13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta' Settembru 2004

li taħtar membru tar-Renju Unit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2005/30/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

Billi f'dak il-Kumitat post ta' membru jinsab vakanti wara r-riżenja tas-Sur David FEICKERT, li dwarha l-Kunsill kien infurmat fit-22 ta' Lulju 2003;

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern tar-Renju Unit,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Peter COLDRICK hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur David FEICKERT għall-bqija tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, li jibqa' jgħodd sa l-20 ta' Settembru 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar il-24 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

L. J. BRINKHORST


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


  翻译: