22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jistipula għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ ċerti varjetajiet ta’ żbib u ta’ l-għajnuna biex jitħawlu mill-ġdid il-vinji milquta mill-filossera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1) u b’mod partikolari l-artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni taż-żbib tal-varjetajiet sultana, Muscatel u passolina. |
(2) |
It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ varjazzjoni fl-għajnuna, skond il-varjetà ta’ l-għeneb. Jistipula wkoll li dan l-ammont jista’ jvarja minħabba fatturi oħra li jistgħu jolqtu l-produzzjoni. Fil-każ tas-sultana, hemm lok għalhekk li tiġi stipulata varjazzjoni supplimentari għaż-żoni milquta mill-filossera u żoni oħrajn. |
(3) |
Għas-sena tas-suq 2006/2007, il-verifika taż-żoni allokati għat-tkabbir ta’ l-għeneb, regolati bl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, ma turix li nqabeż il-limitu taż-żoni massimi garantiti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat-22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna tat-tkabbir ta’ l-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded (2). |
(4) |
Hemm lok li tiġi determinata l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb imsemmi, għas-sena tas-suq 2007/2008. |
(5) |
Hemm ukoll lok li tiġi determinata l-għajnuna li għandha tiġi konċessa lill-produtturi li jiżirgħu mill-ġdid il-vinji tagħhom biex jikkumbattu l-filossera, fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tkabbir regolata bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġiet iffissata għal:
(a) |
2 603 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana, milquta mill-filossera jew imħawla mill-ġdid anqas minn ħames snin ilu; |
(b) |
3 569 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana; |
(ċ) |
3 391 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bil-passolina; |
(d) |
969 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà Muscatel. |
2. Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tħawwil mill-ġdid stabbilita bl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġie iffissata għal 3 917 EUR għal kull ettaru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-att relattiv għall-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u għall-adozzjoni tat-trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005 p. 203).
(2) ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1880/2001 (ĠU L 258, 27.9.2001, p. 14).