1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
161 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Novembru 2006
li tawtorizza lil ċerti Stati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE
(2006/774/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) (hawn aktar 'il quddiem “id-Direttiva”) u b’mod partikolari, l-Artikolu 28(6),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill, b’deċiżjoni unanima fuq l-proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza lil Stat Membru li jressaq talba skond il-proċedura u taħt il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 77/388/KEE, biex japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera. |
(2) |
Is-servizzi kkonċernati għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva min-naħa, u jidhru fl-Anness K ta’ l-istess Direttiva, min-naħa l-oħra. |
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/185/KE tat-28 ta’ Frar 2000 li tawtorizza lill-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6), tad-Direttiva 77/388/KEE (2), il-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit (fil-każ ta' Isle of Man biss) setgħu japplikaw, sal-31 ta' Diċembru 2005, rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq is-servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera li għalihom kienu ressqu talba. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE (3) temenda d-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mar-rati mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT, bil-għan li, minn naħa, jiġi estiż iż-żmien ta’ l-applikazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, min-naħa l-oħra, tippermetti lill-Istati Membri li jkunu jixtiequ jieħdu dan il-benefiċċju għall-ewwel darba, li jkollhom il-fakoltà prevista, kif ukoll lil dawk li jixtiequ jemendaw il-lista tas-servizzi li għalihom ikunu applikaw il-miżuri previsti fid-Direttiva, biex ressqu t-talba tagħhom ta' tnaqqis ta' rati lill-Kummissjoni dwar dan. |
(5) |
Bil-għan li l-Istati Membri li ġew awtorizzati bid-Deċiżjoni 2000/185/KE jitħallew ikomplu japplikaw ir-rata mnaqqsa sal-31 ta' Diċembru 2010, u bil-ħsieb li jkun hemm ċarezza ġuridika, ikun jaqbel li l-kontenut ta' din id-deċiżjoni jiġi integrat fid-Deċiżjoni preżenti għal dawk l-Istati Membri li ma emendawx it-talba li ressqu fil-bidu. |
(6) |
Skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-Greċja, li diġà għandha l-awtorizzazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2000/185/KE, biex tapplika rata mnaqqsa f’żewġ kategoriji ta’ l-Anness K, ressqet talba ġdida bil-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni tagħha ta’ qabel. Jeħtieġ għalhekk li l-Greċja tingħata awtorizzazzjoni ġdida biex tapplika rata mnaqqsa skond it-talba l-ġdida tagħha. |
(7) |
Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u l-Finlandja ressqu talba għall-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa tal-VAT fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera skond il-proċedura meħtieġa u taħt il-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 77/388/KEE. |
(8) |
Barra minhekk ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja, kif ukoll il-Greċja ressqu talba biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata, b’mod eċċezzjonali, ir-rata mnaqqsa għas-servizzi fi tliet kategoriji ta’ l-Anness K. F’kull wieħed minn dawn l-erba' Stati Membri, it-tnaqqis tar-rata fit-tielet kategorija minn dawk magħżula, għandu jkollu biss impatt ekonomiku insinfikanti. |
(9) |
Sabiex l-Istati Membri konċernati jkunu jistgħu jkomplu japplikaw rati mnaqqsa fuq ċerti servizzi b'intensità għolja ta' mano d'opera kif previst fid-Deċiżjoni 2000/185/KEE, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni m'għandux ikollha impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ġejjin mit-taxxa tal-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Belġju huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 2 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħames snin, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti. |
Artikolu 2
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Repubblika Ċeka hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2, 3 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati; |
(ċ) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 3
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Greċja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f' punti 1, 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati qodma, (mhux mibnija reċentement) ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(ċ) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 4
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Spanja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
xogħol tal-ġebel fit-tiswija ta’ residenzi privati ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
hairdressing. |
Artikolu 5
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Franza hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2, 3 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn sentejn, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili); |
(ċ) |
ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati. |
Artikolu 6
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Italja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 7
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Ċipru huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
hairdressing. |
Artikolu 8
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Latvja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(b) |
hairdressing. |
Artikolu 9
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Lussemburgu huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 3 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
hairdressing. |
(ċ) |
ħasil tat-twieqi u tindif ta’ residenzi privati. |
Artikolu 10
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Ungerija hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(ċ) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 11
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, Malta hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 12
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Olanda hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
hairdressing; |
(ċ) |
xogħol ta’ tibjid u ta’ tikħil fir-rinnovament u t-tiswija ta’ residenzi privati li għandhom aktar minn ħmistax-il sena, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti. |
Artikolu 13
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Polonja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1, 2 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
(ċ) |
hairdressing. |
Artikolu 14
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Portugall huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq iż-żewġ servizzi li ġejjin, previsti f'punti 2 u 4 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
a) |
rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti; |
b) |
servizzi ta’ kura fid-dar (per eżempju, għajnuna fid-dar u kura għat-tfal, anzjani, persuni morda u disabili). |
Artikolu 15
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, is-Slovenja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq is-servizz ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, għas-settur imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva msemmija.
Artikolu 16
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel u r-raba subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, il- Finlandja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fuq it-tlett servizzi li ġejjin, previsti f'punti 1 u 5 ta' l-Anness K tad-Direttiva msemmija:
(a) |
servizzi żgħar tat-tiswija:
|
(b) |
hairdressing. |
Artikolu 17
Skond l-Artikolu 28(6), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Renju Unit huwa awtorizzat japplika rati mnaqqsa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010 għas-servizz ta’ rinnovament u tiswija ta’ residenzi privati, ħlief għall-materjali li jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tas-servizz mogħti, imsemmi fil-punt 2 ta’ l-Anness K tad-Direttiva msemmija, iżda għall-Isle of Man biss.
Artikolu 18
Din id-deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2010.
Artikolu 19
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huma d-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni.
Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. HEINÄLUOMA
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9).
(2) ĠU L 59, 4.3.2000, p. 10. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/161/KE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 62).
(3) ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12.