28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
285 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/33/KE
ta’ l-20 ta’ Marzu 2006
li temenda d-Direttiva 95/45/KE fir-rigward tas-sunset yellow FCF (E 110) u d-dijossidu tat-titanju (E 171)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 1995 li tistipola kriterji speċifiċi ta’ purezza li jikkonċernaw il-kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), tistipola kriterji ta’ purezza għall-kuluri li jissemmew fid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (3). |
(2) |
Issunset yellow FCF (E 110) huwa awtorizzat skond id-Direttiva 94/36/KE bħala kulur għall-użu f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel. Hemm evidenza xjentifika li f'ċerti ċirkostanzi, Sudan I (1-(phenylazo)-2-naphthalenol) jista’ jiġi ffurmat bħala impurità matul il-produzzjoni tas-sunset yellow. Sudan I huwa kulur mhux awtorizzat u sustanza mhux mixtieqa fl-ikel. Il-preżenza tiegħu fis-sunset yellow għandha għalhekk tiġi ristretta għal ammont li huwa taħt il-limitu ta’ analiżi, jiġifieri 0,5 mg/kg. Il-kriterju ta’ impurità tas-sunset yellow FCF (E 110) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi stabbiliti fil-Codex Alimentarius mill-Kumitat Konġunt ta’ Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA). JECFA beda l-implimintazzjoni ta’ prograamm sistematiku biex jiġi sostitwit it-test għall-metalli tqal (bħaċ-ċomb) fl-ispeċifikazzjonijiet kollha ta’ l-adittivi ta’ l-ikel eżistenti permezz ta’ limiti xierqa għall-metalli individwali kkonċernati. Dawn il-limiti tas-sunset yellow FCF (E 110) għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(4) |
Id-dijossidu tat-titanju (E 171) huwa awtorizzat skond id-Direttiva 94/36/KE bħala kulur għall-użu f’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel. Id-dijossidu tat-titanju jista’ jiġi manifatturat biex jinkisbu kristalli taħt il-forma anatase jew rutile. Il-forma fi platelets tad-dijossidu tat-titanju rutile hi differenti mill-forma anatase fl-istruttura u fil-karatteristiċi ottiċi (pearlescence). Hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-forma platelet tad-dijossidu tat-titanju rutile bħala kulur fl-oġġetti ta’ l-ikel u fil-kisi rqiq fuq pinnoli li huma supplimenti għall-ikel. Fis-7 ta’ Diċembru 2004 l-Awtorità Ewropea tas-Sigurta ta’ l-Ikel stqarret li l-użu tad-dijossidu tat-titanju rutile fil-forma ta’ platelets jew amorfiċi ma jippreżenta l-ebda tħassib dwar sikurezza. Il-kriterju ta’ purezza għad-dijossidu tat-titanju (E 171) għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi il-forom rutile u anatase tas-susanza. |
(5) |
Id-Direttiva 95/45/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 95/45/KE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [12–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta’ Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tall-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 226, tat-22.09.1995, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 24).
(3) ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 13. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS
L-Anness tad-Direttiva 95/45/KE, il-Parti B huwa emendat hekk:
(1) |
It-test dwar is-sunset yellow FCF (E 110) huwa sostitwit b’ dan li ġej:
|
(2) |
It-test li jikkonċerna t-titanium dioxide (E 171) hu mibdul b’ dan li ġej:
|