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE: tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u reklamar ta' laħam frisk [13];

2. Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE: tal-15 ta' Frar 1971 dwar problemi ta' saħħa li għandhom effett fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam tat-tjur frisk [14];

3. Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE: tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa li għandhom effett fuq in-negozju inter-Komunitarju ta' laħam frisk [15];

4. Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE: tat-21 ta' Diċembru 1976 dwar l-eżaminazzjoni ta' trichinae (trichinella spiralis) mall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk li jkun ġej mill-ħanżir domestiku [16];

5. Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE: tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar problemi ta' saħħa li għandhom effett fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimal [17];

6. Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE: tat-22 ta' Jannar 1980 dwar problemi ta' saħħa tal-annimal li li għandhom effett fuq in-negozju inter-Komunitarju ta' prodotti tal-laħam [18];

7. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 89/362/KEE: tas-26 ta' Mejju 1989 fuq il-kondizzjonijiet ġenerali tal-iġjene fl-ażjendi li jiproduċu l-ħalib [19];

8. Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE: tal-20 ta' Ġunju 1989 dwar problemi ta' iġejene u ta' saħħa li għandhom effett fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-bajd [20];

9. Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE: tal-15 ta' Lulju 1991 li tipprovdi għall-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u u t-tqegħid fis-suq ta' molluski ħajjin li għandhom żewġ valvi [21];

10. Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE: tat-22 ta' Lulju li tipprovdi għall-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [22];

11. Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE: tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa tal-annimal li jirregolaw in-negozju inter-Komunitarju fl-importazzjoni fi u minn pajjiżi terzi ta' laħam tat-tjur frisk [23];

12. Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE: tas-27 ta' Novembru 1990 dwar is-saħħa pubblika u l-problemi tas-saħħa tal-annimali li għandhom impatt fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam tal-fenek u laħam ta' tjur imrobbi fl-iziezet [24];

13. Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE: tas-16 ta' Ġunju 1992 dwar is-saħħa pubblika u l-problemi tas-saħħa tal-annimali li għandhom x'jaqsmu mall-qatla ta' laħam tal-priża u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-priża [25];

14. Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE: tas-16 ta' Ġunju 1992 li tipprovdi għal regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti bbażati fuq il-ħalib [26];

15. Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE: tas-16 ta' Ġunju 1992 li tipprovdi għall-regoli minimi ta' iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbudin minn fuq ċerti vessili skond l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE: [27];

u

16. Direttiva tal-Kunsill 94/65/EC tal-14 ta' Diċembru 1994 li tipprovdi r-rekwiżiti għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam [28].

Artikolu 3

Id-Direttiva 92/118/KEE hija emendata kif ġej b'effett mid-data rilevanti:

1. Kull riferenzi għall-"L-Annessi I u II" huma b'riferenzi għall-"L-Anness I";

2. Fl-Artikolu 4(1), "u fl-Anness I vis-s-vis aspetti tas-saħħa pubblika" huma mħassra;

u

3. L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 4

1. B'effett mid-data rilevanti, riferenzi għad-direttivi li għalihom hemm rifrenza fl-Artikolu 2 u fl-Anness I għad-Direttiva 92/118/KEE għandhom jittieħdu bħala magħmula, hekk kif il-kuntest jipprovdi, għal:

(a) Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b) Regolament (KE) Nru No 854/2004;

jew

(ċ) (ċ)Direttiva 2002/99/KE.

2. Sakemm ikun hemm l-addozzjoni tal-kriterja tal-mikrobioloġija u r-rekwiżiti għall-kontroll tat-temperatura skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, kwalsiasi kriterja jew rekwiżiti li jinsabu fid-direttivi li gġalihom hemm riferenza fl-Artikolu 2, l-Anness II għad-Direttiva 92/118/KEE: jew ir-regoli ta'implimentazzjoni tagħhom għandhom jibqgħu japplikaw.

3. Sakemm ikun hemm l-addozzjoni ta' dispożizzjonijiet neċessarji a bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 jew id-Direttiva 2002/99/KE, l-atti li ġejjin għandhom jibqgħu japplikaw mutatis mutandis:

(a) regoli ta' implimentazzjoni addottati a bażi tad-Direttivi li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 2;

(b) regoli ta' implimentazzjoni addottati a bażi tal-Anness I għad-Direttiva 92/118/KEE:, bl-eċċezzjoni tad-Deċiżjoni 94/371/KEC [29];

(ċ) regoli ta' implimentazzjoni addottati a bażi tal-Anness I għad-Direttiva 72/462/KEE;

u

(d) listi proviżjonali ta' pajjiżi terzi u ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi magħmula skond id-Deċiżjoni Nru 95/408/KE.

Artikolu 5

1. Mill-1 ta' Jannar 2005, ir-regoli ta' saħħa tal-annimali hekk kif stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE: għandhom jibqgħu japplikaw biss għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin.

2. B'effett mid-data rilevanti, id-Direttiva 72/462/KEE: ħandha tibqa' tapplika biss għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin.

Artikolu 6

Id-Direttiva 89/662/KEE hija emendata kif ġejj mid-data rilevanti:

1. Ir-riferenzi:

1) (a) (a) fl-Artikolu 1, għal "Prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma koperti mid-Direttivi mniżżla fl-anness A";

u

(b) fl-Artikolu 4(1), għal "Prodotti miksuba skond id-Direttiva li għalihom hemm riferenza fl-anness A",

huma mibdula b' "prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma koperti bl-atti li għalihom hemm riferenza fl-anness A";

2. L-Anness A għandhu jkun mibdul b'li ġejj:

"

L-ANNESS I A

KAPITLU I

Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli ta' saħħa tal-annimal li jikkontrollaw il-produzzjoni, l-iproċessar, id-distribuzzjoni u l-intoduzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimal għall-konsum mill-bniedem [1].

Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li tistabbilixxi regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimal [2].

Il-KAPITOLU II

Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE: tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jikkontrollaw in-negozju f'u importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex soġġetti għal dawn r-rekwiżiti kif imniżżla fir-regoli speċifiċi tal-Komunità' li għalihom hemm riferenza fl-Anness I A, Kapitolu I għad-Direttiva 89/662/KEE: u, vis-à-vis patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [3].

Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli ta' saħħa rigward prodotti mhux ewlenin ta' l-annimali li mhumiex intiżi għall-konsum tal-bniedem [4].

"

Artikolu 7

L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 95/408/KE hija mibdula b'li ġejj, b'effett minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva:

"l-Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sad-"data rilevanti", kif imfissra fl-Artikolu 1 tad- direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti Direttivi li jikkonċernaw iġjene tal-ikel u kondizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimal li huma intiżi għall-konsum mill-bniedem [30]."

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data rilevanti. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif ikunu magħmula dawn ir-riferenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 9

Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] OJ C 365 E, tad-19.12.2000, p. 132. ĠU C 365 E, tad-19.12.00, p. 132.

[2] ĠU C 155, tad-29.5.1, p. 39.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ġunju 2003 (għalissa mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 48 E, ta’ l-24.2.2004, p. 131.) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għalissa mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 157, tat-30.4.2004.

[5] ĠU L 157, tat-30.4.2004.

[6] ĠU L 157, tat-30.4.2004.

[7] ĠU L 18, tat-23.1.3, p. 11.

[8] ĠU L 175, tad-19.7.93, p. 1.

[9] Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE: tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ ispezzjoni ta’ saħħa u ta’ veterinaġġ fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi (ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28). Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[10] Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE: tal-11 ta’ Diċembru 1989 rigward il-kontroll veterinarju fin-negozju intra-Komunitarju bil-għan illi ikun komplut is-suq intern (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13). Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru.

[11] Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE: tas-7 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jikkontrollaw in-negozju f’u importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li għalihom hemm riferenza fl-Anness I A, Kapitolu I għad-Direttiva 89/662/KEE: u, fil-każ ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE: (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/42/KE (ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 24).

[12] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet sabiex ikunu magħmula, għall-perjodu interim, listi proviżjonali ta’ stabbilimenti ta’ terzi pajjiżi mill-liema l-Istati Membri huma awtorizzata illi jimpurtaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimal, prodotti tas-sajd jew molluski ħajjin b’żewġ valvi (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17). Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[13] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7).

[14] ĠU L 55, tat-8.3.71, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

[15] ĠU L 302, tal-31.12.72, p. 24. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

[16] ĠU L 26, tal-31.1.77, p. 67. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru Directive as last amended by Regulation (EC) No 807/2003.

[17] ĠU L 26, tal-31.1.77, p. 85. Directive as last amended by Regulation (EC) No 807/2003.Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003

[18] ĠU L 47, tal-21.2.80, p. 4. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru No 807/2003.

[19] ĠU L 156, tat-8.6.89, p. 30.

[20] ĠU L 212, tat-22.7.89, p. 87. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[21] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[22] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[23] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/89/KE (ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17).

[24] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 41. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[25] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[26] ĠU L 268, ta' l-14.9.92, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[27] ĠU L 187, tas-7.7.92, p. 41.

[28] ĠU L 368, tal-31.12.94, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[29] ĠU L 168, tat-2.7.94, p. 34.

[1] ĠU L 18, tat-23.1.3, p. 11.

[2] ĠU L 139, tat-30.4.4.

[3] ĠU L 62, tal-15.3.93, p. 49. Direttiva kif l-aħħar emendata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/42/KE (ĠU L 13, tat-18.1.2003, p. 24).

[4] ĠU L 273, ta' l-10.10.2, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 (ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 1).

[30] ĠU L 157, tat-30.4.2004.

--------------------------------------------------

  翻译: