1.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 114/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2007

tat-30 ta’ April 2007

li jikkoreġi l-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,

Billi:

Wara l-emenda li saret fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 327/98 (2) bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006, sar żball fil-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża. Biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta ta’ din id-dispożizzjoni, huwa f'loku li dawn il-verżjonijiet lingwistiċi jiġu kkoreġuti kif meħtieġ.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan jikkonċerna biss il-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48.).


  翻译: