28.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 344/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2007
li tapprova l-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus imressaq mill-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6353)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2007/873/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu;
Billi:
(1) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-iżvelar u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, b’mod partikolari fil-livell ta’ produzzjoni primarja, sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn jippreżentaw għas-saħħa pubblika. |
(2) |
Il-mira tal-Komunità ġiet stabbilita għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ kull serotip tas-salmonella ta’ sinifikat għas-saħħa pubblika f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus fil-livell ta’ produzzjoni primarja permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (2). |
(3) |
Sabiex l-Istati Membri jiksbu l-mira tal-Komunità huma għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus u jippreżentawhom lill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
(4) |
Il-Bulgarija ressqet il-programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus. |
(5) |
Il-programm imressaq mill-Bulgarija nstab li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni veterinarja relevanti tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
(6) |
Għalhekk il-programm nazzjonali ta’ kontroll imressaq mill-Bulgarija għandu jiġi approvat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-programm nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus imressaq mill-Bulgarija huwa approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).
(2) ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir–Regolament (KE) Nru 1168/2006 (ĠU L 211, 1.8.2006, p. 4).