24.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 192/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 869/2007
tat-23 ta’ Lulju 2007
dwar ir-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni fi ħdan ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti annimali bovini ħajjin fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fetħu mal-Bulgarija jew mar-Rumanija fuq bażi multiannwali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2005 tat-28 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mill-Bulgarija, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għal ċerti annimali bovini ħajjin li joriġinaw mir-Rumanija, previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE (2), ġew soġġetti għall-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ importazzjoni mmexxija permezz tal-liċenzji ta’ importazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dawk il-liċenzji ta’ importazzjoni ma setgħux ikomplu jintużaw għal tali kummerċ. |
(2) |
Ċerti drittijiet ta’ importazzjoni li ngħataw f'Lulju 2006 u li normalment huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2007, ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment. In-nuqqas li jitwettqu l-obbligi li saru marbuta ma’ dawk id-drittijiet ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fil-konfiska tal-garanzija ppreżentata. Ladarba tali obbligi ma jistgħux jitwettqu wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jiġi adottat, b'effett mid-data ta’ adeżjoni ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, miżura li tipprovdi għar-rilaxx tal-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fuq it-talba tal-partijiet interessati, il-garanziji marbuta mad-drittijiet ta’ importazzjoni ppreżentati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2005 u ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1241/2005 għandhom jiġu rilaxxati, fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-applikant applika għal u kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni fl-ambitu tal-kwota:
|
(b) |
il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ntużaw parzjalment biss jew ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007. |
2. Il-garanziji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rilaxxati proporzjonalment lid-drittijiet ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx sa l-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 199, 29.7.2005, p. 33. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).
(2) ĠU L 200, 30.7.2005, p. 38. Ir-Regolament imħassar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006.