20.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 335/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1515/2007
tad-19 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 475 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.