16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Ġunju 2006
li tadatta l-benefiċċji previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE fir-rigward tar-reġim applikabbli għall-esperti u persunal militari nazzjonali sekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
(2006/471/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2003/479/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE jipprevedi li l-benefiċċji ta' kuljum u ta' kull xahar mogħtija lil esperti u persunal militari nazzjonali sekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiġu adattati kull sena, mingħajr effett retroattiv, abbażi ta' l-adattament tas-salarji bażiċi ta' l-uffiċjali tal-Komunità fi Brussel u fil-Lussemburgu. |
(2) |
L-aħħar adattament ta' dawn il-benefiċċji kien previst fid-Deċiżjoni 2005/442/KE u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2005. |
(3) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2104/2005 ta' l-20 ta' Diċembru 2005 li jadatta, mill-1 ta' Lulju 2005, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għal dawn ir-remunerazzjonijiet u pensjonijiet (2), il-Kunsill ippreveda adattament ta' 2,2 % tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet ta' l-uffiċjali tal-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammonti ta' EUR 28,16 u ta' EUR 112,61 għandhom jiġu sostitwiti rispettivament b'dawk ta' EUR 28,78 u ta' EUR 115,09.
2. Fl-Artikolu 15(2), it-tabella għandha tiġi sostitwita b'din li ġejja:
“Distanza bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' ssekondar (f'km) |
Ammont f'EUR |
0-150 |
0 |
> 150 |
73,98 |
> 300 |
131,52 |
> 500 |
213,73 |
> 800 |
345,26 |
>1 300 |
542,55 |
>2 000 |
649,43 ”. |
3. Fl-Artikolu 15(4), l-ammont ta' EUR 28,16 għandu jiġi sostitwit b'dak ta' EUR 28,78.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/442/PESK (ĠU L 153, 16.6.2005, p. 32).
(2) ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.