12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
613 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2005
li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Ungerija tuża ċerti valutazzjonijiet approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4427)
(it-test Ungeriż biss huwa l-awtentiku)
(2005/818/KE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-kollezzjoni tar-riżorsi proprji akkumulati mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri relatata mat-taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni (2), minn issa ’l quddiem “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw jew jintaxxaw ċerti operazzjonijiet. Dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT; |
(2) |
Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, il-Paragrafu 1(c) tas-Sezzjoni 7 (Tassazzjoni) fl-Anness X ta' l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Ungerija għall-Komunitajiet Ewropej (3), jawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Ungerija teżenta ċerti operazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva; |
(3) |
Ir-Repubblika ta’ l-Ungerija ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għal xi operazzjonijiet elenkati fl-Anness F, punt 17, tas-sitt Direttiva. Kalkolu bħal dan jista’ jinvolvi toqol amministrattiv li mhuwiex ġustifikat għal dak fejn jidħol l-effett ta’ dawn l-operazzjonijiet fuq il-bażi totali tar-riżorsi ta’ l-IVA tar-Repubblika ta’ l-Ungerija. Ir-Repubblika ta’ l-Ungerija hija fi grad li tista’ tagħmel kalkolu bl-użu ta’ stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ operazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva. Ir-Repubblika ta’ l-Ungerija għandha, għaldaqstant, tkun awtorizzata tikkalkula l-bażi tal-VAT bl-użu ta’ stimi approssimattivi skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tal-Kunsill; |
(4) |
Il-Kumitat Konsultattiv tar-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Mejju 2004, ir-Repubblika ta' l-Ungerija hija awtorizzata tuża l-istimi approssimattivi fejn għandu x'jaqsam mal-kategorija ta' operazzjonijiet li ġejja. Din il-kategorija tissemma fl-Anness F tas-sitt Direttiva:
1. |
Trasport ta’ passiġġieri (Anness F, punt 17). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Dalia GRYBAUSKAITE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(2) ĠU L 145, 13. 6. 1977, p. 1. Direttiva hekk kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(3) ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 853.