15.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 242/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Settembru 2007
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż għall-2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4147)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2007/610/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni (1) u b'mod partikolari l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu 17(3),
Billi:
(1) |
Il-kundizzjonijiet ta' tkabbir fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż jeħtieġu miżuri speċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħxejjex. Dawk il-miżuri jinkludu miżuri li jiswew ħafna flus għas-saħħa tal-pjanti. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE ta' l-10 ta’ Settembru 2007 dwar id-definizzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità fil-programmi ta' kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, fl-Azores u l-Madeira (2) tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità taħt il-programmi għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, l-Azores u l-Madeira. |
(3) |
L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew lill-Kummissjoni programm li jipprovdi għall-miżuri tas-saħħa tal-pjanti. Dak il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jitwettqu, id-dewmien tagħhom u l-ispiża tagħhom bil-għan ta' kontribuzzjoni possibbli ta' l-iffinanzjar tal-Komunità. Il-miżuri li huwa provdut għalihom f'dak il-programm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/4140/KE ta' l-10 ta' Settembru 2007 dwar id-definizzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta' l-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż, fl-Azores u fil-Madeira. |
(4) |
Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija Agrikola. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta' dak ir- Regolament għandhom japplikaw. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra l-pajjiż għall-2007, kif speċifikat fil-Parti A ta' l-Anness, huwa approvat.
Għandu jkun limitat għal 60 % ta' l-ispiża totali eliġibbli, kif speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness, b'massimu ta' EUR 224 700 (il-VAT eskluża).
Artikolu 2
1. Avvanz ta' EUR 100 000 għandu jitħallas fi żmien 60 ġurnata wara li ssir talba ta' ħlas minn Franza.
2. Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitħallas sakemm rapport finali ta' implimentazzjoni fuq il-programm jiġi sottomess lill-Kummissjoni f'forma elettronika sal-15 ta’ Marzu 2008 l-aktar tard.
Dan ir-rapport għandu jkun fih:
(a) |
evalwazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta' kisba ta' l-għanijiet fiżiċi u kwalittattivi u tal-progress miksub, u evalwazzjoni ta' l-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku, u |
(b) |
dikjarazzjoni ta' l-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa propja mqassma skond is-sotto-programm u l-miżura. |
3. Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness, Franza tista' taġġusta l-iffinanzjar bejn il-miżuri differenti fl-istess sotto-programm fi ħdan limitu ta' 15 % tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għal dan is-sotto-programm, sakemm l-ammont totali ta' l-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabżux u b'hekk l-għan ewlieni tal-programm jintilef.
Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar kull tibdila li ssir.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).
(2) Ara paġna 20 tal-Ġurnal Uffiċjali kurrenti
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
ANNESS
Programm u tqassim indikattiv tal-baġit għall-2007
PARTI A
Programm
Il-programm għandu jikkonsisti fi tliet sotto-programmi:
(1) |
sotto-programm għad-dipartiment tal-Martinique:
|
(2) |
sotto-programm għad-dipartiment tal-Guyana:
|
(3) |
sotto-programm għad-dipartiment tal-Guadeloupe:
|
PARTI B
Tqassim indikattiv tal-baġit
(f'euro), b'indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija
Sotto-programmi |
Natura tar-riżultati (S: Forniment ta' servizzi, R: riċerka jew xogħol ta' studju) |
Infiq eliġibbli |
Kontribuzzjoni nazzjonali |
Kontribuzzjoni tal-KE |
Martinique |
||||
Miżura 1.1 |
Djanjostika fitosanitarja fil-post (S) |
75 000 |
|
|
Miżura 1.2 |
Studju dwar il-bijodiversità u awżiljarji ta' benefiċċju (R) |
40 500 |
||
Sotto-total: |
|
115 500 |
46 200 |
69 300 |
Guyane |
||||
Miżura 2.1 |
Sistema fitosanitarja ta' twissija mudellizzata (R) |
110 000 |
|
|
Miżura 2.2 |
Djanjostika fitosanitarja fil-post (S) |
25 000 |
||
Sotto-total: |
|
135 000 |
54 000 |
81 000 |
Guadeloupe |
||||
Miżura 3.1 |
Twaqqif ta' netwerk ta' evalwazzjoni għad-dubbien tal-frott (R) |
28 000 |
|
|
Miżura 3.2 |
Rapport ta' l-istħarriġ għal marda u komunikazzjoni lill-produtturi dwar ir-riskji fitosanitarji (S) |
12 000 |
||
Miżura 3.3 |
Azzjonijiet tal-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji ta' introduzzjoni ta' organiżmi li jagħmlu ħsara (S) |
28 000 |
||
Miżura 3.4 |
Twaqqif ta' metodu ta' bio-depollution għall-ħamrija kontaminata (R) |
15 000 |
||
Miżura 3.5 |
Studju dwar kontroll integrat possibbli ta' organiżmi li jagħmlu ħsara (R) |
41 000 |
||
Sotto-total: |
|
124 000 |
49 600 |
74 400 |
Total |
|
374 500 |
149 800 |
224 700 |