12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

498


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005

li temenda l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' laħam frisk mill-Brażil

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4168)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/753/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet min pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

(2)

Skond dik id-Deċiżjoni, parti mit-territorju tal-Brażil hija awtorizzata biex minnha jiġi impurtat fil-Komunità laħam immaturat u bl-għadam imneħħi tal-bovini minħabba li jsir tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(3)

Madankollu, ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mill-awtoritajiet veterinarji Brażiljani, u rrapurtata mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali fl-10 ta’ Ottubru 2005, fil-Brażil fl-Istat ta’ Mato Grosso do Sul qrib il-fruntiera ma’ l-Istat tal-Parana. Barra minn hekk, hemm ħafna ċaqliq u rabtiet epidjemoloġiċi bejn dawn l-Istati u l-Istat ta' Sao Paulo. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tagħrif dettaljat li jippermetti definizzjoni iktar preċiża taż-żona affettwata u sabiex ikun assigurat il-livell għoli tas-saħħa tal-Komunità fir-rigward tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, jitqies xieraq li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet tal-laħam tal-bovini minn dawn l-istati.

(4)

L-ewwel notifika lill-awtoritajiet veterinarji Brażiljani seħħet fit-30 ta’ Settembru 2005. Għaldaqstant, konsenji biċ-ċertifikazzjoni ta’ laħam bl-għadam imneħħi u laħam immaturat ta’ bovini maqtula qabel din id-data għandhom jiġu aċċettati, iżda l-konsenji kollha ta’ laħam bħal dan minn bovini maqtula f’din id-data jew warajha minn dawn it-tliet Stati għandhom jiġu sospiżi.

(5)

Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni se tiġi riveduta fid-dawl ta' tagħrif miksub mill-Brażil.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-24 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/620/KE (ĠU L 216, 20.8.2005, p. 11).


ANNESS

“ANNESS II

LAĦAM FRISK

Parti 1

LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHOM (1)

Pajjiż

Kodiċi tat-territorju:

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

AL – l-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

AR – l-Arġentina,

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’ Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman.

BOV

A

1 u 2

AR-2

La Pampa u Santiago del Estero

BOV

A

1 u 2

AR-3

Cordoba

BOV

A

1 u 2

AR-4

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

AR-5

Formosa (it-territorju ta’ Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta’ Rivadavia biss)

BOV

A

1 u 2

AR-6

Salta (id-dipartimenti ta’ General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss)

BOV

A

1 u 2

AR-7

Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta’ Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta’ General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy

BOV

A

1 u 2

AR-8

Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1 u 2

AR-9

Iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

BA – Il-Bosnja Herzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BG – Il-Bulgari-ja

BG-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BG-1

Il-provinċji ta’ Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V. Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta’ Sofia, il-belt ta’ Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

BOV, OVI, RUW, RUF

BG-2

Il-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjaliand u l-kuritur wiesa' 20 km fuq il-fruntiera mat-Turkija

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BR – Il-Brazil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BR-1

L-Istati ta’ Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá), Paraná u Sao Paulo, Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí), Espíritu Santo, Santa Catarina, Goias u l-unitajiet reġjonali ta' Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), Caceres (minbarra l-muniċipalità ta’ Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta’ Itiquiora), Barra do Garça u Barra do Bugres f’Mato Grosso.

BOV

 

2

BR-2

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A

1 u 2

BR-3

L-Istat ta’ Mato Grosso do Su (il-muniċipalità ta’ Sete Quedas

BOV

A

1 u 2

BR-4

L-Istati ta' Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá), Paraná u Sao Paulo.

BOV

A

1 u 2

BW – Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

BW-1

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 5, 6, 7, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BW-2

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll 10, 11, 12, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

G

 

CH – L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

CL – Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika tal-Poplu ta’)

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CO – Il-Kolumbja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

CO-1

Iż-żona inkluża bejn il-linji li jibdew mill-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato, ‘l isfel max-Xmara Atrato sa fejn din tingħaqad ma' l-Oċean Atlantiku, u minn dan il-punt sal-fruntiera tal-Panama mal-kosta Atlantika sa Cabo Tiburón\; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku mal-fruntiera bejn il-Kolumbja u l-Panama\; minn dan il-punt sal-bidu tax-Xmara Valles mal-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f’linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato.

BOV

A

2

CO-3

Iż-żona li tinsab bejn il-linji li jibdew minn ħalq ix-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, ‘il fuq max-Xmara Sinu sal-bidu tagħha – l-Ilmijiet ta’ Alto Paramillo, u minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, mal-linja bejn id-Dipartiment ta’ Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sa ħalq ix-Xmara Sinu mal-Kosta Atlantika.

BOV

A

2

CR – Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CS – Is-Serbja u l-Montenegro (*)

CS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

ET – L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland,

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

GT – Il-Gwate-mala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MK – Ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja (**)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

NC – New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

NZ – New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

PY-1

Chaco ċentrali u ż-żoni ta’ San Pedro

BOV

A

1 u 2

RO – Ir-Rumanija

RO-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUW, RUF

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

-

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

RUF

SV – El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

SZ – Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-Xmara Usutu sal-fruntiera ma’ l-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

2

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ippubblikati bħala Strument leġiżlattiv taħt in-notifika legali numru 51 ta’ l-2001

BOV, RUF, RUW

F

1 u 2

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Iżmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

UA – L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BOV,

A

1 u 2

OVI

A

1 u 2

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNata

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

ZW – Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

‘1’

:

Restrizzjonijiet ġeografiċi u temporali:

Kodiċi tat-territorju:

Ċertifikat veterinarju

Perjodu ta’ żmien/dati li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità hija awtorizzata jew mhux awtorizzata fir-rigward ta’ dati għall-qtil ta’ annimali li minnhom ikun inkiseb il-laħam

Mudell

SG

AR-1

BOV

A

Qabel il-31 ta’ Jannar 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara l-1 ta’ Frar 2002 u dakinhar

Awtorizzata

AR-2

BOV

A

Qabel it-8 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara d-9 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Awtorizzata

AR-3

BOV

A

Qabel is-26 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara s-27 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Awtorizzata

AR-4

BOV, OVI, RUW, RUF

Qabel it-28 ta’ Frar 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara l-1 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Awtorizzata

AR-5

BOV

A

Mill-1 ta’ Frar 2002 sa l-10 ta’ Lulju 2003 (biż-żewġ dati inklużi)

Awtorizzata

Wara l-11 ta’ Lulju 2003 u dakinhar

Mhux awtorizzata

AR-6

BOV

A

Mill-1 ta’ Frar 2002 sa l-4 ta’ Settembru 2003 (biż-żewġ dati inklużi)

Awtorizzata

Wara l-5 ta’ Settembru 2003 u dakinhar

Mhux awtorizzata

AR-7

BOV

A

Mill-1 ta’ Frar 2002 sas-7 ta’ Ottubru 2003 (biż-żewġ dati inklużi)

Awtorizzata

Wara t-8 ta’ Ottubru 2003 u dakinhar

Mhux awtorizzata

AR-8

BOV

A

Qabel is-17 ta’ Marzu 2005 u dakinhar

ara AR-5 , AR-6 u AR-7 għall-perjodi meta t-territorji speċifiċi fiż-żona msemmija f’AR-8 ma kinux awtorizzati

Wara t-18 ta’ Marzu 2005 u dakinhar

Awtorizzata

BR-2

BOV

A

Qabel it-30 ta’ Novembru 2001 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara l-1 ta’ Diċembru 2001 u dakinhar

Awtorizzata

BR-3

BOV

A

Qabel il-31 ta’ Ottubru 2002 u dakinhar

Awtorizzata

Wara l-1 ta’ Novembru 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

BR-4

BOV

A

Qabel id-29 ta’ Settembru 2005 u dakinhar

Awtorizzata

Wara t-30 ta’ Settembru 2005 u dakinhar

Mhux awtorizzata

BW-1

BOV, OVI, RUW, RUF

A

Qabel is-7 ta’ Lulju 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara u inkluż it-8 ta’ Lulju sa t-22 ta' Diċembru 2002

Awtorizzata

Wara u inkluż it-23 ta’ Diċembru 2002 sa s-6 ta' Ġunju 2003

Mhux awtorizzata

Wara s-7 ta’ Ġunju 2003 u dakinhar

Awtorizzata

BW-2

BOV, OVI, RUW, RUF

A

Qabel is-6 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara s-7 ta’ Marzu 2002 u dakinhar

Awtorizzata

PY-1

BOV

A

Qabel il-31 ta’ Awwissu 2002 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara u inkluż l-1 ta’ Settembru 2002 sad-19 ta’ Frar 2003i

Awtorizzata

Wara l-20 ta’ Frar 2003 u dakinhar

Mhux awtorizzata

SZ-2

BOV, RUF, RUW

A

Qabel it-3 ta’ Awwissu 2003 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara l-4 ta’ Awwissu 2003 u dakinhar

Awtorizzata

UY-0

BOV, OVI

A

Qabel il-31 ta’ Ottubru 2001 u dakinhar

Mhux awtorizzata

Wara l-1 ta’ Novembru 2001 u dakinhar

Awtorizzata

‘2’

:

Restrizzjonijiet ta’ kategorija:

Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief, fil-każ ta' l-ispeċi tal-bovini, tad-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


(1)  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(*)  Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(**)  Ir-Repubblika Ex-Jugożlava tal-Maċedonja\; kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma projbiti (ħlief għal dawk l-ispeċi fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu)


  翻译: