1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

411


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE

tas-7 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni ta' ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office — CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta' gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants — UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ulterjuri ta' gwida għal numru ta' speċi oħra, u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

L-ambitu tad-Direttiva 2002/55/KE ġie estiż sabiex ikopri speċi ġodda.

(4)

Id-Direttiva 2003/91/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Lulju 2007, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha mid-Direttiva attwali.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

(2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Onion and Echalion

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/1 ta’ l-15.11.2001

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/1 of 15.11.2001

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

TP 151/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell

TP 54/2 ta’ l-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Qarabali

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/2 ta’ l-1.12.2005

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar

TP 76/1 tas-27.3.2002

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma

TP 118/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/1 tas-27.3.2002

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat

TP 61/1 tas-27.3.2002

Cucurbita pepo L.

Qara’ bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Kardun

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/2 ta’ l-1.12.2005

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/2 ta’ l-1.12.2005

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

TP 44/2 of 15.11.2001

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira u Fażola tixxeblek

TP 12/2 ta’ l-1.12.2005

Pisum sativum L. (partim)

Piżella imkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea)

TP 07/1 tas-6.11.2003

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/1 tas-27.3.2002

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

TP 75/1 tas-27.3.2002

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Sweet corn u Pop corn

TP 2/2 tal-15.11.2001

It-test ta' dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-UPOV

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-linja ta’ gwida tal-UPOV

Allium fistulosum L.

Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TG/161/3 ta’ l-1.4.1998

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TG/198/1 tad-9.4.2003

Apium graveolens L.

Karfus

TG/82/4 tas-17.4.2002

Apium graveolens L.

Krafes

TG/74/4 corr. tas-17.4.2002 + 5.4.2006

Beta vulgaris L.

Spinach beet jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TG/60/6 tat-18.10.1996

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TG/90/6 tal-31.03.2004

Brassica rapa L.

Kaboċċa taċ-Ċina

TG/105/4 tad-9.4.2003

Brassica rapa L.

Turnip (xorta ta’ Brassica)

TG/37/10 ta’ l-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TG/142/4 tal-31.3.2004

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa

TG/155/3 tat-18.10.1996

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TG/136/5 tas-6.4.2005

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TG/9/5 tad-9.4.2003

Raphanus sativus L.

Salsafja sewda

TG/63/6 ta’ l-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Rabarbru

TG/62/6 ta’ l-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew salsafja sewda;

TG/116/3 tal-21.10.1988

Solanum melongena L.

Brunġiel

TG/117/4 tas-17.4.2002

It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


  翻译: