18.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 15/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2007
li tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B tat-tkabbir ta’ dwieli fl-Awstrija għas-sena 2007/2008
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5615)
(it-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2008/58/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp fil-perjodu tas-sajran ta’ l-għeneb fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli fl-Awstrija rriżultaw f’nuqqas sinifikanti u irreversibbli fl-aċidità fl-għeneb u fil-most ta’ l-għeneb. Dawn il-kundizzjonijiet partikolari tat-temp osservati matul is-sajf tas-sena 2007 fit-territorju Awstrijaku huma simili għal dawk li jinsabu normalment f’żoni tat-tkabbir tad-dwieli li qegħdin ħafna iżjed lejn in-Nofsinhar. |
(2) |
Il-livell totali ta’ aċidità fl-għeneb matur maħsud fl-inħawi kkonċernati huwa baxx iżjed minn normal u inkompatibbli mal-produzzjoni u l-konservazzjoni sodisfaċenti ta’ l-inbid. |
(3) |
Għalhekk, l-Awstrija għandha titħalla tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti fiż-żona B għall-ħsad fl-2007 skond il-kundizzjonijiet provduti fl-Anness V, Parti E, punti 2, 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. |
(4) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbejjed, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Anness V, Parti E, punt 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-Awstrija tista’ tawtorizza l-aċidifikazzjoni tal-most u l-inbid prodotti mill-ħsad ta’ l-2007 fiż-żona B tat-tkabbir tad-dwieli skond il-kundizzjonijiet provduti fil-Parti E, punti 2, 3 u 7 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).