11.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006
dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2006/17)
(2006/888/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊEB/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) (BĊE) teħtieġ emenda sinifikanti. Mill-1 ta’ Jannar, 2007, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) se tuża l-metodu ekonomiku kif iddefinit fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 ta’ l-10 ta’ Novembru, 2006, dwar il-qafas legali għal rappurtar tal-kontabilità fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (2) biex jiġu rreġistrati tranżazzjonijiet tal-kambju, strumenti finanzjarji ddenominati f’valuta barranija u dovuti (accruals) relatati. Huwa mixtieq għal raġunijiet ta’ ċarezza biex isir recast tad-Deċiżjoni f’test waħdieni. |
(2) |
Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12 u BĊE/2006/3 li huma sostitwiti b’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rrevokati. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-“Eurosistema” u l-“banek ċentrali nazzjonali” (BĊNi) għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
2. Termini tekniċi oħra wżati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 2
Skop ta’ applikazzjoni
Ir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-BĊE li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE off-balance sheet, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.
Artikolu 3
Prinċipji tal-kontabilita fundamentali
Il-prinċipji tal-kontabilità fundamentali ddefiniti fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw ukoll għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Rikonoxximent ta’ l-attiv u l-passiv
Attiv/passiv finanzjajru u xi tip ta’ attiv/passiv ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skond l-Artikolu 4 ta’ din il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 5
Metodi ekonomiċi u metodi cash/settlement
L-Artikolu 5 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU II
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ
Artikolu 6
Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ
Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata skond l-istruttura stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 7
Provvediment għar-rata tal-kambju, għar-riskju tar-rata ta’ l-imgħax u għar-riskju tal-prezz tas-suq
Filwaqt li jikkunsidra kif jixraq in-natura ta’ l-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju, rata ta’ imgħax u riskji tal-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima rraġunata tar-risk exposures tal-BĊE.
Artikolu 8
Regoli ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ
1. Rati u prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom ikunu bbażati għal skopijiet ta’ valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm speċifikat mod ieħor fl-Anness I.
2. Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, sigurtàjiet u strumenti finanzjarji kemm on-balance-sheet u off-balance-sheet, għandhom ikunu mwettqa fi tmiem is-sena skond rati u prezzijiet mid-market.
3. Ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn prezz u differenzi ta’ rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, imma għandha ssir kontabilità ta’ differenza waħdanija ta’ rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f’euro għal kull unita ta’ piż tad-deheb iddefinita li joħroġ mir-rata tal-kambju ta’ l-euro/US dollar fid-data ta’ rivalutazzjoni. Ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq bażi valuta b’ valuta għal kambju fi flus barranin, inklużi tranżazzjonijiet on-balance-sheet u off-balance-sheet, u fuq bażi kowd b’ kowd i.e. l-istess ISIN numru/tip għal titoli, minbarra għal dawk it-titoli inklużi fl-element “Attiv finanzjarju ieħor”, li għandhom ikunu ttrattati bħala holdings separati.
Artikolu 9
Tranżazzjonijiet b'lura
Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet b'lura għandha ssir skond l-Artikolu 8 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 10
Strumenti azzjonarji negozzjabbli
Il-kontabilità ta’ strumenti azzjonarji negozzjabbli għandha ssir skond l-Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16. Il-punti kollha ta’ l-Artikolu 9(3) għandhom japplikaw għall-BĊE.
KAPITOLU III
RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL
Artikolu 11
Rikonoxximent tad-dħul
1. L-Artikolu 11(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.
2. Holdings f’kontijiet ta’ rivalutazzjoni speċjali stemming minn kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata, għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dawn jeċċedu qligħ ta’ qabel ta’ rivalutazzjoni rreġistrati fil-kont standard korrispondenti ta’ rivalutazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 11(1)(ċ) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16, qabel ma dan it-telf jiġi paċut skond l-Artikolu 33.2 ta’ l-Istatut. Il-holdings f’kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata fil-każ ta’ tnaqqis fil-holdings ta’ l-attiv rilevanti.
Artikolu 12
Spejjeż ta’ tranżazzjonijiet
L-Artikolu 12 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandha tapplika għal din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU IV
REGOLI TA’ KONTABILITA GĦAL STRUMENTI OFF-BALANCE-SHEET
Artikolu 13
Regoli Ġenerali
L-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 14
Tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju
Il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 14 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 15
Swaps tal-kambju
Il-kontabilità ta’ l-iswaps tal-kambju għandha ssir skond l-Artikolu 15 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 16
Futures tar-rata ta’ l-imgħax
Il-kontabilità tal-futures tar-rata ta’ l-imgħax għandha ssir skond l-Artikolu 16 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 17
Swaps tar-rata ta’ l-imgħax
Il-kontabilita ta’ l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax għandha ssir skond l-Artikolu 17 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16. Telf mhux realizzat imqiegħed fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandhom ikunu amortizzati fi snin sussegwenti skond il-metodu straight-line.
Artikolu 18
Ftehim tar-rata bil-quddiem
Il-kontabilita tal-ftehim tar-rata bil-quddiem għandha ssir skond l-Artikolu 18 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 19
Tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli
Il-kontabilita tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ titoli għandha ssir skond il-Metodu A fl-Artikolu 19(1) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
Artikolu 20
Options
Il-kontabilita ta’ l-options għandha ssir skond l-Artikolu 20 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
KAPITOLU V
KARTA TAL-BILANĊ U KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI PPUBBLIKATI
Artikolu 21
Formati
1. Il-format għall-karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE ippubblikata għandu jsegwi l-format fl-Anness II.
2. Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi ma’ l-Anness III.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta’ regoli
1. Il-Kumitat tad-dħul tal-Kontabilita u dħul Monetarju (AMICO) għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Bord Eżekuttiv, dwar l-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ rappurtar tal-kontabilita u finanzjarji tas-SEBĊ.
2. Fl-interpretazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilita armonizzati bil-liġi tal-Komunita u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita aċċettati ġeneralment.
3. Jekk xi trattament ta’ kontabilita speċifiku m’huwiex ipprovdut f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni bil-kuntraju mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta’ valutazzjoni skond l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilita kif adottati mill-Unjoni Ewropea rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.
Artikolu 23
Revoka
Id-Deċiżjonijiet BĊE/2002/11, BĊE/2005/12, u BĊE/2006/3 qed jiġu rrevokati. Ir-referenzi għad-Deċizjonijiet irrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 24
Dispożizzjoni Finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2007.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-10 ta’ Novembru, 2006.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 58, 3.3.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni BĊE/2006/3 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 56).
(2) Għadha mhix ippubblikata.
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
Note: in-numerar għandu x’jaqsam mal-format tal-karta tal-bilanċ kif stabbilit fl-Anness II.
ATTIV
Element tal-Karta tal-Bilanċ |
Kategorizazzjoni tal-kontenut ta’ l-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju ta’ valutazzjoni |
|||||||||||||||||||||
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb |
Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets in storage jew “under way”. f’ħażna jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’kontijiet gold sight (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
||||||||||||||||||||
2 |
Klejm fuq residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija |
Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona ta’ l-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija |
|
||||||||||||||||||||
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-IMF |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
2.2 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ sigurtà, self estern u attiv estern ie ħor |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
3 |
Klejms fuq residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’valuta barranija |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4 |
Klejms fuq residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro |
|
|
||||||||||||||||||||
4.1 |
Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ sigurtà u self |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4.2 |
Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II |
Self skond il-kondizzjonijiet ta’ l-ERM II |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
5 |
Self għal istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f’ euro |
Elementi 5.1 to 5.5: tranżazzjonijiet skond l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 t’Awwissu, 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1) |
|
||||||||||||||||||||
5.1 |
Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid |
Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidita regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturita ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew prezz repo |
||||||||||||||||||||
5.2 |
Operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid għal żmien twil |
Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidita regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturita ta’ tliet xhur |
Valur nominali jew prezz repo |
||||||||||||||||||||
5.3 |
Operazzjonijiet b‘lura ta’ irfinar |
Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar |
Valur nominali jew prezz repo |
||||||||||||||||||||
5.4 |
Operazzjonijiet b’lura strutturali |
Tranżazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali ta’ l-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew prezz repo |
||||||||||||||||||||
5.5 |
Faċilità ta’ self marġinali |
Faċilità ta’ likwidita overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility) |
Valur nominali jew prezz repo |
||||||||||||||||||||
5.6 |
Krediti relatati ma’ margin calls |
Kreditu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur ta’ l-attiv sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew prezz |
||||||||||||||||||||
6 |
Klejms oħrajn f’istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni ma’ l-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-asset item “Titoli ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona ta’ l-euro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn xi BĊN qabel ma jissieħeb fil-Eurosistema |
Valur nominali jew prezz |
||||||||||||||||||||
7 |
Titoli ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominati f’ euro |
Titoli negozjabbli minbarra ishma azzjonarji, parteċipazzjonijiet u titoli oħra taħt asset item “Attiv finanzjarju ieħor”: karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’euro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija ghal skopijiet ta’ irfinar |
Prezz tas-suq fl-aħħar tas-sena |
||||||||||||||||||||
8 |
Dejn ġenerali tal-gvern iddenominat fil-euro |
Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self b’valur nominali, titoli negozzjabbli mhux fis-suq kemm jiswa |
||||||||||||||||||||
9 |
Klejms Intra-Eurosistema |
|
|
||||||||||||||||||||
9.1 |
Klejms relatati ma’ promissory notes li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE |
Element tal-karta tal-bilanċ ta’ xi BĊN biss Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
9.2 |
Klejms relatati ma’ l-allokazzjoni tal-karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema |
Klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE skond id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru, 2001fuq il-ħuġ tal-karti tal-flus ta’ l-euro (2) |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
9.3 |
Klejms oħrajn ġewwa l-Eurosistema (netti) |
Il-pożizzjoni netta tas-sub-elementi li ġejjin: |
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
10 |
Elementi għall-ħlas |
Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inklużi il-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11 |
Attiv ieħor |
|
|
||||||||||||||||||||
11.1 |
Muniti taż-żona ta’ l-euro |
Muniti ta’ l-euro |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11.2 |
Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Prezz mnaqqsa bid-deprezzament Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika ta’ l-ammont deprezzabbli ta’ element ta’ l-attiv matul il-ħajja utli tiegħu. Il-ħajja utli hija l-perjodu li matulu element ta’ l-attiv fiss huwa mistenni li jkun disponibbli għall-użu mill-enti. Ħajjiet ta’ elementi individwali fissi jistgħu jkunu rieżaminati fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi huma differenti mill-istimi ta’ qabel. Elementi ta’ l-attiv ewelnin jistgħu jinkludu komponenti b’ħajjiet differenti ta’ l-użu. Il-ħajjiet ta’ dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment. Il-kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq limitu (anqas minn EUR 10 000 mingħajr VAT: l-ebda kapitazlizzazzjoni) |
||||||||||||||||||||
11.3 |
Attiv ieħor finanzjarju |
|
Ir-rigali/skontijiet huma amortizzati. Għal strumenti azzjonarji, ir-regoli ddettaljati huma stabbiliti fl-Artikolu 10 ta’ din id-Deċiżjoni |
||||||||||||||||||||
11.4 |
Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet |
Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata ta’ l-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju ghad-data tal-ħlas |
Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skond ir-rata tas-suq tal-kambju |
||||||||||||||||||||
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsa minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallas imħallsa minn qabel (3) |
Valur nominali, kambju tradott skond ir-rata tas-suq |
||||||||||||||||||||
11.6 |
Oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
12 |
Telf għas-sena |
|
Valur nominali |
PASSIV
Element tal-Karta tal-Bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut ta’ l-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju ta’ valutazzjoni |
|||||
1 |
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni |
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skond id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 |
Valur nominali |
||||
2 |
Passiv għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat f’euro |
Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 |
|
||||
2.1 |
Kontijiet kurrenti (ikopru s-sistema ta’ riżervi minimi) |
Kontijiet fil-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji suġġetti għar-riżervi minimi skond l-Istatut. Dan l-element jinkludi kontijiet l-aktar użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
||||
2.2 |
Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (standing facility) |
Valur nominali |
||||
2.3 |
Depożiti fissi |
Ġbir għal skopijiet ta’ assorbiment ta’ likwidita minħabba operazzjonijiet ta’ irfinar |
Valur nominali |
||||
2.4 |
Irfinar ta’ operazzjonijiet b’lura |
Tranżazzjonijiet relatati mal-politika monetarja bil-għan ta’ assorbiment ta’ likwidita |
Valur nominali jew prezz repo |
||||
2.5 |
Depożiti dwar margin calls |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ attiv sottostanti fir-rigward tal-krediti ma’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
Valur nominali |
||||
3 |
Passiv ieħor għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’ euro |
Tranżazzjonijiet repo b’konnessjoni ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura fl-istess ħin għall-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt asset item “Titoli għal residenti taż-żona ta’ l-euro iddenominati f' euro”. Operazzjonijiet oħra mhux relatati ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. L-ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew prezz repo |
||||
4 |
Ċertifikati ta’ debitu maħruġa tal-BĊE |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss. Ċertifikati ta’ debitu kif deskritt fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7. Karta ta’ l-iskont, maħruġa bil-għan ta’ l-assorbiment tal-likwidità |
Valur nominali |
||||
5 |
Passiv għal residenti oħra taż-żona ta’ l-euro iddenominat f’euro |
|
|
||||
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, depożiti mħallsa lura wara talba |
Valur nominali |
||||
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti ta’ l-istaff, kumpaniji u kljenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji mniżżla bħala eżenti mill-obbligu li jkollhom riżervi minimi – ara element tal-passiv 2.1, etċ.; depożiti fissi, depożiti mħallsa lura wara talba |
Valur nominali |
||||
6 |
Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, depożiti mħallsa lura meta mitluba, inklużi kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ immaniġġjar ta’ riżerva: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b’konnesssjoni ma’ tranżazzjonijiet repo b’lura fl-istess ħin għall-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li m’adottawx l-euro |
Valur nominali jew prezz repo |
||||
7 |
Passiv għal residenti taż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti. Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; ġeneralment tranżazzjonijiet ta’ investiment li jużaw attiv f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, traduzzjoni skond ir-rata tas-suq tal-kambju |
||||
8 |
Passiv għal residenti barra ż-żona ta’ l-euro ddenominat f’valuta barranija |
|
|
||||
8.1 |
Depożiti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti. Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; ġeneralment tranżazzjonijiet ta’ investiment li jużaw attiv f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena |
||||
8.2 |
Passiv li jirriżulta mill-faċilità ta’ kreditu skond l-ERM II |
Self skond il-kundizzjonijiet ta’ l-ERM II |
Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena |
||||
9 |
Kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid allokat mill-IMF |
Element iddenominat f’SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinarjament allokati lill-pajjiż rispettiv/BĊN |
Valur nominali, traduzzjoni bir-rata tas-suq tal-kambju fl-aħħar tas-sena |
||||
10 |
Passiv intern għall-Eurosistema |
|
|
||||
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin |
Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss iddenominat f’euro |
Valur nominali |
||||
10.2 |
Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni netta tas-sub-elementi li ġejjin |
|
||||
|
|
||||||
|
|
||||||
11 |
Elementi għall-ħlas |
Bilanċi tal-kontijiet ta’ ħlas (passiv), inklużi l-float ta’ trasferimenti ġiro |
Valur nominali |
||||
12 |
Passiv ieħor |
|
|
||||
12.1 |
Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti Off-balance sheet |
Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata ta’ l-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas |
Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skond ir-rata tas-suq tal-kambju |
||||
12.2 |
Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem |
Nefqa dovuta f’perijodu futur imma tirrelata mal-perijodu ta’ rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma jirrelata għal perijodu futur |
Valur nominali, kambju translated skond ir-rata tas-suq |
||||
12.3 |
Oħrajn |
|
|
||||
|
|
||||||
|
|
||||||
13 |
Provvedimenti |
Għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata ta’ l-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra e.ż. spejjeż futuri mistennija u kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri li d-derogi tagħhom tħassru |
Prezz/valur nominali |
||||
14 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
|
Differenza ta’ rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, kambju tradotta skond ir-rata tas-suq |
||||
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
||||
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas |
Valur nominali |
||||
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali, skond l-Artikolu 33 ta’ l-Istatut u kontribuzzjonijiet skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom tħassru |
Valur nominali |
||||
16 |
Qligħ għas-sena |
|
Valur nominali |
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
(2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.
(3) jiġifieri mgħax aggregat mixtri b’titolu.
ANNESS II
Karta tal-bilanċ al-BĊE
(EUR miljun) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Attiv |
Sena tar-rappurtar |
Sena ta’ qabel |
Passiv |
Sena ta’ rappurtar |
Sena ta’ qabel |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Attiv totali |
|
|
Passiv totali |
|
|
(1) Il-BĊE jista’ alternattivament jippubblika ammonti ta’ l-euro eżatti, jew ammonti miġjubin għad-dritt b’mod differenti
ANNESS III
KONT TAL-QLIGĦ U TAT-TELF TAL-BĊE IPPUBBLIKAT
(EUR miljun) |
|||
Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru … |
Sena tar-rappurtar |
Sena ta’ qabel |
|
1.1.1 |
Dħul f’imgħax fuq attiv ta’ riżervi barranin |
|
|
1.1.2 |
Dħul minn imgħax ġej mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus ta’ l-euro fl-Eurosistema |
|
|
1.1.3 |
Dħul ieħor minn imgħax |
|
|
1.1 |
Dħul f’imgħax |
|
|
1.2.1 |
Remunerazzjoni ta’ talbiet tal-BCNi fir-rigward ta’ riservi barranin ittrasferiti |
|
|
1.2.2 |
Spejjeż oħra minn imgħax |
|
|
1.2 |
Spiża f’imgħax |
|
|
1 |
Dħul nett minn imgħax |
|
|
2.1 |
Qligħ u telf irrealizzat minn operazzjonijiet finanzjarji |
|
|
2.2 |
Write-downs fuq attiv finanzjarju u pożizzjonijiet |
|
|
2.3 |
Trasferiment minn/għal provvedimenti għal kambju barrani rati u riskji fil-prezz |
|
|
2 |
Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji, write downs u provvedimenti ta’ riskju |
|
|
3.1 |
Dħul minn drittijiet u kummissjonijiet |
|
|
3.2 |
Spejjeż minn drittijiet u kummissjonijiet |
|
|
3 |
Dħul/spejjeż netti minn drittijiet u kummissjonijiet (2) |
|
|
4 |
Dħul minn ishma u interessi ta’ parteċipazzjoni |
|
|
5 |
Dħul ieħor |
|
|
Dħul nett totali |
|
|
|
6 |
Spejjeż ta’ l-istaff (3) |
|
|
7 |
Spejjeż amministrativi (3) |
|
|
8 |
Deprezzament ta’ attiv fiss tanġibbli u intanġibbli |
|
|
9 |
Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (4) |
|
|
10 |
Spejjeż oħra |
|
|
(Telf)/qligħ għas-sena |
|
|
(1) Il-BĊE jsta’ alternattivament jippubblika ammonti eżatti ta’ euro, jew ammonti miġjubin għad-dritt b’mod differenti.
(2) It-tqassim bejn dħul u spejjeż jista’ jkun ipprovdut alternattivament fin-noti spjegattivi tal-kontijiet annwali.
(3) Inkluż provvedimenti amministrattivi.
(4) Dan l-element jintuża fil-każ ta’ produzzjoni esterna ta’ karti tal-flus (għall-ispiża ta’ servizzi pprovduti minn kumpanniji esterni inkarigati mill-produzzjoni tal-karti tal-flus f’isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkonandat li l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-ħarġa tal-karti tal-flus ta’ l-euro għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ikun hemm il-fattura għalihom jew meta jsiru, ara wkoll il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16.
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Deċiżjoni BĊE/2002/11 |
Din id-Deċiżjoni |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |