19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1495/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
96,3 |
TN |
157,6 |
|
TR |
122,8 |
|
ZZ |
125,6 |
|
0707 00 05 |
JO |
237,0 |
MA |
57,0 |
|
TR |
83,9 |
|
ZZ |
126,0 |
|
0709 90 70 |
MA |
68,1 |
TR |
81,5 |
|
ZZ |
74,8 |
|
0709 90 80 |
EG |
359,4 |
ZZ |
359,4 |
|
0805 10 20 |
AR |
24,3 |
MA |
76,3 |
|
TR |
78,8 |
|
ZA |
40,6 |
|
ZW |
19,3 |
|
ZZ |
47,9 |
|
0805 20 10 |
MA |
74,1 |
ZZ |
74,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
15,2 |
IL |
66,8 |
|
TR |
74,8 |
|
ZZ |
52,3 |
|
0805 50 10 |
EG |
49,3 |
MA |
119,9 |
|
TR |
103,7 |
|
ZZ |
91,0 |
|
0808 10 80 |
CA |
86,7 |
CN |
106,6 |
|
MK |
30,0 |
|
US |
83,2 |
|
ZZ |
76,6 |
|
0808 20 50 |
AR |
71,1 |
CN |
68,6 |
|
US |
121,4 |
|
ZZ |
87,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.