13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-31 ta’ Jannar 2005

li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/120/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

(2)

post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Maria Theresia OPLADEN, innotifikata lill-Kunsill fid-29 ta' Novembru 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Hans-Josef VOGEL, Bürgermeister der Stadt Arnsberg, huwa b’dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjura Maria Theresia OPLADEN għall-bqija tal-mandat tagħha, li jibqa’ jgħodd sal-25 ta’ Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar il-31 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


  翻译: