10.5.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 175/1 |
Regoli ta' Proċedura
WERREJ
DAĦLA
KUMMENT PRELIMINARI
TITOLU 1
MEMBRI U KORPI KOSTITWENTI TAL-KUMITAT
KAPITLU 1
Korpi kostitwenti
Regola 1 - Korpi kostitwenti tal-Kumitat
KAPITLU 2
Membri tal-Kumitat
Regola 2 - Status ta' membri u sostituti
Regola 3 - Perjodu ta' kariga
Regola 4 - Privileġġi u immunitajiet
Regola 5 - Attendenza tas-sostituti
Regola 6 - Delegazzjoni tal-vot
Regola 7 - Delegazzjonijiet nazzjonali u gruppi politiċi
Regola 8 - Delegazzjonijiet nazzjonali
Regola 9 - Gruppi politiċi u membri ħielsa
Regola 10 - Gruppi Interreġjonali
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
KAPITLU 1
Tissejjaħ il-laqgħa tal-bidu u pussess tal-Kumitat
Regola 11 - Tissejjaħ l-ewwel laqgħa
Regola 12 - Pussess tal-Kumitat u verifika ta' kredenzjali
KAPITLU 2
Assemblea Plenarja
Regola 13 - Ix-xogħol ta' l-Assemblea Plenarja
Regola 14 - Tissejjaħ l-Assemblea Plenarja
Regola 15 - Aġenda għas-Sessjoni Plenarja
Regola 16 - Ftuħ tas-Sessjoni Plenarja
Regola 17 - Dħul tal-pubbliku, mistiedna u kelliema mistiedna, slot għad-dibattitu topiku
Regola 18 - Ħin għad-diskorsi
Regola 19 - Lista ta' kelliema
Regola 20 - Points of order
Regola 21 - Kworum
Regola 22 - Votazzjoni
Regola 23 - Jitressqu l-emendi
Regola 24 - Proċedura ta' kif jitmexxew l-emendi
Regola 25 - Fehmiet urġenti u rapporti
Regola 26 - Proċeduri magħmula ħfief
Regola 27 - Għeluq tas-Sessjoni Plenarja
KAPITLU 3
Il-Bureau u l-President
Regola 28 - Kif inhu magħmul il-Bureau
Regola 29 - Sostituzzjonijiet fil-laqgħat tal-Bureau
Regola 30 - Regoli ta' l-Elezzjoni
Regola 31 - Elezzjoni tal-President u l-ewwel Viċi President
Regola 32 - Elezzjoni tal-Viċi Presidenti, tal-membri l-oħra tal-Bureau u tal-Presidenti tal-gruppi poltiċi bħala membri tal-Bureau
Regola 33 - Elezzjoni tas-sostituti
Regola 34 - Elezzjoni għal siġġijiet battala tal-Bureau
Regola 35 - Ix-xogħol tal-Bureau
Regola 36 - Jissejjaħ l-Bureau/Kworum
Regola 37 - Il-President
Fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet - Proċedura fil-Bureau
Regola 38 - Fehmiet – Bażi legali
Regola 39 - Fehmiet u rapporti – Ħatra tal-Kummissjoni
Regola 40 - Nomina tar-rapporteur ġenerali
Regola 41 - Fehmiet u rapporti fuq inizjattiva proprja
Regola 42 - Jitressqu r-riżoluzzjonijiet
Regola 43 - Il-promozzjoni tal-fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet
KAPITLU 4
Kummissjonijiet
Regola 44 - Għamla u setgħat
Regola 45 - Il-President u l-viċi presidenti
Regola 46 - Ix-xogħol tal-kummissjonijiet
Regola 47 - Jiltaqgħu l-Kummissjonijiet u l-aġendi tagħhom
Regola 48 - Dħul tal-pubbliku
Regola 49 - Smigħ pubbliku
Regola 50 - Skadenzi għat-tħejjija ta' fehmiet u rapporti
Regola 51 - Kif titqassam fehma
Regola 52 - Kif jitqassam rapport
Regola 53 - apporteurs
Regola 54 - Gruppi ta' Xogħol
Regola 55 - Esperti
Regola 56 - Kworum
Regola 57 - Votazzjoni
Regola 58 - Emendi
Regola 59 - Deċiżjoni li ma titħejjiex xi fehma jew xi rapport
KAPITLU 5
Amministrazzjoni tal-Kumitat
Regola 60 - Segretarjat Ġenerali
Regola 61 - Segretarju Ġenerali
Regola 62 - Rabta tas-Segretarju Ġenerali
Regola 63 - Regolamenti ta' l-uffiċjali u Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta' impjegati oħra.
Regola 64 - Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi
Regola 65 - Il-Baġit
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
KAPITLU 1
Kooperazzjoni ma' korpi oħra ta' l-UE
Regola 66 - Ftehim ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra ta' l-UE
Regola 67 - Kif jintbagħtu u jiġu ppubblikati il-fehmiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet
KAPITLU 2
Aċċess miftuħ għall-pubbliku u trasparenza
Regola 68 - Aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti
KAPITOLU 3
Regoli ta' Proċedura
Regola 69 - Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Regola 70 - Istruzzjonijiet tal-Bureau
Regola 71 - Dħul fis-seħħ tar-Regoli ta' Proċedura
DAĦLA
Il-Kumitat tar-Reġjuni ħaddan ir-Regoli ta' Proċedura li ġejjin fuq il-bażi ta' l-Artikolu 264, it-tieni paragrafu, tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea (Trattat KE) (deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 1999, verżjoni tal-11 ta' Frar 2004):
KUMMENT PRELIMINARI
It-terminoloġija użata f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għal għadd ta' uffiċċji tirreferi kemm għall-maskil kif ukoll għall-femminil.
TITOLU I
MEMBRI U KORPI KOSTITWENTI TAL-KUMITAT
KAPITLU 1
Korpi kostitwenti
Regola 1
Korpi kostitwenti tal-Kumitat
Il-korpi kostitwenti tal-Kumitat għandhom ikunu l-Assemblea Plenarja, il-President, il-Bureau u l-kummissjonijiet.
KAPITLU 2
Membri tal-Kumitat
Regola 2
Status ta' membri u sostituti
Skond l-Artiklu 263 tat-Trattat KE, il-membri u l-sostituti għandhom ikunu rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali. Għandu jkollhom mandat elettorali b'awtorità reġjonali jew lokali jew jirrispondu politikament għal xi assemblea eletta. Ma jistgħux ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet mandatorji u għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Komunità.
Regola 3
Perjodu ta' kariga
1. Il-perjodu ta' kariga ta' membru jew sostitut għandu jibda fid-data li fiha tidħol fis-seħħ in-nomina tiegħu mill-Kunsill.
2. Il-perjodu ta' kariga ta' membru jew sostitut għandu jintemm b'riżenja, it-tmiem ta' mandat elettorali li bieh ġie nominat, jew il-mewt.
3. Membru jew sostitut li jirriżenja għandu jgħarraf bil-miktub lill-President tal-Kumitat bil-ħsieb tiegħu u jispeċifika d-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-riżenja tiegħu, li m'għandiex tkun aktar minn tliet xhur wara d-data ta' notifika. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill, li għandu jikkonferma li l-post tbattal u jħaddem il-proċedura ta' tibdil.
4. Membru jew sostitut li l-perjodu ta' kariga tiegħu fil-Kumitat jintemm minħabba li jiskadi l-mandat elettorali li bih ġie nominat għandu jgħarraf minnufih lill-President tal-Kumitat dwar dan bil-miktub.
5. Fil-każijiet imsemmija fir-Regola 3(2), għandu jiġi nominat sostitut mill-Kunsill għall-bqija tal-kariga.
Regola 4
Privileġġi u immunitajiet
Membri u s-sostituti tagħhom b'mandat xieraq għandhom igawdu privileġġi u immunitajiet skond il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, anness mat-Trattat tat-8 ta' April 1965 li jwaqqaf Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej.
Regola 5
Attendenza tas-sostituti
1. Kull membru li ma jistax jattendi għal xi Sessjoni Plenarja jista' jkun rappreżentat minn xi sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tiegħu.
2. Kull membru li ma jistax jattendi għal xi laqgħa tal-Kummissjoni, xi laqgħa ta' grupp tax-xogħol jew xi laqgħa oħra li ġiet approvata mill-Bureau jista' jkun rappreżentat minn xi membru ieħor jew sostitut mid-delegazzjoni nazzjonali tiegħu.
3. Sostitut jew xi membru li jagħmilha ta' sostitut jista' joqgħod minflok membru wieħed biss. Għandu jkollu l-istess setgħat bħal membru fil-laqgħa rilevanti. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun mgħarraf bil-miktub dwar id-delegazzjoni tal-vot qabel il-laqgħa rilevanti.
4. In-nomina tas-sostituti għal xi Sessjoni Plenarja għandha tkun limitata għal xi jiem individwali. F'Sessjoni Plenarja għandhom jitħallsu lura l-ispejjeż tal-membru biss jew tas-sostitut. Dispożizzjonijiet fid-dettal għandhom jiġu preskritti mill-Bureau fl-arranġamenti ta' twettiq li jirrigwardaw l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u ta' l-għixien.
5. Sostitut li jiġi nominat rapporteur jista' jippreżenta l-abbozz tal-fehma jew rapport li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu f'dik is-Sessjoni Plenarja li għandha fuq l-aġenda tagħha l-abbozz tal-fehma jew ir-rapport. Dan għandu japplika wkoll jekk il-membru li jkun qiegħed jagħmilha floku jinsab ukoll fil-laqgħa. Il-membru jista' jiddelega l-vot tiegħu lis-sostitut waqt li l-abbozz tal-fehma jew ir-rapport imsemmi jkun qed jiġi diskuss. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun mgħarraf bil-miktub dwar id-delegazzjoni tal-vot qabel il-laqgħa rilevanti.
Regola 6
Delegazzjoni tal-vot
Ħlief kif hemm provdut fir-Regoli 5 u 29, il-jedd tal-vot ma jistax jiġi delegat.
Regola 7
Delegazzjonijiet nazzjonali u gruppi politiċi
Delegazzjonijiet nazzjonali u gruppi politiċi għandhom jgħinu b'mod ibbilanċjat fl-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Kumitat.
Regola 8
Delegazzjonijiet Nazzjonali
1. Il-membri u s-sostituti minn kull Stat Membru għandhom jiffurmaw delegazzjoni nazzjonali. Kull delegazzjoni nazzjonali għandha tħaddem ir-regoli interni tagħha u tagħżel president. Il-President tal-Kumitat għandu jkun uffiċjalment mgħarraf bl-isem tal-persuna magħżula.
2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jara li, fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Kumitat, id-delegazzjonijiet nazzjonali jirċievu għajnuna. Dawn l-arranġamenti għandhom ukoll jippermettu lil kull membru individwali sabiex jirċievi tagħrif u għajnuna fl-ilsien uffiċjali tiegħu. L-arranġamenti għandhom jiffurmaw parti minn servizz speċifiku li jikkonsisti f'Kumitat ta' l-uffiċjali tar-Regjuni jew uffiċjali oħra u għandhom jiżguraw li d-delegazzjonijiet nazzjonali jistgħu jagħmlu użu xieraq mill-faċilitajiet tal-Kumitat. Speċifikament, is-Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi lid-delegazzjonijiet nazzjonali b'mezzi xierqa biex isejħu laqgħat minnufih qabel jew matul is-Sessjonijiet Plenarji.
Regola 9
Gruppi politiċi u membri ħielsa
1. Membri u sostituti jistgħu jiffurmaw gruppi li jirriflettu l-affinità politika tagħhom. Il-kriterji għas-sħubija għandhom jiġu preskritti fir-regoli ta' ġewwa ta' kull grupp politiku.
2. Ta' l-inqas għoxrin membru/sostitut minn mhux anqas minn tlett Stati Membri, tmintax il-membru/sostitut minn mhux anqas minn erba' Stati Membri jew sittax il-membru/sostitut minn mhux anqas minn ħames Stati Membri – ta' l-inqas nofshom, fil-każijiet kollha, għandhom ikunu membri – huma meħtieġa biex jiġi ffurmat grupp politiku. Membru/sostitut jista' jkun ta' grupp politiku wieħed biss. Grupp politiku għandu jinfired jekk is-sħubija tiegħu taqa' taħt in-numru meħtieġ.
3. Il-President tal-Kumitat għandu jkun mgħarraf fi stqarrija meta jitwaqqaf, jinfired jew b'xi mod jinbidel xi grupp politiku. L-istqarrija dwar it-twaqqif ta' xi grupp politiku għandha tispeċifika l-isem tal-grupp politiku, il-membri tiegħu u l-bureau. L-avviż tat-twaqqif (inklużi l-isem, il-bureau u numri ta'membri) u tal-firda ta' xi grupp politiku għandu jiġi ppublikat mill-President fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
4. Kull grupp politiku għandu jiġi mgħejjun minn segretarjat magħmul mill-impjegati minn fost il-persunal tas-Segretarjat Ġenerali. Il-gruppi politiċi jistgħu jibagħtu proposti lill-awtorità li tinnomina dwar l-għażla, n-nomina u l-promozzjoni ta' dawn l-impjegati u t-tiġdid tal-kuntratti tagħhom. L-awtorità li tinnomina għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta l-presidenti tal-gruppi politiċi.
5. Is-Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi lill-gruppi politiċi u lill-korpi kostitwenti b'riżorsi xierqa għall-laqgħat, attivitajiet u pubblikazzjonijiet u għax-xogħol tas-segretarjati tagħhom. Ir-riżorsi għal kull grupp politiku għandhom jidhru ċari fin-nefqa. Il-gruppi politiċi u s-segretarjati tagħhom jistgħu jagħmlu użu xieraq mill-faċilitajiet tal-Kumitat.
6. Il-gruppi politiċi u l-bureaux tagħhom jistgħu jiltaqgħu minnufih qabel jew matul is- Sessjonijiet Plenarji. Jistgħu jsejjħu laqgħat straordinarji darbtejn fis-sena. Sostitut li jattendi għal dawn il-laqgħat huwa ntitolat għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-għixien jekk ikun qed jirrappreżenta xi membru mill-grupp politiku tiegħu biss.
7. Il-Membri ħielsa għandu jkollhom appoġġ amministrattiv. L-arranġamenti fid-dettal għandhom ikunu preskritti mill-Bureau fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali.
Regola 10
Gruppi Interreġjonali
Membri u sostituti jistgħu jiffurmaw gruppi interreġjonali. Għandhom jgħarrfu lill-President tal-Kumitat dwar dan.
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
KAPITLU 1
Tissejjaħ il-laqgħa tal-bidu u pussess tal-Kumitat
Regola 11
Tissejjaħ l-ewwel laqgħa
Il-Kumitat għandu jissejjaħ, wara kull tiġdid ta' erba' snin, mill-aktar membru anzjan u għandu jitlaqqa' mhux aktar tard minn xahar wara n-nomina tal-membri tiegħu mill-Kunsill. L-ewwel laqgħa għandha tkun immexxija mill-aktar membru anzjan preżenti (il-president interim) mgħejjun mill-iżgħar erba' membri preżenti u s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat, li flimkien jikkostitwixxu l-bureau interim.
Regola 12
Pussess tal-Kumitat u l-verifika tal-kredenzjali
1. Fl-ewwel laqgħa, l-president interim għandu jgħarraf lill-Kumitat bl-aħbar mill-kunsill li tirrigwarda n-nomina tal-membri tiegħu. Jekk jintalab, il-president interim jista' jiddeċiedi li jivverifika n-nomina u l-kredenzjali tal-membri u wara dan jistqarr l-Kumitat fil-pussess tal-kariga għall-perjodu l-ġdid.
2. Il-bureau interim għandu jibqa' fil-kariga sa l-istqarrija tar-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-President, l-ewwel viċi President u l-bqija tal-membri tal-Bureau.
KAPITLU 2
ASSEMBLEA PLENARJA
Regola 13
Ix-xogħol ta' l-Assemblea Plenarja
Il-Kumitat għandu jiltaqa' bħala Assemblea Plenarja. Ix-xogħol prinċipali tagħha għandu jkun:
a) |
li tħaddem fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet, |
b) |
li tħaddem l-abbozzi ta' l-estimi ta' l-infiq u d-dħul tal-Kumitat, |
ċ) |
li tħaddem il-programm politiku tal-Kumitat fil-bidu ta' kull perjodu, |
d) |
li tagħżel il-President, il-Viċi-President u l-bqija tal-membri tal-Bureau, |
e) |
li twaqqaf kummissjonijiet, |
f) |
li tħaddem u tirrevedi r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat. |
Regola 14
Tissejjaħ l-Assemblea Plenarja
1. Il-President tal-Kumitat għandu jsejjaħ l-Assemblea Plenarja ta' l-inqas darba kull tliet xhur. Id-dati tas-Sessjonijiet Plenarji għandhom jiġu ffissati mill-Bureau matul it-tielet kwart tas-sena ta' qabel. Sessjoni Plenarja tista' tiltaqa' f'jum wieħed jew aktar.
2. Fuq talba bil-miktub ta' mill-inqas kwart tal-membri, il-President għandu jkun marbut li jsejjaħ Sessjoni Plenarja Straordinarja, li għandha sseħħ mhux qabel gimgħa u mhux aktar tard minn xahar wara d-data tat-talba. It-talba bil-miktub għandha tistqarr is-suġġett li fuqu ser jitħadtu fis-Sessjoni Plenarja Straordinarja. Ma jistgħu jitħadtu fuq ebda suġġett ieħor.
Regola 15
Aġenda għas-Sessjoni Plenarja
1. L-abbozz preliminari ta' l-aġenda li jkun fih lista proviżorja ta' l-abbozzi tal-fehmiet u riżoluzzjonijiet għad-diskussjoni tas-Sessjoni Plenarja ta' wara dik li jkun imiss flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha li jeħtieġu deċiżjoni għandhom jitħejjew mill-Bureau.
2. L-abbozz ta' l-aġenda flimkien mad-dokumenti kollha mniżżla fih li jeħtieġu deċiżjoni għandhom jintbagħtu mill-President lill-membri u lis-sostituti fl-ilsien uffiċjali tagħhom ta' l-inqas erba' ġimgħat qabel il-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja.
3. L-abbozzi tal-fehmiet u r-riżoluzzjonijiet għandhom bi prinċipju jitniżżlu fl-aġenda fl-istess ordni li tħaddnu mill-kummissjonijiet jew intbagħtu skond ir-Regoli ta' Proċedura. Jittieħed kont ukoll ta' punti fuq l-aġenda li jittrattaw fuq suġġetti ma' dawn marbuta.
4. F'każijiet eċċezzjonali u għal raġunijiuet xierqa fejn l-iskadenza msemmija f'paragrafu 2 ma tistax tiġi rispettata, il-President jista' jiddeċiedi li jinkludi dokument li jeħtieġ deċiżjoni fuq l-abbozz ta' l-aġenda sakemm id-dokument imsemmi jkun wasal għand il-membri u s-sostituti fl-ilsien uffiċjali tagħhom mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja.
5. Emendi bil-miktub ta' l-abbozz ta' l-aġenda għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja.
6. Il-Bureau għandu jtemm l-abbozz ta' l-aġenda fil-laqgħa tiegħu minnufih qabel il-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja. F'din il-laqgħa l-Bureau jista' jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li jinkludi fuq l-aġenda affarijiet ta' natura urġenti jew topiċi li t-taħdita dwarhom ma' tistax tistenna sas-Sessjoni Plenarja li jmiss.
Regola 16
Ftuħ tas-Sessjoni Plenarja
Il-President għandu jiftaħ is-Sessjoni Plenarja u jitlob it-tħaddin ta' l-abbozz finali ta' l-aġenda.
Regola 17
Dħul tal-pubbliku, mistiedna u kelliema mistiedna, slot għad-dibattitu topiku
1. Is-Sessjonijiet Plenarji għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm l-Assemblea Plenarja ma' tiddeċidiex mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa jew xi punt speċifiku fuq l-aġenda.
2. Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jistgħu jattendu għas-Sessjonijiet Plenarji. Jistgħu jintalbu jindirizzaw il-laqgħa.
3. Il-President, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bureau, jista' wkoll jistieden mistiednin oħra ewlenija biex jindirizzaw l-Assemblea Plenarja. Wara jista' jkun hemm dibattitu ġenerali, li matulu għandhom japplikaw ir-regoli ġenerali dwar il-ħin għad-diskorsi.
4. Il-Bureau jista', skond ir-Regola 15, paragrafi (1) u (6), jipproponi lill-Assemblea Plenarja li jinżamm dibattitu ġenerali dwar punti politiċi topiċi ta' rilevanza reġjonali jew lokali (slot għad-dibatttitu topiku). Ir-regoli ġenerali dwar il-ħin għad-diskorsi għandhom japplikaw.
Regola 18
Ħin għad-diskorsi
1. L-Assemblea Plenarja għandha, fil-bidu tal-laqgħa tagħha u fuq proposta tal-Bureau, terfa' ħin għad-diskorsi għal kull punt fuq l-aġenda. Matul Sessjoni Plenarja l-President, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' xi membru, għandu jara li tittieħed deċiżjoni biex tillimita l-ħin għad-diskorsi.
2. Il-President, fuq proposta tal-Bureau, jista' jipproponi lill-Assemblea Plenarja li meta jinżammu d-dibattiti fuq xi punti ġenerali jew speċifiċi, l-ħin għad-diskorsi għandu jitqassam fost il-gruppi politiċi u delegazzjonijiet nazzjonali.
3. Bħala regola ġenerali, l-ħin għad-diskorsi għandu jkun limitat għal żewġ minuti għall-kummenti fuq il-minuti, għal points of order u għal kummenti dwar emendi għall-abbozz finali ta' l-aġenda jew l-aġenda.
4. Jekk xi kelliem jaqbeż il-ħin merfugħ għalih, il-President jista', wara li jiġbidlu l-attenzjoni, iwaqqfu milli jitkellem.
5. Kull talba minn xi membru li d-dibattitu jitwaqqaf għandha tiġi mgħoddija għall-vot mill-President.
Regola 19
Lista ta' kelliema
1. L-ismijiet tal-membri li jitolbu jitkellmu għandhom jitniżżlu f'lista bl-istess ordni li biha waslu t-talbiet tagħhom li jitkellmu. Il-President għandu jsejjaħ l-membri biex jitkellmu fuq il-bażi ta' din il-lista billi jiżgura kemm jista' jkun li kelliema ta' fehma politika differenti u minn delegazzjonijiet nazzjonali differenti jinstemgħu wara xulxin.
2. Tingħata priorità, iżda, lir-rapporteur tal-kummissjoni nteressata, lill-president tal-gruppi politiċi u delegazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jitkellmu f'isem il-grupp tagħhom jew delegazzjoni, jew lil xi kelliema li jidhru għalihom.
3. Ħadd ma jista' jindirizza l-laqgħa darbtejn fuq l-istess suġġett, ħlief bil-permess tal-President. Il-President u r-rapporteur tal-Kummissjoni nteressata għandhom, iżda, jitħallew jitkellmu fuq talba tagħhom għal tul ta'żmien skond kif jiddeċiedi l-President.
Regola 20
Points of order
1. Membru għandu jitħalla jitkellem biex jagħmel point of order jew biex jiġbed l-attenzjoni tal-President minħabba xi nuqqas fir-rigward tar-Regoli ta' Proċedura. Il-point of order għandha tirrigwarda l-aġenda jew is-suġġett tad-diskussjoni.
2. Talba għal point of order għandha taqbeż kull talba oħra li wieħed jitkellem.
3. Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar xi points of order skond ir-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li saret il-point of order. M'għandu jittieħed ebda vot dwar id-deċiżjoni tal-President.
Regola 21
Kworum
1. Għandu jeżisti kworum f'xi Sessjoni Plenarja jekk il-maġġoranza tal-membri huma preżenti. Il-Kworum għandu jiġi verifikat matul il-laqgħat biss u fuq talba ta' mill-anqas ħmistax il-membru. Jekk il-verifika ta' kworum ma tintalabx, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru tal-votanti. Il-President jista' jwaqqaf sa għaxar minuti s-Sessjoni Plenarja qabel ma jgħaddi għal verifika tal-kworum. Il-Membri li jkunu talbu verifika tal-kworum iżda ma jibqgħux aktar preżenti fil-kamra tas-Sessjoni Plenarja għandhom jitqiesu bħala preżenti għall-għanijiet ta' l-għadd. Jekk hemm anqas minn ħmistax il-membru preżenti, l-President jista' jiddeċiedi li m'hemmx kworum
2. Jekk tinqata' li m'hemmx kworum, il-punti kollha fuq l-aġenda li jeħtieġu votazzjoni għandhom jiġu posposti sal-jum tal-laqgħa li jmiss, meta l-Assemblea Plenarja tista' tgħaddi għall-vot validu dawn il-punti hu kemm hu n-numru tal-membri preżenti.
3. Il-membri kollha u s-sostituti li jieħdu sehem fil-laqgħa u persuni oħra preżenti għandhom jiffirmaw il-lista ta' l-attendenza..
Regola 22
Votazzjoni
1. L-Assemblea Plenarja għandha tiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, ħlief fejn hu provdut mod ieħor f'dawn ir-regoli.
2. Il-forom validi ta' vot għandhom ikunu “favur”, “kontra” u “jastjeni”. Fil-kalkolu tal-maġġoranza, l-voti mitfugħa favur jew kontra biss għandhom jitqiesu. F'każ ta' voti xorta, t-test jew proposta għandha titqies bħala m'għaddietx.
3. Jista' jintalab vot mill-ġdid mill-President jew minn ta' l-inqas ħmistax il-membru.
4. Fuq proposta tal-President l-Assemblea Plenarja tista' tiddeċiedi li ssejjaħ votazzjoni bl-għajta ta' l-ismijiet. Il-Membri għandhom jivvutaw skond l-ordni alfabetika, bill-President jivvota l-aħħar.
5. Voti li jirrigwardaw persuni għandhom jittieħdu fis-sigriet.
6. Il-President jista' f'kull ħin jiddeċiedi li vot jittieħed b'mezzi elettroniċi.
Regola 23
Jitressqu l-emendi
1. Il-Membri biss u sostituti b'mandat xieraq jistgħu jressqu emendi għal dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni. Dawn l-emendi għandhom ikunu bil-miktub.
2. Ħlief kif inhu provdut fl-ewwel sentenza ta' Regola 26, paragrafu(1), l-emendi għal dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni għandhom jiġu sottomessi minn ta' l-inqas sitt membri u fuqhom għandu jkun hemm isimhom. Delegazzjonijiet nazzjonali magħmula minn anqas minn sitt membri jistgħu jissottomettu emendi jekk adottati unanimament mid-delegazzjoni.
3. Għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard mis-seba' jum ta' xogħol qabel il-ftuħ tas-Sessjoni Plenarja u għandhom ikunu disponibbli elettronikament malli ssir it-traduzzjoni tagħhom, mhux aktar tard minn jumejn ta' xogħol qabel is-Sessjoni Plenarja. L-iskadenza biex jintbagħtu l-emendi tista' titnaqqas għal tlett ijiem ta' xogħol mill-President f'każijiet fejn ir-Regola 15,paragrafu(4) tiġi applikata. L-iskadenza m'għandiex tapplika fil-każ ta' emendi ta' affarijiet urġenti skond it-tieni sentenza tar-Regola 15,paragrafu(6).
4. L-emendi kollha għandhom jitqassmu fost il-membri qabel il-bidu tas-Sessjoni Plenarja.
Regola 24
Proċedura ta' kif jitmexxew l-emendi
1. Jekk aktar minn għoxrin emenda jintbagħtu għal dokument li jeħtieġ deċiżjoni, il-Bureau jew l-Assemblea Plenarja jista' jirreferi d-dokument lura lill-kummissjoni biex jerġa jitqies. Dan m'għandux japplika fil-każ ta' dokumenti li jeħtieġu deċiżjoni li t-tħaddin tagħhom ma jistax jiġi diferit.
2. Emenda mressqa b'mod xieraq u proprju li ma tkunx appoġġjata fil-laqgħa mill-awturi tagħha jew minn xi membru ieħor m'għandiex titqies.
3. Jekk xi emenda jew aktar jitressqu għal xi parti ta' xi test, il-President, ir-rapporteur jew l-awturi ta' dawn l-emendi jistgħu jippropunu emendi ta' kompromess matul id-dibattitu. Emenda ta' kompromess tista' tiġi mressqa biss bil-kunsens ta' dawk li jressqu l-emenda oriġinali. Emenda ta' kompromess għandha tingħata priorità waqt il-votazzjoni u, jekk titħaddan, għandha tħassar kull emenda li fuqha jkun sar il-kompromess.
4. Il-votazzjoni fuq l-emendi għandha ssegwi l-ordni tal-punti fit-test. Il-President jista' jordna joint vote fuq emendi b'kontenut u għan xorta.
5. Rapporteur jista' jtella' lista ta' emendi mressqa għall-abbozz tiegħu ta' fehma jew rapport li jirrikkmanda li jitħaddnu (rakkomandazzjoni ta' vot). Il-lista għandha titqassam fost il-membri flimkien ma' l-emendi, skond ir-Regola 23(4).
Jekk rapporteur ikun għamel rakkomandazzjoni ta' vot, il-President jista' jiddeċiedi li l-emendi kollha koperti mir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu votati flimkien. Kull membru jista', iżda, joġġezzjona għar-rakkomandazzjoni ta' vot, filwaqt li jispeċifika l-emendi li għandhom jiġu votati separatament.
6. L-emendi għandu jkollhom priorità fuq it-test li miegħu huma marbuta u għandhom jiġu votati qabel it-test.
7. Jekk żewġ emendi jew aktar li jeskludu lil xulxin jitressqu għall-istess parti ta' xi test, l-emenda li titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali għandha jkollha priorità u tiġi vvotatatha l-ewwel.
8. Il-vot finali għandu jkun fuq it-test sħiħ, sew jekk hu emendat sew jekk le.
Regola 25
Fehmiet urġenti u rapporti
F'każijiet urġenti fejn skadenza magħmula mill-Kunsill, Kummissjoni jew Parlament Ewropew ma tistax tintlaħaq skond il-proċedura normali, u l-kummissjoni rilevanti ħaddnet l-abbozz ta' feħma tagħha jew rapport b'mod unanimu, l-President għandu jittrasmetti dan l-abbozz ta' fehma jew rapport lill-Kunsill, Kummissjoni jew Parlament Ewropew għal tgħarif. L-abbozz ta' fehma jew rapport għandu jintbagħat lis-Sessjoni Plenarja ta' wara għat-tħaddin mingħajr emenda. Id-dokumenti kollha marbuta ma' l-imsemmija fehma jew rapport għandhom jixhdu n-natura urġenti tal-fehma jew rapport.
Regola 26
Proċeduri magħmula ħfief
1. Abbozzi ta' fehmiet jew rapporti mħaddna unanimament minn xi kummissjoni (ta' quddiem), wara li jitressqu mir-rapporteur, għandhom jintbagħtu lill-Assemblea Plenarja għat-tħaddin mingħajr tibdil sakemm ta' l-inqas 32 membru ma jressqux emenda skond l-ewwel sentenza tar-Regola 23,paragrafu(3). F'dan il-każ, l-emenda għandha titqies mill-Assemblea Plenarja. L-abbozz ta' fehma jew rapport tal-kummissjoni għandu jintbagħat lill-membri, b'riferenza għal din il-proċedura, flimkien ma' l-abbozz ta' l-aġenda.
2. Jekk il-kummissjoni (ta' quddiem) hi tal-fehma li l-Kumitat m'għandux għaliex jikkummenta dwar jew jipproponi tibdil għal xi dokument mgħoddi lilha mill-Bureau, tista' tipproponi li ebda oġġezzjoni ma tinqala' dwar id-dokument. Il-proposta għandha tgħaddi għand l-Assemblea Plenarja għat-tħaddin mingħajr dibattitu.
Regola 27
Għeluq tas-Sessjoni Plenarja
Qabel l-għeluq tas-Sessjoni Plenarja, l-President għandu jħabbar il-ħin u l-post tas-Sessjoni Plenarja li jmiss flimkien ma' xi punti diġa fuq l-aġenda.
KAPITLU 3
Il-Bureau u l-President
Regola 28
Kif inhu magħmul il-Bureau
Il-Bureau għandu jkun magħmul minn:
a) |
President, |
b) |
l-ewwel Viċi President, |
c) |
Viċi President wieħed minn kull Stat Membru, |
d) |
25 membru ieħor, |
e) |
il-presidenti tal-gruppi politiċi. |
Is-siġġijiet fil-Bureau (barra mis-siġġijiet tal-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi) għandhom jitqassmu fost id-delegazzjonijiet nazzjonali kif ġej:
— |
3 siġġijiet: il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, l-Italja, Spanja u l-Polonja |
— |
2 siġġijiet: l-Olanda, il-Greċja, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju, l-Ungerija, il-Portugall, l-Isvezja, l-Awstrija, is-Slovakkja, id-Danimarka, il-Finlandja l-Irlanda, il-Litwanja |
— |
Siġġu Wieħed: il-Latvja, is-Slovenja, l-Estonja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta. |
Regola 29
Sostituzzjonijiet fil-laqgħat tal-Bureau
1. Għal kull membru tal-Bureau, barra mill-President, membru jew sostitut mill-istess delegazzjoni nazzjonali għandu jiġi nominat fl-istess ħin bħala sostitut ad personam. Dan is-sostitut m'għandux il-jedd li jieħu sehem, jitkellem u jivvota sakemm ma jkunx qed jissostitwixxi l-membru tal-Bureau nteressat. Id-delegazzjoni tal-vot għandha tkun mgħarrfa bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali qabel il-laqgħa rilevanti.
2. Għal kull president ta' grupp politiku, il-grupp politiku nteressat għandu jinnomina sostitut minn fost il-membri li għalihom it-tieni u t-tielet sentenza ta' paragrafu 1 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Regola 30
Regoli ta' l-Elezzjoni
1. Il-Bureau għandu jiġi elett mill-Assemblea Plenarja għal sentejn.
2. L-elezzjonijiet tal-President, l-ewwel Viċi-President, l-14 il-Viċi President, il-membri l-oħra tal-Bureau u l-president tal-gruppi politiċi bħala membri tal-Bureau għandhom jinżammu taħt il-presidenza tal-president interim skond ir-Regoli 11 u 12. Il-kandidaturi kollha għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali ta' l-inqas siegħa qabel il-bidu tas-Sessjoni Plenarja. L-elezzjonijiet jistgħu jsiru biss jekk jkunu preżenti ta' l-inqas żewġ terzi tal-membri.
Regola 31
Elezzjoni tal-President u l-ewwel Viċi President
1. Qabel l-elezzjonijiet, il-kandidati għall-postijiet ta' President u l-ewwel Viċi President jistgħu jagħmlu stqarrija qasira quddiem l-Assemblea Plenarja. Il-ħin għad-diskors tal-kandidati għandu jkun ta' l-istess tul u jkun preskritt mill-president interim.
2. L-elezzjonijiet tal-President u l-ewwel Viċi President għandhom isiru separatament. Għandhom jiġu eletti b'maġġoranza ta' aktar minn 50 % tal-voti mitfugħa.
3. Il-forom validi ta' votazzjoni għandhom ikunu vot favur u astensjoni. Fil-kalkolu tal-maġġoranza meħtieġa, l-voti mitfugħa favur biss jitqiesu.
4. Jekk ebda kandidat ma jikseb il-maġġoranza meħtieġa fl-ewwel votazzjoni, tinżamm it-tieni votazzjoni li fiha l-kandidat li jikseb l-ogħla numru ta' voti jitqies bħala elett. Fil-każ ta' voti ndaqs, tittieħed deċiżjoni bix-xorti.
Regola 32
Elezzjoni tal-Viċi Presidenti, il-membri l-oħra tal-Bureau u l-presidenti tal-gruppi politiċi bħala membri tal-Bureau
1. Għall-elezzjoni tal-Viċi Presidenti u tal-membri l-oħra tal-Bureau, tista' tittella' lista komuni tal-kandidati minn dawk id-delegazzjonijiet nazzjonali li jinnominaw kandidat wieħed biss għal kull wieħed mis-siġġijiet merfugħa għalihom fil-Bureau. Din il-lista tista' titħaddan b'votazzjoni waħda jekk tikseb maġġoranza ta' aktar minn 50 % tal-voti mitfugħa.
2. F'każijiet fejn lista komuni ta' kandidati ma' titħaddanx, jew fejn in-numru ta' kandidati jaqbeż in-numru ta' siġġijiet merfugħa għal xi delegazzjoni nazzjonali fuq il-Bureau, kull wieħed minn dawn is-siġġijiet għandu jiġi deċiż b'votazzjoni separata.; f'dan il-każ id-dispożizzjonijiet ta' l-elezzjoni tal-President u l-ewwel Viċi President għandhom ikunu applikabbli skond ir-Regoli 30 u 31 paragrafi (2) sa (4).
3. Għall-elezzjoni tal-presidenti tal-gruppi politiċi bħala membri tal-Bureau, il-president interim għandu jippreżenta quddiem l-Assemblea Plenarja l-lista ta' l-ismijiet tagħhom għat-tħaddin, li trid tiġi votata bħala ħaġa waħda.
Regola 33
Elezzjoni tas-sostituti
Meta jiġi elett xi kandidat għal siġġu fil-Bureau, is-sostitut tiegħu għandu wkoll jiġi awtomatikament elett.
Regola 34
Elezzjonijiet għal siġġijiet battala fil-Bureau
F'każ li tiġi mitmuma sħubija fil-Kumitat jew f'każ ta' riżenja mill-Bureau, membru tal-Bureau u/jew is-sostitut tiegħu għandu jinbidel għal bqija tal-perjodu ta' kariga tiegħu skond il-proċeduri preskritti fir-Regoli 28 sa 33. L-elezzjoni għal siġġu battal fil-Bureau għanda ssir matul Sessjoni Plenarja mmexxija mill-President jew ir-rappreżentant tiegħu skond kif jingħad fir-Regola 37(3).
Regola 35
Ix-xogħol tal-Bureau
Ix-xogħol tal-Bureau huwa kif ġej:
a) |
it-twaqqif ta' l-abbozz ta' programm ta' politika fil-bidu ta' kull perjodu u l-monitoraġġ tat-twettiq tiegħu. B'referenza tal-Bureau, għandha tiġi ppreżentata quddiem l-Assemblea Plenarja stima ta' impatt mill-President kull sena u fi tmiem ta' kull perjodu ta' erba' snin; |
b) |
it-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-koordinament tax-xogħol ta' l-Assemblea Plenarja u l-kummissjonijiet. |
ċ) |
ir-responsabbiltà ġenerali għall-affarijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi li jirrigwardaw membri u sostituti; l-organizzazzjoni nterna tal-Kumitat, is-Segretarjat Ġenerali tiegħu, inkluż il-pjan ta' twaqqif, u l-korpi kostitwenti tiegħu; |
d) |
Iil-Bureau jista'
|
e) |
ir-reklutaġġ tas-Segretarju Ġenerali u l-uffiċjali u impjegati oħra mniżżla fir-Regola 63 paragrafu (1) u (2); |
f) |
li jibgħat l-abbozzi ta' estimi ta' nfiq u dħul lill-Assemblea Plenarja skond ir-Regola 64; |
ġ) |
l-awtorizzazzjoni ta' laqgħat il-bogħod mill-post tax-xogħol tas-soltu; |
h) |
l-abbozzar ta' provvedimenti dwar l-isħubija u l-metodi ta' xogħol tal-gruppi ta' ħidma u tal-kumitati konġunti ma' pajjiżi applikanti. |
Regola 36
Jissejjaħ il-Bureau/Kworum
1. Il-Bureau għandu jitlaqqa' mill-President, li għandu jiffissa d-data tal-laqgħa u l-aġenda bi ftehim ma' l-ewwel Viċi President. Il-Bureau għandu jiltaqa' ta' l-inqas darba kull tliet xhur, jew mhux aktar tard minn 14 il-jum wara l-wasla ta' talba bil-miktub minn ta' l-anqas kwart mill-membri tiegħu.
2. Għandu jeżisti kworum fil-laqgħa tal-Bureau jekk ta' l-anqas nofs il-membri tiegħu huma preżenti. Il-Bureau għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' voti mitfugħa, ħlief fejn hemm provdut mod ieħor f'dawn ir-regoli. Ir-Regola 22 paragrafu(2) għandha wkoll tapplika mutatis mutandis.
3. Fi tweġiba għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet tal-Bureau, il-President għandu jitlob lis-Segretarju Ġenerali jħejji dokumenti ta' diskussjoni u rakkomandazzjonijiet għal deċiżjoni fuq kull punt li jrid jiġi diskuss; dawn id-dokumenti u rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu ma' l-abbozz ta' l-aġenda.
4. Il-Membri għandhom jirċievu d-dokumenti ta' l-inqas għaxart ijiem qabel il-ftuħ tal-laqgħa. L-emendi għar-rakkomandazzjonijiet għal-deċiżjoni għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard mit-tielet jum ta' xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau u għandhom ikunu elettronikament disponibbli malli jiġu tradotti.
5. Wara dibattitu esplorattiv il-Bureau għandu, fejn meħtieġ, jibgħat lis-Segretarju Ġenerali jew lil xi grupp ta' xogħol aktar istruzzjonijiet, filwaqt li jispeċifika sewwa s-suġġett li jrid jiġi trattat u ż-żmien għal dan. Il-grupp ta' xogħol jew is-Segretarju Ġenerali għandu wara dan, bi tħaris ta' l-ewwel sentenza tar-Regola 36 paragrafu(4), jibgħat dokumenti għad-diskussjoni flimkien ma' rakkomandazzjoni għal deċiżjoni. L-emendi għal rakkomandazzjonijiet għal deċiżjoni għandhom jintbagħtu bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard mit-tielet jum ta' xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħa tal-Bureau u għandhom jkunu elettronikament disponibbli malli jiġu tradotti.
Regola 37
Il-President
1. Il-President għandu jmexxi x-xogħol tal-Kumitat.
2. Il-President għandu jkun ir-rappreżentant tal-Kumitat. Jista' jiddelega dawn is-setgħat.
3. Jekk il-President ikun nieqes jew ma jistax jattendi, għandu jkun rappreżentat mill-ewwel Viċi President; jekk l-ewwel Viċi-President huwa nieqes jew ma jistax jattendi, l-President għandu jkun rappreżentat minn wieħed mill-Viċi-Presidenti l-oħra.
Fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet - Proċedura fil-Bureau
Regola 38
Fehmiet – Bażi legali
Il-Kumitat għandu jħadden il-fehmiet tiegħu skond l-Artikolu 265 tat-Trattat KE
a) |
fuq bażi ta' referenza mill-Kummissjoni jew il-Kunsill fil-każijiet li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattat KE jew fuq il-bażi ta' referenza minn dawn l-istituzzjonijiet jew il-Parlament Ewropew fil-każijiet l-oħra kollha. |
b) |
fuq l-inizzjattiva tiegħu stess, |
ċ) |
meta, fil-każ li jiġi kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali skond l-Artikolu 262 tat-Trattat KE, jikkunsidra li huma involuti nteressi speċifiċi reġjonali. |
Regola 39
Fehmiet u rapporti – Ħatra tal-kummissjoni
1. Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-programm annwali ta' xogħol tal-kummissjonijiet wara li jikkonsulthom.
2. Il-President għandu jagħti d-dokumenti li jaslu mill-Kunsill, Kummissjoni jew Parlament Ewropew lill-kummissjoni responsabbli u jiffissa skadenza biex jintbagħat l-abbozz ta' fehma jew rapport tal-kummissjoni; il-Bureau għandu jkun mgħarraf b'dan fil-laqgħa tiegħu li tmiss.
3. Jekk is-suġġett ta' xi fehma jew rapport jinteressa aktar minn kummissjoni waħda, il-President għandu jaħtar kummissjoni ta' quddiem u, fejn meħtieġ, kummissjoni waħda jew aktar supplementari. F'każ bħal dan, il-President jista' jew:
a) |
jipproponi li l-Bureau jwaqqaf grupp ta' xogħol li jkun fih rappreżentanti mill-kummissjonijiet interessati, jew |
b) |
f'każijiet eċċezzjonali, jaħtar kummissjoni waħda jew aktar, barra mill-kummissjoni ta' quddiem, biex toħroġ abbozz supplementari ta' fehma jew rapport. Il-kummissjoni ta' quddiem għandha tivvota fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-abbozzi ta' fehma jew rapporti tal-kummissjonijiet l-oħra u tiġbor ir-rakkomandazzjonijiet mħaddna fl-abbozz tagħha stess ta' fehma jew rapport. Iżda, il-kummissjoni ta' quddiem biss għandha tirrapporta lill-Assemblea Plenarja. |
4. Jekk xi kummissjoni ma taqbilx ma' xi deċiżjoni tal-President meħuda skond ir-Regola 39(2) u (3), tista' permezz tal-president tagħha tibgħat applikazzjoni għal deċiżjoni mill-Bureau.
Regola 40
Nomina tar-rapporteur ġenerali
1. Jekk il-kummissjoni nteressata ma tistax tħejji abbozz ta' fehma jew rapport sa l-iskadenza ffissata mill-Kunsill, Kummissjoni jew Parlament Ewropew, il-Bureau jista' jipproponi li l-Assemblea Plenarja tinnomina rapporteur ġenerali, li għandu jibgħat l-abbozz ta' fehma tiegħu jew rapport dritt lill-Assemblea Plenarja.
2. Meta xi skadenza ffissata mill-Kunsill, Kummissjoni jew Parlament Ewropew ma tagħtix lill-Assemblea Plenarja ħin biex tinnomina rapporteur ġenerali, ir-rapporteur ġenerali jista' jiġi nominat mill-President; meta jiġri hekk, l-Assemblea Plenarja għandha tkun mgħarrfa fil-laqgħa tagħha li jmiss.
3. Fiż-żewġ każijiet, il-kummissjoni nteressata għandha tiltaqa', fejn hu possibbli, biex isir dibattitu ġenerali esplorattiv fuq is-suġġett.
Regola 41
Fehmiet u rapporti fuq inizjattiva proprja
1. L-applikazzjonijiet għal fehmiet jew rapporti ta' inizjattiva proprja jistgħu jintbagħtu lill-Bureau minn tlieta mill-membri tiegħu, minn xi kummissjoni permezz tal-president jew minn 32 membru tal-Kumitat. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu, bir-raġunijiet għaliex, flimkien mad-dokumenti l-oħra kollha ta' diskussjoni skond ir-Regola 36 paragrafu (4), u fejn hu possibbli, qabel ma jitħaddan il-programm annwali ta' xogħol.
2. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għal fehmiet jew rapporti ta' inizjattiva proprja b'maġġoranza ta' tlett-kwarti mill-membri preżenti. Qabal jittieħed vot għandha tiġi verifikata l-preżenza ta' kworum. Il-fehmiet jew rapporti għandhom jgħaddu għand il-kummissjonijiet rilevanti skond ir-Regola 39. Il-President għandu jgħarraf lill-Assemblea Plenarja dwar id-deċiżjonijiet kollha tal-Bureau li japprovaw u jallokaw il-fehmiet jew rapporti ta' inizjattiva proprja.
3. Din-regola għandha tapplika mutatis mutandis fil-każ ta' fehmiet li jaqgħu taħt ir-Regola 38 paragrafu (ċ).
Regola 42
Jitressqu r-riżoluzzjonijiet
1. Ir-riżoluzzjonijiet għandhom jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk jirreferu biss għall-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, jittrattaw dwar xogħol importanti ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali u li huma ta' interess topiku.
2. L-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet jew l-applikazzjonijiet għall-abbozz ta' riżoluzzjoni jistgħu jintbagħtu lill-Kumitat minn ta' l-inqas 32 membru jew minn xi grupp politiku. L-abbozzi kollha jew l-applikazzjonijiet, bl-isem tal-membri jew grupp politiku li jappoġġjawhom, għandhom jintbagħtu lill-Bureau bil-miktub. Għandhom jaslu għand is-Segretarju Ġenerali mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ftuħ tal-laqgħat tal-Bureau.
3. Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-Kumitat għandu jiddiskuti xi abbozz ta' riżoluzzjoni jew xi applikazzjoni għall-abbozz ta' riżoluzzjoni, jista'
a) |
jqiegħed l-abbozz ta' riżoluzzjoni fuq l-abbozz preliminari ta' l-aġenda tas-Sessjoni Plenarja skond ir-Regola 15 paragrafu (1), |
b) |
jinnomina kummissjoni biex tħejji abbozz ta' riżoluzzjoni sa ċerta skadenza skond il-proċedura wżata għat-tħejjija ta' abbozzi ta' fehmiet jew rapporti. Ir-Regoli 51 u 52 m'għandhomx japplikaw f'każijiet bħal dawn, |
ċ) |
F'każijiet urġenti, skond it-tieni sentenza tar-Regola 15 paragrafu(6), jqiegħed abbozz ta' riżoluzzjoni fuq l-aġenda għas-Sessjoni Plenarja ta' wara. Dawn l-abbozzi ta' riżoluzzjonijiet jitqiesu fit-tieni jum tas-sessjoni. |
4. Abbozzi ta' riżoluzzjonijiet li huma marbuta ma' xi ġrajja imprevedibbli li titwettaq wara l-iskadenza stipulata fir-Regola 42 paragrafu(2) (riżoluzzjonijiet ta' urġenza kbira) u li jħarsu d-dispożizzjonijiet tar-Regola 42 paragrafu (1) jistgħu jintbagħtu sa tliet sigħat qabel il-bidu tal-laqgħa tal-Bureau. Jekk il-Bureau jiddeċiedi li l-proposta tmiss il-qofol tax-xogħol tal-Kumitat, il-proposta titqies skond ir-Regola 42 paragrafu (3)(ċ).
L-emendi għal riżoluzzjonijiet ta' urġenza kbira jistgħu jitressqu minn kull membru matul is-Sessjoni Plenarja.
Regola 43
Il-promozzjoni tal-fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet
Il-Bureau għandu jkun responsabbli għall-promozzjoni tal-fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet tal-Kumitat.
KAPITLU 4
Kummissjonijiet
Regola 44
Għamla u setgħat
1. Fil-bidu ta' kull perjodu ta' erba' snin, l-Assemblea Plenarja għandha twaqqaf kummissjonijiet biex iħejjulha xogħolha. Għandha tiddeċiedi għamlithom u setgħathom fuq proposta mill-Bureau.
2. L-għamla tal-kummissjonijiet għandha tirrifletti l-għamla nazzjonali tal-Kumitat.
3. Il-Membri tal-Kumitat għandhom ta' l-inqas ikunu minn kummissjoni waħda iżda mhux ta' aktar minn tnejn. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet mill-Bureau għal membri li ġejjin minn fost id-delegazzjonijiet nazzjonali li n-numru ta' membri tagħhom ikun anqas min-numru ta' kummissjonijiet.
Regola 45
Il-President u l-viċi presidenti
1. Fl-ewwel laqgħa tagħha kull kummissjoni għandha tinnomina minn fost il-membri tagħha president, l-ewwel viċi president u mhux aktar minn żewġ viċi presidenti, li flimkien għandhom jiffurmaw il-bureau tal-kummissjoni.
2. Fejn in-numru ta' kandidati jaqbel man-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, l-elezzjoni tista' ssir b'akklamazzjoni. Fejn dan mhux il-każ, jew wieħed minn kull sitt membri tal-kummissjoni hekk jitlob, l-elezzjoni għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regola 31 paragrafu (2) sa paragrafu (4) għall-elezzjoni tal-President tal-Kumitat u l-ewwel Viċi President.
3. Jekk membru tal-bureau tal-kummissjoni jtemm is-sħubija tiegħu fil-Kumitat jew jirriżenja minn membru tal-bureau tal-kummissjoni, il-post battal għandu jimtela skond id-dispożizzjonijiet ta' din ir-regola.
Regola 46
Ix-xogħol tal-kummissjonijiet
Il-kummissjonijiet għandhom b'mod partikolari jħejju l-verżjonijiet ta' l-abbożżi tal-fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet. Dawn l-abbozzi għandhom jintbagħtu lill-Assemblea Plenarja għat-tħaddin.
Regola 47
Jiltaqgħu l-kummissjonijiet u l-aġendi tagħhom
1. Id-dati tal-laqgħat u l-aġendi tagħhom għandhom jiġu ffissati mill-president ta' kull kummissjoni li jaġixxi bi qbil ma' l-ewwel viċi president.
2. Kummissjoni għandha tissejjaħ mill-president tagħha. L-avviż tas-sejħa għal laqgħa ordinarja flimkien ma' l-aġenda għandu jasal għand il-membri mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa.
3. Fuq talba bil-miktub ta' mill-inqas kwart tal-membri, il-president għandu jkun marbut li jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-kummissjoni, li trid issir mhux aktar tard minn erba' gimgħat wara li tintbagħat it-talba. L-aġenda għal xi laqgħa straordinarja għandha titfassal mill-membri li jibgħatu t-talba għal laqgħa bħal din. Għandha tintbagħat lill-membri flimkien ma' l-avviż tas-sejħa.
4. L-abbozzi kollha tal-fehmiet u dokumenti oħra tad-diskussjoni li jridu jiġu tradotti u mqassma qabel xi laqgħa għandhom jintbagħtu lis-segretarjat tal-kummissjoni nteressata mhux aktar tard minn ħames ġimgħat qabel id-data ffissata għal-laqgħa. Għandhom umbagħad jintbagħtu lill-membri mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel id-data tal-laqgħa. F'każi eċċezzjonali l-iskadenzi msemmija jistgħu jiġu emendati mill-president.
Regola 48
Dħul tal-pubbliku
1. Il-proċedimenti tal-kummissjonijiet għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm xi kummissjoni ma tiddeċiediex mod ieħor fir-rigward tal-laqgħa sħiha jew xi punt speċifiku fuq l-aġenda.
2. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jattendu għad-deliberazzjonijiet tal-kummissjonijiet u jwieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri.
Regola 49
Smigħ pubbliku
F'każijiet speċifiċi u bi ftehim mal-Bureau, kummissjoni tista' titlob smigħ pubbliku jew tistieden kelliema barranija esperti fir-rigward ta' xi punt wieħed jew aktar fuq l-aġenda.
Regola 50
Skadenzi għat-tħejjija ta' fehmiet u rapporti
1. Il-kummissjonijiet għandhom iressqu l-abbozzi ta' fehma jew r-rapporti qabel l-iskadenza ffissata mill-President. It-tressiq ta' xi abbozz ta' fehma jew rapport m'għandux jeħtieġ aktar minn żewġ laqgħat, mingħajr ma wieħed jinkludi l-ewwel laqgħa li fiha jiġi organizzat ix-xogħol.
2. F'każijiet eċċezzjonali l-Bureau jista' jawtorizza aktar laqgħat biex jiddiskuti xi abbozz ta' fehma jew rapport, jew jista' jġebbed l-iskadenza għat-tressiq ta' l-abbozz.
Regola 51
Kif titqassam fehma
1. Fehma ta'Kumitat għandha jkollha din l-għamla:
— |
preambolu li jwaqqaf il-bażi legali tal-fehma u l-proċedura segwita fit-tħejjija tagħha, u, jekk ikun meħtieġ, jkun fiha kummenti ta' daħla, u |
— |
parti prinċipali li tfassal il-fehmiet tal-Kumitat u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjoni meqjusa, jekk ikun xieraq flimkien ma' proposti speċifiċi għal tibdil fid-dokument meqjus. |
2. Fl-assessjar tad-dokument meqjus, il-parti prinċipali tat-test tal-Kumitat għandha, fejn hu possibbli, tindirizza t-tħaris tal-prinċipju tas-sussidjarità u l-impatt mistenni fuq l-amministrazzjoni u l-finanzi reġjonali u lokali.
3. Stqarrija għaliha ta' spjega għandha titfassal għal kull fehma li tirrifletti il-fehmiet tal-Kumitat sħiħ u ta' xi punti individwali. L-istqarrija ta' spjega għandha tkun ir-responsabbiltà tar-rapporteur u m'għandiex titressaq għall-vot. Għandha, iżda, taqbel mat-test tal-fehma li tressqet għall-vot. Jekk ma tagħmilx dan, il-president tal-kummissjoni jista' jħassar l-istqarrija ta' spjega.
Regola 52
Kif jitqassam rapport
Rapport tal-Kumitat għandu jkollu din l-għamla:
— |
preambolu li jfassal il-proċedura li fuqu wieħed jimxi fl-elaborazzjoni tar-rapport u werrej; |
— |
daħla, li tfiehem il-kuntest ġenerali tal-punti meqjusa; |
— |
parti prinċipali, li tipprovdi osservazzjonijiet speċifiċi u analiżi tal-punti meqjusa; |
— |
għeluq li jfassal il-fehmiet tal-Kumitat u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjoni. |
Fejn meħtieġ, l-appendiċi jistgħu jinkludu dokumentazzjoni rilevanti, dokumenti ta' referenza u tgħarif addizzjonali.
Regola 53
Rapporteurs
1. Kull kummissjoni, fuq proposta tal-president tagħha, għandha tinnomina rapporteur jew, f'każijiet b'raġuni xierqa, żewġ rapporteurs biex ifasslu abbozz ta' fehma jew rapport. Il-proposta tal-president għandha titqassam lill-membri ma' l-aġenda. Fil-każ ta' referenzi li jaslu tard, il-proposta tal-president għandha tintbagħat lill-membri mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu tal-laqgħa.
2. Fin-nomina tar-rapporteurs kull kummissjoni tiżgura t-tqegħid ġust u mwieżen tal-fehmiet u r-rapporti.
3. F'każijiet urġenti l-president jista', wara li jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali, japplika proċedura bil-miktub biex jinnomina rapporteur. Skond din il-proċedura l-president għandu jikteb lill-membri tal-kummissjoni u jitlobhom jibgħatu xi oġġezzjonijiet dwar in-nomina tar-rapporteur propost bil-miktub sa tlett ijiem ta' xogħol. F'każijiet bħal dawn il-president u l-ewwel viċi president għandhom jiddeċiedu bi qbil komuni.
4. Jekk il-president jew wieħed mill-viċi presidenti ta' kummissjoni jiġi appuntat bħala rapporteur, huwa għandu, matul id-diskussjoni ta' l-abbozz ta' l-opinjoni jew rapport, jgħaddi l-presidenza tal-laqgħa lil membru ieħor tal-bureau tal-kummissjoni jew lill-aktar membru anzjan preżenti.
Regola 54
Gruppi ta' xogħol
1. F'każijiet b'raġuni xierqa l-kummissjonijiet jistgħu jwaqqfu gruppi ta' xogħol, bl-approvazzjoni tal-Bureau. Il-membri tal-gruppi ta' xogħol jistgħu wkoll jiġu minn kummissjonijiet oħra.
2. Kull grupp ta' xogħol jista' jinnomina president u viċi president minn fost il-membri.
Regola 55
Esperti
1. Il-membri tal-kummissjonijiet jistgħu jitolbu s-servizzi ta' xi espert.
2. Kummissjoni tista' tinnomina esperti biex jgħinuha f'xogħolha u biex jgħinu xi gruppi ta' xogħol li tkun waqqfet. Fuq talba tal-president, dawn l-esperti jistgħu jieħdu sehem fl-laqgħat tal- kummissjoni jew xi wieħed mill-gruppi tagħha ta' xogħol. Dawn l-esperti u l-esperti li jaħdmu mar- rapporteurs u li jakkompanjawhom jistgħu jintalbu jindirizzaw il-laqgħa.
3. L-esperti tar-rapporteurs biss u esperti mistiedna mill-kummissjoni għandhom il-jedd għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u ta' l-għejxien.
Regola 56
Kworum
1. Kworum għandu jeżisti fil-laqgħa tal-kummissjoni jekk aktar minn nofs il-membri jkunu preżenti.
2. Il-kworum għandu jkun verifikat biss waqt il-laqgħa u fuq talba ta' mhux anqas minn għaxar membri. Jekk ma tintalabx il-verifika ta' kworum, il-voti kollha għandhom ikunu validi hu kemm hu n-numru ta' votanti. Jekk jitqies li m'hemmx kworum, il-kummissjoni tista' tissokta bid-diskussjonijiet tagħha iżda l-votazzjoni ssir fil-laqgħa ta' wara.
3. Il-membri kollha u l-sostituti li jieħdu sehem fil-laqgħa u persuni oħra preżenti għandhom jiffirmaw il-lista ta' l-attendenza.
Regola 57
Votazzjoni
Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza tal-voti mitfugħa. Ir-Regola 22 paragrafu(2) għandha wkoll tapplika mutatis mutandis.
Regola 58
Emendi
1. L-emendi għandhom jintbagħtu lis-segretarjati tal-kummissjoni mhux aktar tard mill-ħames jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa. F'każijiet eċċezzjonali l-iskadenza ta' hawn fuq tista' tiġi emendata mill-president.
2. Il-votazzjonji ta' l-emendi għandha timxi bl-istess ordni tal-punti ta' l-abbozz ta' fehma jew rapport li qed jiġi diskuss. Wara dan, it-test sħih għandu jgħaddi għall-vot. Jekk żewġ emendi jew aktar li jeskludu lil xulxin ikunu tressqu għall-istess parti ta' xi test, l-emenda li titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali għandu jkollha priorità u għandha tgħaddi l-ewwel għall-vot.
3. Meta xi abbozz ta' opinjoni jew rapport jitħaddan minn xi kummissjoni, għandu jintbagħat mill-president tal-kummissjoni lill-President tal-Kumitat.
Regola 59
Deċiżjoni li ma titħejjiex xi fehma jew rapport
Fejn il-kummissjoni (ta' quddiem) tqis li xi dokument mibgħut lilha mill-Bureau m'għandu ebda interess reġjonali jew lokali, jew mhuwiex ta' mportanza politika, tista' tiddeċiedi li ma tħejjix xi fehma jew rapport.
KAPITLU 5
Amministrazzjoni tal-Kumitat
Regola 60
Segretarjat Ġenerali
1. Il-Kumitat għandu jkun mgħejun minn Segretarjat Ġenerali.
2. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun immexxi minn Segretarju Ġenerali.
3. Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jorganizza s-Segretarjat Ġenerali b'mod li jista' jiżgura t-tħaddim effiċjenti tal-Kumitat u l-korpi kostitwenti tiegħu u jgħin il-membri tal-Kumitat fil-qadi ta' dmirijiethom. Is-servizzi li jridu jiġu provduti mis-Segretarjat Ġenerali għall- membri, delegazzjonijiet nazzjonali, gruppi politiċi u membri ħielsa għandhom jiġu determinati waqt dan.
4. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jħejji l-minuti tal-laqgħat tal-korpi kostitwenti tal-Kumitat.
Regola 61
Segretarju Ġenerali
1. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun responsabbli għat-twettiq tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau jew mill-President bi qbil ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura u d-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Is-Segretarju Ġenerali għandu jattendi għall-laqgħat tal-Bureau biex jagħti l-pariri u għandu jżomm il-minuti ta' dawn il-laqgħat.
2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jaqdi dmirijietu taħt id-direzzjoni tal-President, hu u jirrappreżenta l-Bureau.
Regola 62
Rabta tas-Segretarju Ġenerali
1. Il-Bureau għandu jorbot lis-Segretarju Ġenerali b'deċiżjoni mħaddna b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 8 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jintrabat għal ħames snin. Id-dispożizzjonijiet fid-dettal tal-kuntratt tiegħu ta' xogħol għandhom ikunu preskritti mill-Bureau.
3. Is-setgħat li l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej jagħtu lill-awtorità responsabbli li tilħaq ftehim għandhom jitħarrġu, fil-każ tas-Segretarju Ġenerali, mill-Bureau.
Regola 63
Regolamenti ta' l-uffiċjali u Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' impjegati oħra.
1. Is-setgħat li r-Regolamenti ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jagħtu lill-awtorità li tinnomina għandhom jitħarrġu kif ġej:
— |
għall-uffiċjali fil-Gradi 5 sa 10 tal-Kategorija A* u għall-uffiċjali fil-Kategoriji B*, Ċ* u D*, mis-Segretarju Ġenerali; |
— |
għall-uffiċjali oħra, mill-Bureau, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali. |
2. Is-setgħat li r-Regolamenti tax-Xogħol ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej jagħtu lill-awtorità kompetenti li jilħqu ftehim dwar xogħol għandhom jitħarrġu kif ġej:
— |
għall-impjegati mhux tal-fiss fil-Gradi 5 sa 10 tal-Kategorija A* u għall-impjegati mhux tal-fiss fil-Kategoriji B*, Ċ* u D*, mis-Segretarju Ġenerali; |
— |
għall-impjegati oħra mhux tal-fiss, mill-Bureau, li jaġixxi fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali; |
— |
għall-impjegati mhux tal-fiss fl-uffiċċju privat tal-President jew ta' l-ewwel Viċi President:
Impjegati mhux tal-fiss fl-uffiċċju privat tal-President jew ta' l-ewwel Viċi President għandhom jibqgħu marbuta sat-tmiem tal-perjodu ta' kariga tal-President jew tal-Viċi President skond il-każ. |
— |
għall-impjegati awżiljari, l-impjegati bil-kuntratt u impjegati lokali, mis-Segretarju Ġenerali; |
— |
għall-konsulenti speċjali, mis-Segretarju Ġenerali skond il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artiklu 119 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej. |
Regola 64
Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amminstrattivi
1. Il-Bureau għandu, skond ir-Regola 35, jistabbilixxi Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi li tagħti pariri, u li tiġi preseduta minn membru tal-Bureau.
2. Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin:
a) |
Li tagħti pariri dwar u tadotta, skond ir-Regola 65, l-abbozz preliminari ta' l-estimi ta' l-ispiża u d-dħul tal-Kumitat sottomessa mis-Segretarju Ġenerali. |
b) |
Tabbozza provvedimenti ta' implimentazzjoni tal-Bureau u deċiżjonijiet fl-oqsma finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi, inklużi dawk dwar il-membri u l-alternati. |
3. Il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandu jirrapreżenta lill-Kumitat fil-konfront ta' l-awtoritajiet responsabbli mill-baġit ta' l-Unjoni.
Regola 65
Il-Baġit
1. Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi għandha tibgħat l-abbozzi preliminari ta' stima ta' l-infiq u d-dħul tal-Kumitat għas-sena finanzjarja ta' wara lill-Bureau. Il-Bureau għandu jibgħat l-abbozz lill-Assemblea Plenarja għat-tħaddin.
2. L-Assemblea Plenarja għandha tħaddan l-abbozzi ta' stima ta' l-infiq u d-dħul tal-Kumitat u tibgħathom lill-Kummissjoni, Kunsill u Parlament Ewropew fil-ħin biex tiżgura li l-iskadenzi preskritti fid-dispożizzjonijiet finanzjarji jintlaħqu.
3. Il-President tal-Kumitat, wara li jikkonsulta l-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi, għandu jesegwixxi, jew jipprokura l-esekuzzjoni, tar-rendikont tad-dħul u nfiq, skond ir-regoli finanzjarji nterni adottati mill-Bureau. Huwa għandu jaqdi dawn il-funzjobijiet skond il-provvedimenti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Kommunitajiet Ewropej.
TITLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITLU 1
Kooperazzjoni mal-korpi l-oħra ta' UE
Regola 66
Ftehim ta' kooperazzjoni ma' korpi oħra ta' l-UE
Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, jista' jilħaq ftehim ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet u korpi oħra ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni inter-istituzzjonali.
Regola 67
Jintbagħtu u jiġu ppubblikati fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet
1. Il-fehmiet u r-rapporti tal-Kumitat, kif ukoll kull komunikazzjoni marbuta ma' l-użu ta' proċedura simplifikata skond ir-Regola 26 jew xi deċiżjoni li ma tħejjix xi fehma jew rapport skond ir-Regola 59, għandhom ikunu ndirizzati lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew. Bħal ma jiġri fil-każ tar-riżoluzzjonijiet, għandhom jintbagħtu mill-President.
2. Il-fehmiet, rapporti u riżoluzzjonijiet tal-Kumitat għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
KAPITLU 2
Aċċess miftuħ għall-pubbliku u trasparenza
Regola 68
Aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti
1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali residenti jew stabbilita fi Stat Membru, għandom dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skond kif provvdut fit-Trattat KE, iżda soġġett għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-arranġamenti stabbiliti mill-Kumitat tal-Bureau. Aċċess għad-dokumenti tal-Kumitat għandu jingħata fejn possibbli bl-istess mod lil persuni naturali u legali oħra.
2. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi reġistru ta' dokumenti tal-Kumitat. Il-Bureau għandu jaddotta regoli nterni dwar l-aċċess u jagħmel lista ta' dokumenti li huma direttament aċċessibbli.
KAPITLU 3
Regoli ta' Proċedura
Regola 69
Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura
1. L-Assemblea Plenarja għandha tiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tagħha jekk hemmx ħtieġa li temenda dawn ir-Regoli ta' Proċedura, f'parti minnhom jew fis-sħiħ.
2. Għandha tinnomina kummissjoni ad hoc biex tħejji rapport u abbozz ta' test bħala bażi tat-tħaddin ta' regoli ġodda b'maġġoranza tal-membri tagħha. Ir-regoli l-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Regola 70
Istruzzjonijiet tal-Bureau
Il-Bureau jista' jagħti istruzzjonijiet li jiddeterminaw il-proċedura għat-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, bi tħaris ta' dawn ta' l-aħħar.
Regola 71
Dħul fis-seħħ tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.